Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum opinjoni L -ewwel kliem ta' Macbeth hija l-ewwel ħaġa li tiġi f 'moħħi meta naħseb dwar is-sitwazzjoni attwali hawn Malta. Il-livell ta' impunità huwa tal-biżà, nies diġà qatgħu qalbhom li l-affarijiet jist- għu bdew jibdew u l-futur jidher skoraġġanti u griż. U waqt li dan kollu qed iseħħ, għandna Prim Ministru li jgħid li kollox tajjeb, li xejn m'hu ħażin. Hekk għandhom ikunu l-affarijiet u hekk ser ikomplu jkunu bla l-ebda mistħija. Għax huwa soċjalista. Robert, ħabib: fittex dik il-kelma u ieqaf uża kliem li ma tafx x'ifissru. Taħt Robert Abela, Malta għaddejja minn skandlu ta' klijentelizmu għal ieħor. Bdew bil-programm diġitali bin-numri 0,1,2 biex jagħmlu differenza bejn in-nies li huma ma jxaqilbux lejn ebda partit (0), in-nies li jvotaw il-Labour (1) u n-Nazzjonalisti (2) biex jiksbu trattament preferenzjali meta japplikaw għal impjieg tal- Gvern. U tista' tkompli bl-iskandlu tal-benefiċċji soċjali u l-iskandlu tal-liċenzja u l-lista ma tispiċċax. M'hemm xejn soċjalista fil-preferenza partiġġjana, jew fl-akkwist ta' xi ħaġa li m'hijiex tiegħek għad-detriment ta' min verament ħaqqu. L-oriġini tal- Partit Laburista, speċjalment iż-żmien ta' Mintoff, huma karatteriżżati mill-użu ta' fondi pubbliċi biex jiġi mgħejjun il- batut, u mhux minn nies jieħdu dak li jridu mill-istat bil-qerq, "għax kulħadd hekk qed jagħmel." Il-partit li bena Mintoff u li kien magħruf għalih insteraq u intrema' biex issa minflok hemm l-opportuniżmu, il-klientelizmu u sistema bbażata fuq 'il-ħbieb tal-ħbieb'. Il-Partit Laburista tilef ruħu u jidher li kuntent b'dan. Din il- kuntentezza tidher fuq wiċċ Robert Abela nnifsu li ta l-barka tiegħu għall-iskandlu tal-liċenzji tas- sewqan hekk kif sejjaħlu 'customer care.' Imma aħna ċittadini, mhux klijenti! U hu għandu jservi pajjiż kollu u mhux jaqdi l-ħbieb tal- ħbieb. Dawn il-ħbieb tal-ħbieb huma nies sinjuri jew għandhom ħbieb ma' nies imlaħħqin. Il- bqija tan-nies jarawhom bħala nies bla wiċċ u isem, li r-rabja u d-diżappunt tagħhom lejn il-Gvern jiżdiedu bil-ġurnata. Għandna bżonn bidla. Il- klijentelizmu appoġġjat mill-istat għandu jitwaqqaf billi jkun hemm istituzzjonijiet u dipartimenti li verament jaħdmu ma' nies li jafu x'qed jagħmlu. Għandna bżonn politiċi full-time għax ma jistax ikun li l-aktar xogħol importanti fil-pajjiż ma jitqiesx bl-importanza kollha li ħaqqu. Il-lobbying għandu bżonn jiġi regolat. Membru tal-Parlament huwa obbligat li jisma' lil kulħadd, iżda d-deċiżjonijiet għandhom isiru skont il-ġid komuni. Għandu jkun hemm distanza b'saħħitha bejn negozjanti u nies li jaħdmu fl- amministrazzjoni pubblika. Wasal iż-żmien għat-tmexxija bis-serjetà. Xbajna ngħixu f 'pajjiż mauż fejn tirrenja l-impunità. Fair is foul and foul is fair Sandra Gauci hija Chairperson ta' ADPD Sandra Gauci Għandna bżonn bidla. Il- klijenteliżmu appoġġjat mill-istat għandu jitwaqqaf billi jkun hemm istituzzjonijiet u dipartimenti li verament jaħdmu ma' nies li jafu x'qed jagħmlu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023