Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum M ALTA jistħoqil- ha l-mexxejja li tagħżel. U biex tkun taf kemm dawn il-mexxejja huma tajbin ħares lejn in-nies li hemm madwar- hom. Mexxejja tajba jagħżlu nies ta' ħila u mhux għax għandhom għajnejhom blu jew ħomor. L-ineffiċjenza ta' dawn il-mexx- ejja taraha mill-ineffiċjenza tan- nies ta' madwarhom. Id-dnubiet tagħhom jirriflettu l-ħiliet jew in-nuqqas ta' ħiliet ta' min jagħżilhom. Il-poter faċli li jitla' għal ras min ikun – speċjalment dawk li qatt ma kellhom il-poter f 'idejhom. Min għandu l-poter assolut jikkorrompi ruħu b'mod assolut. Bħalma kien jgħid Ix-Xiħ tal-politika Taljana: Il potere logora chi non ce l'ha. Anki jekk din l-aforiżmu ikkup- jaha mill-famuż Franċż tas-Set- tecento, Charles Maurice de Tayllerand, Gulio Andreotti kien jaf x'inhu l-poter. Akkużawh b'kollox, inkluż li hu mauż, b'kollox ħlief li l-Gwerrer Puniċi huma tort tiegħu ukoll! Dan ma jgħoddx biss għall- politiċi. Wara kollox għandna ċ-ċans li nibdluhom kull ħames snin. Jekk nindunaw li wettqu ħidmiethom tajjeb nistgħu nivvutawlhom mill-ġdid– inkella nħalluhom l-art. Imma fejn jidħlu l-Isqfijiet tagħna dan ma nistgħux nagħmluh. L-Isqfijiet, ta' Malta u Għawdex, huma mexxejja li ħafna minna nħarsu lejhom biex imexxuna. Mhux tant min huma imma minħabba l-kariga ta' awtorita' u responsabbilta' li għandhom. Ma għażilnihomx aħna; ma vvutajnilhomx – u l-anqas għandna ċ-ċans li nivvutaw jekk inżommuhomx għal ħames snin jew le. Uħud jibqgħu ħafna iżjed minn ħames snin… Is-Sinodu dwar is-Sinodalita' li ser jibda dalwaqt, ser jitfa' dawl iktar dwar il-governanza fil- Knisja, li hi aħna lkoll, suppost. L-irwol tal-lajċi, speċjalment tan-nisa, ser isir iktar ċar. Imma tista' tbiddel kemm trid ir-regoli jekk ma jkunx hemm konverżjoni tal- qalb u l-moħħ ikun kollox bla bla bla. Fit- teorija u fil-prattika hemm kemm Alla ħalaq kumitati u strutturi fi ħdan il-Knisja u fil-parroċċi imma fil-fatt min jikkmanda huwa dejjem l-istess. Għawdex hu dinja għaliha. Missieri, Tarċisju Apap, li hu Għawdxi, bir-razza u r-radika, kien jitbiddel kif jeħodna f 'art twelidu. L-Għawdxin huma speċjali. F'kollox. Jew kważi. F'Malta, bħala familja, ma drajniex bil-festa ta' San Publiju, l-Furjana. fejn twelidt.. Imma meta konna nitilgħu għall- Festa ta' Santa Marija, kull sena, id-dar kienet issir rivoluzzjoni. Kollox jitbiddel. L-istess fil-Knisja f 'Għawdex. Huma differenti minn Malta. Għandhom il-problemi bħal kull Djoċesi oħra fid-dinja. Imma għandhom mexxej li hu qrib in-nies, qrib is-saċerdoti. Hu sempliċi u ma jfittix titli biex jiġi aċċettat. Kull darba li ltqajt miegħu skoprejt xi tfisser ikollok Mexxej li hu missier, kapaċi jisma', jempatizza u taf li hu hemm għalik. Huwa person- oriented u mhux work-oriented. Għadu kif qaleb il-personnel tiegħu ta' taħt fuq – mhux faċli – imma r-rapport li jibni matul is-snin ma' kull min jiltaqa' miegħu jagħtih l-awtorita' li tiġi mir-rapport ġenwin u sinċier.. Għalhekk jitkellem b'awtorita'.. Mhux għax hu Isqof-Mexxej. Imma għax hu ġenwin. Dak li tara, issibu. Fr Joe Inguanez Lil Joe inħobbu għax kien uman. Qabel mhu qassis, qabel mhu akkademiku huwa uman. Bniedem tad-demm u l-laħam! Bniedem bħali u bħalek. Min kien jafu kien jammirah għax kien jitkellem b'passjoni, jemmen dak li jgħid u jgħid dak li jemmen. Għalhekk kellu din il-forza u s-saħħa li jwassal messaġġ bla biża' u jgħid dak li jemmen. Fr Joe kien akkademiku – wieħed mill-it soċjoloġi tal-Knisja Maltija. Kien jara fil- bogħod. Ma jintilifx fid-dettalji imma fil-patterns li jimmarka minn snin qabel. Bħal kull profeta Fr Joe kien mismugħ – u mweġġa' minn sħabu stess. Niakar kien jgħidli: "imma għaliex lili jaqbdu miegħi?" Laqatni l-kumment li kiteb fuqu Michael Pace Ross, is- Segretarju Amministrattiv tad- Djoċesi u kollega tad-"Discern" l-id il-lemenija tad-Djoċesi fejn tidħol riċerka li tagħraf is- sinjali ta' żminijietna kif jolqtu l-Knisja f 'Malta., "Kollega. Għalliem. Ħabib". Joe, nimmisjawk! Il-mexxejja politiċi u tal-Knisja f'Malta u Għawdex Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap Mix-xellug: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-Prim Ministru Robert Abela, l-Isqof Joseph Galea Curmi, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Anton Teuma Fr Joe Inguanez L-ineffiċjenza ta' dawn il- mexxejja taraha mill-ineffiċjenza tan-nies ta' madwarhom. Id- dnubiet tagħhom jirriflettu l-ħiliet jew in-nuqqas ta' ħiliet ta' min jagħżilhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023