Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Esibizzjoni tal-Arti Internazzjonali tinfetaħ fil- Parlament Il-ġimgħa li għaddiet, il-Parlament ħabbar li se jiaħ biebinu għal wirja internazzjonali tal-arti bl-isem "Segnalati". Il-proġett wasal Malta bħala parti minn sensiela kontinwa, b'edizzjonijiet preċedenti f 'Pariġi, Brussell, New York, Edinburgh, Napli, Berlin, Ruma, Lisbona, Venezja, Budapest u Londra. Segnalati huwa avveniment annwali li jagħqad varjetà t'artisti kemmxejn rinomati minn madwar id-dinja. Ix- xogħol tagħhom jiġi introdott lill-pubbliku permezz ta' wirja kif ukoll l-artbook. Kemm l-esibizzjoni kif ukoll l-artbook huma editjati u kkurati rispettivament minn Salvatore Russo, kuratur u kritiku tal-arti Taljan, flimkien ma' ħuh Francesco Saverio Russo, espert tal- arti. Din l-edizzjoni se tikkonsisti minn 66 pittura li ġew magħmulin minn artisti t'etajiet differenti. L-artisti ġew Malta minn 44 pajjiż, inklużi s-Sudan, l-Arġentina, l-Olanda, l-Amerika, il-Libanu, u ħafna aktar. Huma ġew onorati bi premju u kopja tal-artbook ta' din is- sena waqt it-tnedija tal-wirja. Fi it kliem, l-Ispeaker ikkummenta dwar il-potenzjal tal-arti biex jesprimu emozzjonijiet differenti, kif ukoll jikritikaw dawk l-affarijiet li mhumiex ġusti jew morali. Il-wirja nfetħet għall-pubbliku fis-6 ta' Ottubru fil- Parlament, il-Belt. Se tibqa' miuħa sat-23 ta' Ottubru mid-9 am sas-6 pm, imbagħad mid-9 am sa n-12:30 pm nhar is-Sibt, Ħdud, u festi pubbliċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023