Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum Ħafna mix-xogħlijiet ta' Charles Dickens sabu posthom fiċ- ċinema u anki fuq it-televiżjoni. L-aktar novella tiegħu popolari kemm fuq il-kiżar il-kbir u kemm fuq it-televiżjoni, hija Oliver Twist. Din l-istorja li tqanqal il-qlub u li turi l-faqar u l-miżerja li kien hemm f 'pajjiżu (u anki f 'Londra) u l-inġustizzji li kienu komuni, ġiet iffilmjata diversi drabi sa minn żmien iċ- ċinema bikri mutu. Fl-1909 il- kumpanija Pathe' ħadmet dan il-film u fis-sena ta' wara reġa' sar minn Vitagraph. Kumpanija ndipendenti daħlet għal dan ix-xogħol fl-1912, bl-attur Nat C. Goodwin bħala Fagin. Versjoni famuża kienet dik tal- 1916 fejn issa Tully Marshall kien Fagin u Marie Doro bħala Oliver; fl-1922 dawn il-partijiet ħadmuhom Lon Chaney u Jackie Coogan u fl-1933 kienu Irving Pichel u Dickie Moore li ħadu dawn l-irwoli. S'issa, l-versjoni definittiva ta' dan il-ktieb klassiku u magħruf hija dik Brittanika tad-direttur David Lean tal-1948 bit-tfajjel John Howard Davis fil-parti tat-titlu u bl-Alec Guinness iqaxxar sewwa l-parti tal-Lhudi Fagin li jrawwem tfal orfni jew abbandunati biex imorru jisirqu lis-sinjuri għalih. Fl-Istati Uniti, d-distribuzzjoni ta' dan il-film kienet inżammet għax akkużawh b'anti-Semitiżmu. Fl-1968, ħarġet versjoni mużikali diretta minn Carol Reed, b'Ron Moody jkun Fagin u Mark Lester bħala l-imsejken Oliver Twist. Fuq din il-produzzjoni mużikali se niffoka l-aktar f 'dan ir-rapport billi anki rebħet 6 Oscars. Wara ħarġu aktar films ibbażati fuq l-avvenimenti tal-ktieb ta' Dickens, l-aħħar wieħed dirett minn Roman Polanski jkun fis- sena 2005. Ta' minn isemmi wkoll li versjoni moderna bl- isem ta' Twisted inħadmet fl- 1996, ambjentata madwar dawk omosesswali ta' New York, diretta minn Seth Michael Donsky bl-attur William Hickey fil-parti ta' wieħed li jibgħat lit-tfal għal xogħol ieħor barra s-serq. Ix-xogħol ċinematografiku mużikali Oliver hu bbażat minn fuq ix-"show" mużikali li saret għall-ewwel darba fil-West End ta' Londra fit-30 ta' Ġunju 1960 fil-New Theatre li wara sar jismu The Noel Coward Theatre u li baqa' sejjer għal 2618 darba. Id-direttur kien Peter Coe, l-koreografista Malcolm Clare u l-kostumi u x-xenarju ta' Sean Kenny. Il-kast oriġinali kien jinkludi lil Ron Moody bħala Fagin, Georgia Brown kienet Nancy, Davy Jones bħala The Artful Dodger, it-tifel makakk li jmexxi lill-oħrajn fis-serq u Keith Hampshire l-oriġinali Oliver Twist. Danny Sewell li qabel kien boxer professjonali ħadem il-parti ta' Bill Sykes, il- kattiv u qalil kriminal li dam sitt snin jinterpretaha. Il-kompetitur li pprova wkoll għal din il-parti kien Michael Caine li, wara li ma rnexxilux dam ġimgħa sħiħa jibki b'dispjaċir kbir fuqu. Fl-Istati Uniti ix-xogħol tal- palk Oliver beda f 'Los Angeles u wara f 'San Francisco u kompla b'dawra nazzjonali fl- 1962. Is-sets ta' Sean Kenny ġew iddupplikati u dawk mibnija Londra ġġarrew bil-vapur. David Merrick ġab lil Oliver fuq il-palk ta' Broadway, New York fl-Imperial Theater nhar is-6 ta' Jannar 1963. Din ir-reċta spiċċat fl-14 ta' Novembru 1964 wara li ġiet esibita għal 774 darba. Il-parti ta' The Artful Dodger marret għand Davy Jones, veteran tal-palk ta' Londra u wieħed mill-grupp tal-kant, il-popolari The Monkees. Fl- 1965 din ix-"show" reġgħet ġiet irxuxtata fuq Broadway, din id- darba fil-Martin Beck Theater u saret għal 74 darba. Dik oriġinali ta' Broadway rebħet unuri għal Aqwa Disinn tax-Xenarju, l-Aqwa Mużikali u l-Aqwa Direzzjoni tal-Mużika. Fl-1977 kien Cameron Mackintosh li reġa' waqqaf din ir-reċta fit-Teatru Alberg (il- New Theater hekk sar jismu u llum bħala The Noel Coward Theater). Dan l-istess bniedem kien mitlub biex jerġa' jirxoxta din ix-"show" għal darb'oħra fl- 1983 għall-perjodu ta' 5 ġimgħat biss fi żmien il-Milied fit-Teatru Aldwych. Fl-istess sena, Oliver reġa' beda jsir fuq il-palk ta' Broadway. Il-popolarita' ta' dan il- mużikali kien evidenti meta reġa' beda jsir fis-snin ta' wara, hekk: 1994 - fil-West End ta' Londra. 2002 - tour fl-Awstralja. 2008 - f 'Tallinn, il-belt kapitali tal-Estonja. 2009 - reġa' rxoxta fil-West End. 2011 - tour fir-Renju Unit. Fl-aħħar, fl-1968 waslet il- versjoni ċinematografika ta' din ix-"show" tant maħbuba. Dan ix-xogħol ta' John Woolf tal- kumpanija Romulus, imqassam minn Columbia Pictures kompla espanda l-mużika ta' fuq il-palk, produzzjoni tassew ikkulurita għall-għajnejn b'enerġija bla limiti. Carmel Bonnici Il-klassiku "Oliver Twist" fuq il-liżar ċinematografiku SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023