Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti ROCKWIRED: Kunċert ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi x-xahar id-dieħel F'inqas minn xahar, se jsir kunċert f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt li jinkludi orkestra ta' 34 membru, kor ta' 60 persuna, u band ta' 6 mużiċisti! ROCKWIRED jasal fi ftit ġimgħat oħra, bi klassiċi tar- rock mis-60s, is-70s, l-80s, in- 90s u t-00s. Lestu ruħkom għal interpretazzjonijiet orkestrali ta' diski populari minn Bon Jovi, Coldplay, Aerosmith, Scorpions, Evanescence, Linkin Park, Muse, Metallica, The Beatles, Green Day, Queen, u ħafna aktar! Il-kunċert qed jiġi ppreżentat minn Arthaus, organizzazzjoni volontarja li trawwem it-talenti taż-żgħażagħ, b'kollaborazzjoni ma' The Palace String Orchestra. Dan il-festival tal-mużika ġej mill-viżjoni artistika ta' Stefania Grech Vella u mid-direzzjoni mużikali ta' Ryan Paul Abela, li wkoll għamel l-arranġamenti orkestrali. Intant, l-kor ser jitmexxa minn Claire McCartin. Barra minn hekk, l-attur- direttur rinomat Stephen Oliver se jkun il-host tal-lejl. Il-kunċert se jkun fih mixxellanja ta' talent lokali prominenti. Fost il-vokalisti, dawk li jattendu jistgħu jistennew lil Chris Grech, Klinsmann, Neville Refalo, Andre Portelli, Dion Farrell, Dorothy Borg Bonnici, Rachel Grech u Stephanie Chetcuti, Natassja Chapman, Jodi Zerafa Heckenlaible, u iktar! Dan kollu u iktar sorpriżi nhar Is-Sibt 4 ta' Novembru, kif ukoll il-Ħadd 5 ta' Novembru. Il-kunċert jibda fis-7:30 pm u jispiċċa fil-11:30 pm fiż- żewġ ġranet. Il-biljetti jistgħu jinxtraw onlajn minn fuq https://tickets.arthaus.mt. Il- prezzijiet ivarjaw minn €20 sa €35 skont is-sezzjoni li tagħżel. Dan il-proġett huwa appoġġjat minn Festivals Malta permezz tal-Fond Rock'N Malta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023