Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124
16 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum MATTHEW AGIUS Raġel minn Ħal Qormi ngħata sentenza ta' priġunerija sospiża wara li ammetta li ffroda 'l fuq minn €19,000 f 'benefiċċji soċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Mario Demicoli, ta 56 sena kien tressaq il-Qorti, mixli b'diversi reati kriminali, fosthom iffalsifikar ta' dokumenti li meta jiġu preżentati wieħed jista' jirċievi bihom ħlas mingħand uffiċċju pubbliku jew bank, iffalsifikazzjoni jew tibdil t'att pubbliku u li għamel użu minn tali dokumenti foloz. B'żieda ma' dawn, Demicoli kien akkużat ukoll li għamel dikjarazzjoni falza lil awtorità pubblika, frodi u li għamel qliegħ ta' iżjed minn €5,000 b'qerq, fost akkużi oħrajn. Il-Qorti tal- Maġistrati, preseduta mill-maġistrat Rachel Montebello, kienet semgħet lil Martin Buhagiar, Assistent Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiddikjara quddiemha li l-flejjes meħudin mill-imputat Demicoli għad- detriment tad-Dipartiment tas- Sigurtà Soċjali mis-sena 2020 'l hawn, kienu jammontaw għal €19,281.50, u li l-imputat ma kien għamel ebda pagament ta' rifużjoni sa dakinhar. Demicoli, rrappreżentat mill- avukat Matthew Xuereb, kien ammetta l-akkużi. Hu ddikjara li kien lest jintrabat sabiex jirrifondi l-ammont li kien irċieva indebitament, permezz ta pagamenti ta' €500 fix-xahar. Min-naħa tiegħu ir- rappreżentant tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, Martin Buhagiar iddikjara li d-Dipartiment kien "dispost per prinċipju" li jidħol fi ftehim formali mal-ħati. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-ispetturi tal-Pulizija Wayne Rodney Borg u Andy Rotin, iddikjarat li ma kinitx qiegħda tinsisti li tingħata piena ta' ħabs effettiva. Il-Qorti kkunsidrat diversi fatturi, fosthom min-naħa waħda il-gravità tar-reati u l-ammont sostanzjali li nkiseb mill-imputat permezz tagħhom, u min-naħa l-oħra ħadet ukoll qies tal-fedina penali relattivament nadifa tal- imputat, kif ukoll l-ammissjoni bikrija tiegħu. Ma dawn, ikkunsidrat il-fatt li l-prosekuzzjoni ma kinitx qed tinsisti fuq piena ta' ħabs u li kien intlaħaq ftehim formali bejn il-partijiet dwar il-ħlas tal- bilanċ bin-nifs u li diġà kienu bdew isiru pagamenti f 'dan is- sens. "Ir-reat l-iktar gravi fost is- sensiela ta' reati li l-imputat ammetta l-ħtija dwarhom, huwa dak [ta' frodi, punibbli b']... piena ta' priġunerija minn sentejn sa disa' snin minħabba li l-ammont iffrodat mill-imputat jeċċedi s-somma ta' €5,000. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qieset illi filwaqt li l-iktar piena idonea hija waħda karċerarja, kien hemm raġunijiet tajbin u validi fiċ-ċirkostanzi, biex din is-sentenza tiġi sospiża. Għaldaqstant, flimkien mar-ripagament tal-ammont meħud b'qerq, Demicoli ngħata sentenza ta' sentejn priġunerija, sospiżi għal tliet snin. Sentenza sospiża wara li ffroda mad-€19,000 f'benefiċċji soċjali Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-prosekuzzjoni ma kinitx qed tinsisti fuq piena ta' ħabs effettiva Il-Qorti semgħet kif l-imputat ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih, li jinkludu falsifikazzjoni ta' dokumenti u użu tagħhom, kif ukoll li għamel dikjarazzjoni falza lil awtorità pubblika