Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet Il-battalja għas-separazzjoni tal-iskart ELAINE CAMILLERI L-Awtoritá għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) daħħlet miżura fis- seħħ fil-15 t'Ottubru illi tgħid li se jibdew jingħataw multi lil dawk li jarmu ż-żibel tagħhom fil-boroż il-ħżiena. Huwa mandatorju li l-iskart ikun separat fil-borża t-tajba inkella individwi u anke negozji jistgħu jeħlu ċitazzjoni ta' €150. Din daħlet fis-seħħ la darba l-perjodu ta' sitt xhur għadda minn mindu kienet inħarġet l-iskeda l-ġdida ta' ġbir ta' skart f 'April 2023. Elaine Camilleri tkellmet mal- ERA sabiex jinxteħet dawl fuq xi strateġija ġiet implimentata biex Malta tkompli timxi ma' din il-liġi l-ġdida. Minn mindu ħarġet il-liġi f 'April 2023, l-ERA ħadet ħsieb u nediet kampanja nazzjonali ta' għarfien sabiex ikun hawn iktar infurzar. L-ERA għamlet dan bl- għan li kulħadd jiem u anki jidra kif għandhom jisseparaw l-iskart b'mod korrett fil-borża t-tajba, mhux fid-djar biss iżda wkoll fuq il-post tax-xogħol u f 'kull postijiet oħra. Kelliem mill-ERA spjega li kien hemm spezzjonijiet frekwenti madwar il-pajjiż, b'total ta' 4,390 spezzjoni. Dan sar bl-iskop biex l-ERA flimkien ma' uffiċjali tal- LESA jispjegaw u jwiddbu lil dawk li ma kinux qed jagħmlu l-almu tagħhom fis-separar tal-iskart. Tul dan il-perjodu ta' spezzjonijiet, ingħataw multi u twissijiet lil iktar minn 4,700 persuna u negozji li nqabdu jiksru r-regolamenti, speċjalment ħruġ tal-borża tal- iskart fil-ġurnata l-ħażina jew fil- ħin ħażin. L-ERA qalet li l-pajjiż għamel sforz ukoll min-naħa tiegħu hekk kif diġà bdew jaraw riżultati pożittivi. Skont stħarriġ li sar mill-ERA stess, in-nies qed jimxu mar-regolamenti kif mixtieq mill- awtoritajiet hekk kif il-kelliem innota li, "l-iskart mormi fil-boroż suwed qed jonqos gradwalment, filwaqt li l-iskart organiku sseparat fil-borża l-bajda qed jiżdied". L- Awtoritá kompliet tgħid li dawn huma "passi inkoraġġanti" biex ikomplu jaqdfu 'l quddiem bil- mira li jitnaqqas l-iskart ġenerali mill-miżbliet u jiżdied ir-riċiklaġġ ta' skart li jista' ikun ipproċessat u jintuża mill-ġdid. F'Ottubru 2023, wara l-perjodu ta' edukazzjoni, daħlu fis-seħħ multi ta' bejn €25 u €150 għal individwi jew negozji li ma jisseparawx l-iskart skont kif tisħaq il-liġi. Dawk li jinqabdu ma jisseparawx l-iskart kif suppost huma suġġetti għal twissija l-ewwel darba, imbagħad multi jekk jerġgħu jinqabdu jiksru l-liġi. Mill-aħħar statistika pprovduta mill-ERA, ingħataw 68 twissija. Fl-ewwel ħamest ijiem tal-infurzar tar-regolamenti tas-separazzjoni mandatorja, inħarġu twissijiet lil persuni u negozji għal diversi kontravenzjonijiet tal-iskart; fosthom persuni li ħarġu l-boroż tal-iskart mil-lejl ta' qabel il-jum tal-ġbir, persuni u stabbilimenti li kellhom skart mormi fil-borża l-ħażina u oħrajn li nqabdu joħorġu l-iskart fil-ġurnata l-ħażina. L-ERA tikkonferma li l-ispezzjonijiet se jsiru iktar regolari f 'kull lokalitá minn tim uffiċjali tal- infurzar u entitajiet oħra. Il-multi ta' €150 diġá qed jiġu infurzati għal dawk li ma joħorġux l-iskart għall- ġbir fil-ġurnata t-tajba. Il-kelliem kompla jgħid li l-ikbar sfida li qed iħabbtu wiċċhom magħha hija l-bżonn ta' "impenn kollettiv" minn kulħadd biex jissepara l-iskart b'mod tajjeb u joħroġ il-borża tal-iskart fil-ġurnata u l-ħin li suppost skont l-iskeda nazzjonali. Li wieħed jissepara l-iskart hija faċenda żgħira u faċli, u din tibda "b'bidliet żgħar li bihom niżguraw futur aktar sostenibbli". F'dan ir-rigward l-ERA qed taħdem ma' dawk kollha konċernati, ma' komunitajiet differenti u anke ma' setturi differenti tal-ekonomija, sabiex jingħelbu diffikultajiet loġistiċi speċifiċi, għal immaniġġjar tal-iskart aktar sostenibbli f 'kull attività tal-ħajja soċjali u ekonomika tal-pajjiż. Dawn ir-riżultati pożittivi mistennija jkomplu jissaħħu fis- snin li ġejjin, bit-twettiq tal-Pjan Nazzjonali tal-Immaniġġjar tal- Iskart 2021-2030. Dan il-pjan se jaħdem favur l-objettiv li jrid jintlaħaq sal-2035, li 10% biss tal- iskart imur fil-miżbliet, sostna l-kelliem tal-ERA. Dan mhux biss se jnaqqas it-tniġġis tal-art u tal- arja, iżda saħansitra jfisser ukoll inqas konsegwenzi ambjentali għal- lokalitajiet Maltin u inqas teħid ta' art għal miżbliet ġodda. L-iskart irriċiklat se jintuża sabiex tkun tista' tiġi ġġenerata enerġija nadifa u b'hekk inkomplu nersqu pass dejjem eqreb lejn enerġija ċirkolari li ma tniġġisx u pass eqreb għal futur sostenibbli b'inqas impatti negattivi fuq l-ibħra u l-ambjent. LUIGI SGHENDO B'reazzjoni għall-vot riċenti dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta, l-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant akkuża lill-membri tal- Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew li ppruvaw iħeġġu lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jintroduċu l-abort f 'Malta. Ir- riżoluzzjoni appellat lill-Gvern Malti biex "finalment jiddaħħal id-dritt għal abort sigur u legali fil-liġi nazzjonali," u tressqet fil- plenarja mill-MEP David Casa. Sant, li ma setax jattendi s-sessjoni plenarja ta' Strasburgu, iżda qal li segwa mill-qrib il-proċeduri, esprima s-sorpriża tiegħu dwar il- kontenut tar-riżoluzzjoni. Sant qal, "Bqajt skantat insib li r-riżoluzzjoni tgħid hekk fost oħrajn: "(Il-Parlament Ewropew) Jesiġi mill-Gvern Malti biex sa fl-aħħar iniedi d-dritt għal abort sigur u legali fil-liġi nazzjonali, kif il- Gvern kien ħabbar qabel, ħaġa iżda li ma twettqet skont l-ebda proċess leġiżlattiv, għax minflok, bil-maqlub, ġiet approvata liġi restrittiva dwar l-abort." Ir-riżoluzzjoni ffukat fuq is-saltna tad-dritt f 'Malta: sitt snin wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u għalhekk il-ħtieġa li jiġu protetti l-ġurnalisti. Iżda l-istess riżoluzzjoni ħeġġet lill-Gvern Malti biex jadotta d-drittijiet tal-abort, filwaqt li enfasizzat il-ħtieġa li d-deċiżjoni ssir mill-poplu Malti stess permezz ta' proċess demokratiku. Il-kritika ta' Sant ma kinitx biss lejn David Casa, iżda wkoll lejn il-President tal-Parlament tal-UE Roberta Metsola, li għalkemm ma pparteċipatx fil-vot, meta ħadet il- kariga ta' President tal-Parlament Ewropew kienet iddikjarat li "l-abort għandu jsir dritt kostituzzjonali Ewropew". Madankollu, l-Ewroparlamen- tari David Casa, permezz ta' post fuq Facebook, iċċara li ttieħdet votazzjoni dwar il-klawsola speċi- fika relatata mal-abort. Casa wera biċ-ċar li huwa, flimkien mal-Ew- roparlamentari Alex Agius Saliba, kienu l-uniċi żewġ MEPs Maltin li opponew il-klawsola tal-abort. Casa qal li din turi l-pożizzjoni tiegħu rigward l-abort, hekk kif saħaq li dejjem kienet konsistenti u oppona li jidħol l-abort f 'Malta u qal li l-poplu Malti biss jista' jdaħħal l-abort f 'pajjiżna. Ir-riżoluzzjoni ġiet approvata b'437 vot, 14 ivvutaw kontra, u 66 astjenew. Żewġ Membri Parlamentari Ewropej biss mill- grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi vvutaw kontra r-riżoluzzjoni – l-MEPs Laburisti Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar, iżda Cutajar ma vvutatx fuq ir-riżoluzzjoni speċifika tal-abort. Cyrus Engerer ħalla l-plenarja mingħajr ma tefa' vot. Il-vot ta' Casa u l-kjarifika sussegwenti tiegħu fuq il-midja soċjali ġabu fuq quddiem il- kwistjoni sensittiva tad-drittijiet tal-abort f 'Malta, u qanqlu diskussjonijiet dwar l-irwol tal- MEPs fit-tiswir ta' politika bħal din fl-Unjoni Ewropea u l-pożizzjoni tal-politiċi individwali dwar din il- kwistjoni tant sensittiva. L-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi tgħid li tibdiliet fis-separar tal- iskart huwa "pass inkoraġġanti" biex jitnaqqas l-iskart ġenerali u huwa pass eqreb għall-futur sostenibbli L-infurzar tas-separar tal-iskart huma "bidliet żgħar li bihom niżguraw futur aktar sostenibbli" Battibekki bejn Sant u Casa dwar riżoluzzjoni tal- UE fuq is-saltna tad-dritt u l-abort f'Malta David Casa u Alfred Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023