Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum Jiftaħ l-istaġun 'kontroversjali' tal-insib minkejja twissijiet mill-KE ELAINE CAMILLERI Il-Ġimgħa fetaħ l-istaġun tal-insib u l-għaqda mhux governattiva tal-BirdLife Malta reġgħet semmiet ir-regolamenti li jikkonċernaw l-insib f 'Malta. U dan minkejja li l-Kummissjoni Ewropea wissiet il-Malta biex ma terġax tiaħ l-insib għall-għasafar tal-għana. Dan hekk kif l-użu ta' xbieki huwa permess fuq żewġ derogi. Iż-żewġ derogi huma soġġetti għal proċedimenti ta' ksur imexxija mill-Kummissjoni Ewropea. BirdLife Malta qalet li dan l-istaġun kontroversjali nfetaħ kif ġie awtorizzat mill-Ministru ta' Għawdex Clint Camilleri wara l-votazzjoni tal-Komunitá ORNIS li seħħet fl-10 ta' Ottubru. L-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li tieħu ħsieb kwistjonijiet ambjentali naqset milli tkun preżenti waqt il-votazzjoni. Dan irriżulta li l-BirdLife kienet l-unika entitá li vvotat kontra. Għall-istaġun tal-Malvizz, huwa permess li jinqabdu biss total ta' 7,000 għasfur bejn l-20 u il-31 ta' Ottubru. Mentri, għall-istaġun tal-Pluviera, huwa permess total ta' 500 bejn l-1 ta' Novembru u l-10 ta' Jannar. Minn banda oħra, l-istaġun tal-Isponsun, li qajjem reazzjonijiet nazzjonali meta il-Ministeru tal-Kaċċa qal li l-insib tal- Isponsun qed isir għal raġunijiet ta' riċerki, se jiaħ mill-20 ta' Ottubru sal-20 ta' Diċembru. Il-BirdLife sostniet li t-tieni deroga hija biss farsa biex taħbi l-fatt li l-insib tal- Isponsun jibqa' għaddej. L-użu ta' siti rreġistrati għall-insib huwa permess sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara inżulha, kuljum sakemm jagħlaq l-istaġun. L-insib billejl mhux permess u saħansitra huwa pprojbit apparat elettroniku li jqarraq l-għasafar. Il-BirdLife terġa' ssemmi leħinha kontra l-kaċċa hekk kif jiftaħ l-istaġun kontroversjali tal-insib Jiftaħ l-istaġun tal-insib wara l-votazzjoni tal-Komunitá ORNIS Waqt konferenza tal-aħbarijiet, tħabbar li se jingħata bidu ta' riċerka dwar il-metaboliżmu tal-popolazzjoni Maltija bl-isem 'Analysis of the metabolic status of the Maltese population: a nested cohort study.' Dan l-istudju se jsir f 'kollaborazzjoni bejn il- Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Università ta' Malta. L-istudju ta' riċerka se jwassal sabiex jkunu magħrufa l-mard u konsegwenzi li setgħu nibtu fil-pazjenti li ġew djanostikati fl- ewwel studju li sar bejn l-2014 u l-2016. L-istudju primarju kien imexxi minn Dr Sarah Cuschieri bl-isem 'SAĦĦTEK – e University of Malta Health and Wellbeing study', mentri Dr Elizabeth Grech se tkun qiegħda tmexxi t-tieni riċerka. Grech flimkien ma' Cuschieri, sostnew li l-ewwel studju ta' riċerka sar sabiex tiġi magħrufa il- qagħda attwali tal-metaboliżmu taċ-ċittadini Maltin. Filwaqt, li t-tieni riċerka tixħet dawl fuq il- konsegwenzi li setgħu wasslu għal dan il-mard, fosthom il-Covid-19. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, qal li riċerka bħal din hija importanti sabiex titjieb il-kwalità ta' ħajja u anki twassal għal titjieb fis-servizzi pprovdutu liċ-ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. Tkellem ukoll is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Matthew Vella, li tenna li l-istudji li jsiru għandhom jibqgħu jiġu aġġornati maż- żmien "bi studji oħra li jwasslu għal xi tip ta' innovazzjoni sabiex verament inħallu impatt tanġibbli fil-ħajja tan-nies". Riċerka dwar is-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023