Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda GRAHAM BENCINI X'ħajrek tidħol fil-politika u xi tfisser il-politika għalik? Il-politika hija mezz li biha, minbarra li tkun ta' servizz lejn in-nies, tista' tikkontribwixxi biex tbiddel il- pajjiż biex isir post aħjar għall- ġenerazzjonijiet futuri tagħna. U dan, probabbilment kien il- fattur ewlieni għaliex iddeċidejt li naċċetta li nidħol fid-dinja politika. Jiena kont privileġġat li kelli diversi esperjenzi pożittivi kemm fil-karriera professjonali tiegħi bħala Chartered Accountant u Financial Service Practitioner, kif ukoll fil- Karriera Sportiva tiegħi fejn kelli Karriera tal-Futbol pjuttost twila li tatni diversi unuri, inkluż dik li nirrappreżenta lil pajjiżi, li huwa l-akbar unur li persuna tista' tingħata. U nipprova nuża l-esperjenzi tiegħi fil- politika sabiex intejjeb kemm id-dinja Sportiva kif ukoll dik Professjonali. Kif issib il-bilanċ bejn il-karriera politika u l-ħajja personali? Ma hi faċli xejn. Minbarra l-karriera politika u l-ħajja privata tiegħi, għandi wkoll il- karriera professjonali tiegħi. Nemmen li s-sigriet biex issib il- bilanċ bejn it-tlieta huwa li nkun effiċjenti mal-ħin kemm nista' u li għandi l-appoġġ sħiħ tal-mara tiegħi. Nispiċċa naħdem sigħat twal u b'dan il-mod inżomm mal-Impenji Professjonali u Politiċi tiegħi. L-iżvantaġġ huwa li meta mmur lura d-dar billejl, it-tfal tagħna jkunu diġà reqdin u marti, li hija avukat, tkun għajjiena wara ġurnata twila tittratta l-impenji ta' xogħolha, qorti, tiġbor lil uliedna mill- iskola u tieħu ħsiebhom. Madankollu, inqatta' ħin kemm nista' mat-tfal filgħodu, fejn inwassal lit-tifel il-kbir tagħna l-iskola kuljum u nqatta' kemm jista' jkun ħin magħhom fil- weekends. F'xogħlok fil-Parlament, liema suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar? Insib is-suġġetti relatati mal-portafoll li tani l-Kap tal- Oppożizzjoni, li jikkonsisti fi Sports u Xandir Pubbliku, interessanti ħafna. L-isport professjonali kien parti kbira minn ħajti għal ħafna snin, għalhekk nista' nitkellem dwaru mill-angolu ta' xi ħadd li esperjenza personalment l-isfidi, id-diżappunti u s-suċċessi ta' atleta. Ix-Xandir Pubbliku ma kienx suġġett li kont familjari ħafna miegħu qabel ma ngħatajt dan is-suġġett bħala wieħed mir-responsabbiltajiet tiegħi. Madankollu, ħdimt ħafna fuqu, regolarment nitlob parir minn nies li jafu ħafna u li esperjenzaw dan is-suġġett personalment u llum sirt familjari ħafna u nagħraf aktar milli kont qabel l-importanza tax-Xandir Pubbliku. Naturalment, peress li jien Chartered Accountant kwalifikat, u peress li nipprattika fl-Industrija tas- Servizzi Finanzjarji kuljum u ilni nagħmel hekk għal ħafna snin, il-finanzi huwa suġġett li jogħġobni u li nsibu interessanti ħafna u ta' sfida. Għalkemm m'għandi l-ebda suġġett relatat mal-finanzi bħala parti mir- responsabbiltajiet parlamentari tiegħi, bħala membru permanenti tal-Kumitat tal- Kontijiet Pubbliċi, inpoġġi fil- prattika l-għarfien tiegħi dwar il-Finanzi, l-Industrija tas- Servizzi Finanzjarji u suġġetti relatati, prattikament f 'kull laqgħa ta' dan il-kumitat, li jiltaqa' kull ġimgħa. Rigward ix-xandir nazzjonali int kont fost ħafna li kkritikajt lill-PBS minħabba li dan ma jirrappurtax b'mod indipendenti. Taħseb li l-PBS u anke l-Awtorità tax-Xandir għandhom ikunu indipendenti mill-Gvern b'mod assolut? Sfortunatament huwa fatt li x-Xandir Pubbliku tagħna mhuwiex imparzjali u dan ġie ppruvat ukoll fil-qorti f 'diversi okkażjonijiet. Huwa inaċċettabbli li l-Istazzjon tax- Xandir Pubbliku tagħna, li huwa ffinanzjat mill-Poplu, ma jxandarx kontenut editorjali li ma jpoġġix lill-Gvern f 'dawl tajjeb, jew jipprova jarresta attivisti tas-soċjetà ċivili talli għamlu konferenza stampa. Wasal iż- żmien li nsaħħu l-istrutturi li jbiegħdu lill-PBS u anke lill-Awtorità tax-Xandir mill- Gvern. Tkellimt dwar dan fil- Parlament diversi drabi. Nistgħu nħarsu lejn sistemi oħrajn, mhux biex nikkupjawhom, iżda biex nadattawhom għalina. Hemm diversi mudelli li nistgħu nitgħallmu minnhom jekk verament irridu li aħna jkollna xandir ta' servizz pubbliku u mhux xandir tal-istat kif għandna bħalissa. Din il-ġimgħa int kont preżenti wkoll għall-proposta sabiex jiġi maħluq kumitat Parlamentari li jagħti ħarsa lejn il-ġurnaliżmu f 'Malta. Fil-fehma tiegħek, liema huma l-aktar bidliet kruċjali li għandhom isiru f 'dan il- qasam? L-aktar ħaġa kruċjali f 'dan l-istadju hija li aħna, bħala pajjiż, nagħrfu l-irwol vitali tal- ġurnaliżmu indipendenti u li nassiguraw il-ħarsien tiegħu billi nimponu fuq l-istat obbligu illi pożittivament jaġixxi biex joħloq sistemi effettivi li adegwatament jipproteġu lill-ġurnalisti u jippromovu l-ġurnaliżmu ħieles. Dan huwa diġà rikonoxxut mill- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem u dan ġie rrakkomandat fir-rapport tal-Bord ta' Inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Biex nagħmlu dan, jeħtieġ li jkollna firxa wiesgħa ta' konsultazzjoni dwar dan is-suġġett, u nistiednu lis- soċjetà ċivili, lill-partijiet interessati kollha u lill-pubbliku ġenerali jressqu r-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom. Huwa fatt li l-Maltin mhux magħrufin għall-imħabba tagħhom għall-isport. Bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għal dan il-qasam, x'taħseb li hi s-soluzzjoni biex il-Maltin jiġu inċentivati jiċċaqalqu aktar? Ma naqbilx li l-Maltin mhux magħrufin għall-imħabba tagħhom lejn l-isport għax hemm ħafna nies li jipprattikawh u jekk ma jipprattikawhx, isegwuh regolarment. Il- problema li għandna bħala pajjiż hija li l-livell għoli ħafna ta' obeżità, li huwa indirettament u direttament relatat man-nuqqas ta' attività fiżika u wkoll mat-tip ta' ikel li nieklu. Irridu ninvestu fl-Edukazzjoni tan-nies biex jifhmu l-effetti serji li l-obeżità għandha fuq is-saħħa ġenerali tagħhom u ninċentivawhom biex jieklu ikel tajjeb għas-saħħa u jagħmlu aktar eżerċizzju. Graham Bencini huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport u x-Xandir Pubbliku. Huwa ħadem fis-settur tal-finanzi bħala 'accountant' u kien jirrappreżenta l-Malta wkoll fit-tim nazzjonali tal-futbol. Mal-ILLUM, Bencini tkellem dwar ix-xandir pubbliku u s-settur tal-ġurnaliżmu fost l-oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023