Illum previous editions

ILLUM 22 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum I l-mewt hi għamja. Tiġi żgur. Meta ma tafx. Ma tħares lejn wiċċ ħadd. Imma meta, bil-minġel tagħha, taqta' minn nofsna persuna li tant tkun f 'qalbek li qatt ma tista' timmaġina li tqum filgħodu u ssir taf li m'għadhiex magħna. Marret in-naħa l-oħra. Qabżet il-barriera tal-vjaġġ tagħha f 'din l-art. Għal min jemmen jaf li għad nerġgħu niltaqgħu. Inkella l-ħajja hi wisq qasira u mimlija mrar kieku d-destin tagħna l-bnedmin kellu jieqaf fit-trab taċ-ċimiterju. Hawn min jemmen f 'ĠENNA TAL-ANNIMALI. Jien nemmen f ''ĠENNA TA' BNEDMIN fejn nerġgħu niltaqgħu mal- maħbubin tagħna u ma' dawk li ħsibna li mhux ser ikunu hemm. Ser tkun Ġenna tas-Sorpriżi. Fejn niltaqgħu ma' dawk li f 'din il-ħajja għaddew mill-Passjoni; waħidhom; abbandunati. Kienu wisq żgħar biex nagħtu kashom. Imma ser ikunu hemm – b'ġisem glorjuż, differenti imma narfuhom. Ma jbatux iżjed – ikunu mdawwrin bin-nies li jħobbu u li jimpurtahom. Jiena nemmen li fl-infern m'hemmx bnedmin. L-infern ma ġiex maħluq għall-bnedmin. Konvint li kulħadd, kulħadd isalva. Insibha diffiċli ħafna biex nemmen li jista' jeżisti xi kastig etern – jgħaddu biljuni u biljuni ta' snin u għadek hemm tinħaraq fin-nar. Bħalissa għaddej minn żmien fejn spiss nisma' b'tant nies li naf… min jimrad, min b'qalbu maqtugħa jistenna r-riżultati tal- kanċer, min jidħol f 'dipressjoni u jħossu waħdu. Imma l-ħin kollu nisma' bi stejjer ta' nies li kapaċi mhux biss iħobbu imma kapaċi JURU li jħobbu. Jużaw it-talenti tagħhom mhux biss għalihom u l-familji tagħhom imma biex jaqsmu l-qalb tad-deheb ma' min hu fil-bżonn. Rose u Philip Sciberras huma tnejn minn dawn l-anġli tad- deheb. Niakarhom l-università. Imma spiss nisma' b'dak li jagħmlu, huma u uliedhom, biex jiddefendu kawżi ta' nies li mhux bil-fors jiġu milqugħa minn kulħadd. Jagħtu vuċi lil min hu bla leħen; jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem anki tal-minoranzi speċjalment tan-nisa. Nista' nikteb ħafna dwar Philip Sciberras, il-ġgant fil- ġurisprudenza, għalliem, poeta, u kittieb. Nista' nikteb kif dejjem sibtu biex jgħinni u jurini d-direzzjoni. GRAZZI PHILIP! Imma min aħjar minn martu ROSE ma jista' jesprimi l-ħsus ta' min hu imġarrab? Nipproduċi l-qalb ta' omm, mart Philip, li l-iktar li tafu minna lkoll: "Wara li ħadu ħsieb ta' kollox issa telqu, it-tfal, bħal ma tlaqt int dalgħodu Philip. U issa ninsab waħdi, fil-ħemda tad- dar, jien u l-memorji ta' ħajjitna flimkien. Kont inkun waħdi meta tidħol għat-trattament u jien nibqa' hawn nindokra l-kelb (li int kont tinsisti li qatt ma jibqa' waħdu) u nsajjarlek xi ħaġa li tħobb. Imma dejjem kelli t-tama li wara jum jew tnejn terġa' tiġi lura. Issa veru waħdi. Imma x-xhieda tar-rispett kbir li n-nies kellha għalik tikkonfortani u tikkonvincini li l-memorja tiegħek se tibqa' b'saħħitha għal bosta snin. Kont mimli bl-għerf, studjuż u bieżel imma l-aqwa preġju tiegħek kienet l-umiltà kbira tiegħek. Prova ta' dan kien il-kliem li qalli l-kbir ta' Alex xħin ġie mill-iskola : "Nanna, I never knew nannu was so well known by so many people". Għamilt x'għamilt u lħaqt fejn ilħaqt qatt ma kibritlek rasek. Qatt ma fittixt il-kumpanija tal-kbarat u l-imwejjed. Kont tippreferi li tkun mal-bniedem iż-żgħir u n-nies tar-raħal li bqajt tgħożż anke jekk kont ilek snin twal li ma bqajtx tgħix hemm. Legati se tħalli bosta warajk - l-istudji tal- ġurisprudenza, is-sentenzi li tajt bħala mħallef, il-peożiji li ktibt - imma l-akbar legat huma l-għaqda u l-għożża tal- familja li sawwarna u rabbejna flimkien. Ridt tarahom dalgħodu jorganizzaw u jikkoperaw flimkien biex jagħtuk l-isbaħ funeral kif jixraqlek - x'għaxqa! Wara 40 siegħa tiġġieled għan- nifs u qalbek tnin bil-mod il-mod, għannaqtek u bistek u inti tlaqt. Bħal donnok kont qed tistenna l-permess biex titlaq. Eh Philip xi bniedem kont... sempliċi u enigmatiku fl-istess waqt. Issa strieħ għażiż u ibqa' indokrana minn fejn int. Tibqa' f 'qalbna għal dejjem." J'Alla kull mara jkollha l-ħila tesprimi fil-pubbliku dawn is- sentimenti nobbli għan-nies ta' madwarha. Wasalna l-aħħar ġimgħat tas-Sinodu tas-Sinodalità…. ippruvaw iżommu kemm jista' jkun sigriet dak li kien għaddej…. mhux għax riedu jaħbu xi ħaġa imma biex iħallu lil kulħadd ikun liberu li jgħid li jrid, jitkellem bil-libertà sħiħa mingħajr pressjoni ta' 'lobbies' li jeżistu kemm fil-Knisja u kemm barra minnha. Ir-riżultati tat-tibdil li ser isir fil-Knisja jibdew joħorġu bil-mod il-mod. Mhux ser ikun hemm xokkijiet; l-anqas aħbarijiet 'ġodda' jew xi tibdil radikali jew tibdil fil-Vanġelu! Il-Papa, ta' Ġiżwita' xiħ u t'esperjenza, jaf lil min jindirizza u kif. Jitkellem ċar u tond. Jaf li dak li ser iħabbar ser ikun hemm min jopponih. Minn dejjem hekk kien fil-Knisja. La ma kissruhiex is-saċerdoti fiha ebda dimonju ma jkissirha. Philip Sciberras – missier li ma jmut qatt u Rose – omm li tilfet il-maħbub tagħha Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap Philip Sciberras

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 October 2023