Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Iż-żieda fis-serq f'Għawdex realtà jew perċessjoni? www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • NRU 890 PAĠNA 3 Metsola tfalli l-ewwel test fil-kampanja elettorali – taħrab mill-midja Il-President tal-Parlament Ewropew u deputata Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, Roberta Metsola evitat milli tkellem ġurnalist tal-gazzetta MaltaToday waqt laqgħa fil-kampus tal-MCAST il-Ġimgħa. Iż-żjara ta' Metsola kienet waħda li ġiet immarkata anke bi protesta mill-istudenti li laqgħuha b'kartelluni f 'idejhom filwaqt li jallegaw li ffaċilitat ġenoċidju; dan b'referenza għal dak li qed iseħħ f 'Gaża, u r-reazzjoni tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew. Ġurnalist u fotografu tal-gazzetta MaltaToday ġew mitluba minn uffiċjal tas-sigurtà tal-iskola stess biex jitilqu mill-MCAST, it minuti qabel ma' waslet Metsola. Kelliem ta' komunikazzjoni min-naħa tagħha, saħaq li l-midja ma kinitx mistiedna għal dik iż-żjara. L-ekwipaġġ tal-ġurnalisti stennew fuq barra sakemm spiċċa l-avveniment, iżda inzerta li Metsola ħarġet minn bieb ieħor. Kelliem tal-Parlament Ewropew spejga li dak ġara għax Metsola kienet tard għall-appuntament ieħor. Wara, uffiċjali tal-MCAST iċċaraw li huma ma kellhomx x'jaqsmu ma' dak li kien għadu kif ġara u mad-deċiżjoni li l-midja ma żżurx l-avveniment. Metsola u l-President tal- Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, it-tnejn li huma żaru l-Iżrael wara l-attakki tal-Ħamas, fejn inqatlu 1,400 persuna inkluż nisa u tfal u 200 nżammu bħala ostaġġ ġewwa Gaza. Il- Ħamas huma kkunsidrati bħala grupp terroristiku mill-UE, imma ġew eletti demokratikament ġewwa Gaza. Bħalissa, Metsola hija l-kandidat favorita għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew li se jsiru s-sena d-dieħla, u huma ħafna mill-Partit Nazzjonalista li jikkunsidraw li tista tkun il-kap il-ġdid tal-PN u papabbli għal Prim Ministru. PAĠNA 16 Fil-Baġit għas-sena d-dieħla, fost l-oħrajn tħabbru li se jkun hemm żieda ta' €780 fis-sena fil-pensjonjijet sabiex l-anzjani ikollhom moħħhom mistrieħ. Tħabbar li familji bit-tfal, se jibqgħu jirċievu sussidju fl-għajnuna bħala Allowance tat-Tfal li se tiżdied €90 fis- sena għal ħames snin. Kif ukoll, il-pagi se jogħlew b'minimu ta' €12.81 fil- ġimgħa biex jirrifletti r-rata tal-inflazzjoni tas-sena li għaddiet u kif ukoll il-COLA addizzjonali - inċentiv li se jibbenefikaw minnu l-bosta. Il-Gazzetta ILLUM tkellmet ma' numru ta' familji biex tara kif uħud minn dawn il-miżuri se jaffettwaw familji Maltin. X'ifisser il- baġit għall- familji Maltin? Ġurnalist li kien qiegħed jistenna lil Metsola ġewwa l-MCAST ġie mġiegħel jitlaq ftit qabel waslet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023