Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Ringside Theatre Company itellgħu produzzjoni ta' 'Bull' fil-Queen Mary University of London Malta Campus Ix-xahar id-dieħel ġej proġett eċċitanti ġdid fil-Queen Mary University of London, Malta Campus t'Għawdex. Ringside eatre Company (RTC), kollettiv teatrali bbażat f 'Għawdex, se jtellgħu produzzjoni ta' 'Bull', miktuba minn Mike Bartlett. 'Bull' hija kummiedja moderna fuq ir-rivalità ġo l-uffiċċju u l-effetti tal-corporate downsizing; Tliet impjegati, Tony, Isabel, u omas, jiltaqgħu mal-water cooler u jistennew bil-ħerqa li jasal l-imgħallem tagħhom u jħabbar liema wieħed jew waħda minnhom se jitlef xogħlu. Il-konverżazzjoni malajr ddur f 'dak li huwa essenzjalment playground bullying hekk kif jibdew jgħaddu ż-żmien b'xulxin sabiex jisvogaw l-anzjetajiet tagħhom. It-titlu 'Bull' jista' jittieħed bħala referenza għall-bullying, jew saħansitra l-ġlied tal-barrin, peress li fil-produzzjoni oriġinali, l-istadju kien konstrutt bħala boxing ring b'water cooler solitarju f 'rokna waħda. Id-dramm jindirizza temi ta' poter, ambizzjoni u abbuż verbali, bi djalogu tant miktub tajjeb li tħossok qisek erġajt qiegħed lura fl-iskola. Din ir-reċta hija diretta minn Jayne Giordanella, b'kast żgħir għalkemm eċċellenti, li jiffurmaw parti minnu Edward orpe, Kelly Peplow, Alex Weenink u Bob Cardona. Ir-Ringside eatre Company bla dubju se jagħmlu ġustizzja lil din il-produzzjoni, li xi kritiċi ddeskrivew bħala "razor-sharp" u "uncomfortably riveting". Dan id-dramm idum inqas minn siegħa (madwar 55 minuta), u jinkludi sessjoni tal-Q&A hekk kif jintemm. Minħabba lingwaġġ qawwi u referenzi sesswali, ir-reċta mhijiex xieraq għal dawk li għandhom inqas minn 15-il sena. Barra minn hekk, is-suġġetti tal-bullying u l-abbuż jista' kapaċi jqanqlu xi memorji trawmatiċi għal xi wħud. 'Bull' se jittella' fil-Queen Mary University of London, Malta Campus kull nhar ta' Ħamis, Ġimgħa, Sibt, u Ħadd mid-9 sad-19 ta' Novembru, f 'ħinijiet varjanti. Biex tiċċekkja l-ħinijiet u tixtri biljett żur is-sit uffiċjali ta' Ringside eatre Company; https://ringsidetheatre.com/. Il-biljetti jiswew €18, iżda nhar il-Ħamis ikun hemm skont ta' 25% (€13.50)! Graphic design - poster credit : Bob Cardona Id-dramm jindirizza temi ta' poter, ambizzjoni u abbuż verbali, bi djalogu tant miktub tajjeb li tħossok qisek erġajt qiegħed lura fl-iskola

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023