Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum intervista L-Għawdxin jgħidu tagħhom fuq il-mina, ELAINE CAMILLERI Fl-2022, il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex kien twarrab mal-ġenb, kemm minħabba l-pandemija li ħakmitna tal- COVID19, kif ukoll minħabba sitwazzjonijiet oħrajn li kienu qed iseħħu madwarna. Madanakollu, il-proġett tal- mina xorta jibqa' wieħed li jissemma. Hija tema kemxejn kontroversjali għal uħud iżda xorta waħda tibqa' ħajja. Fl- 2022, il-Ministru għal Għawdex ressaq applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Skont il- pjan, huwa mistenni li r-runway eżistenti ta' 271 metru se ssirilha estenzjoni u tilħaq it-tul ta' 445 metru. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' wħud li taw il-fehma tagħhom. Tkellimna mal-eks Sindku Laburist tax-Xagħra, Christian Zammit fejn esprima l-opinjoni tiegħu li "pajjiżna jrid jaħseb f 'sistema ta' metrò issa li ormaj resqin lejn 600,000 abitant". Huwa kompla jgħid li s-sistema tal-metrò jrid ikollha fergħa li twassal sar-Rabat Għawdex u li "pajjiżna 'l hemm irid jimmira fejn jirrigwarda mini". Zammit kompla jisħaq li metrò taf tkun ta' benefiċċju ambjentali hekk kif skontu sistema ta' metrò hija l-unika infrastruttura ta' transport li biha jitnaqqas it- traffiku fit-toroq Maltin u id f 'id ma' dan, jitnaqqas it-tniġġis fl-ajra mid-duħħan tal-karozzi. Zammit kompla jtenni li huwa inutli jkollna trasport b'xejn fil-gżejjer tagħna mentri mbagħad "pajjiżna jibqa' b'mijiet ta' eluf ta' karozzi fit- triq". Is-Sindku qal li tali sistemi tat-trasport implimentawhom pajjiżi oħrajn, allura Malta tista' timplimenta l-istess sistema. Huwa spjega li nistgħu nimmiraw għal żewġ fergħat, waħda min-naħa tal-Lvant mir-Rabat, l-Imdina sal- Belt Valletta, u t-tieni linja min- naħa ta' fuq għal isfel t'Għawdex sa Marsaxlokk. "Ovvjament tali proġett jirrikjedi kapital enormi u ħin" stqarr Zammit. Minn banda oħra, it tas- snin ilu kienet ġiet proposta estenzjoni fil-Ħeliport t'Għawdex fix-Xewkija, li qajjem kemxejn tħassib dwarha speċjalment lil residenti li joqogħdu viċin. Meta mistoqsi dwar ir-'rural airfield', Zammit temm jgħid li "nemmen li din tista' toħloq diversi benefiċċji ekonomiċi li minnha jgawdi Għawdex, mingħajr ma tgħarraq l-ambjent". Staqsejna wkoll lil Joe Borg, il- President tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex fejn saħaq li bħala Kamra jibqgħu jemmnu li huwa proġett essenzjali għall- gżira Għawdxija. Borg qal li Għawdex huwa limitat għaliex jiddependi minn punt wieħed ta' aċċessibbiltà. Eventwalment għad tidħol aċċessibbiltà oħra permezz tal-ajru f 'Għawdex iżda xorta se tkun waħda limitata. Borg qal li preżentement, il-port tal-Imġarr huwa limitat, "li anke jekk inti tkun trid tkabbar is-servizzi marittimi f 'dan il-port, dan joffri sfidi kbar". Huwa kompla jitkellem fuq l-infrastruttura tat-triq li twassal għall-Imġarr u sostna li "jekk tiġri xi ħaġa f 'din it-triq, Għawdex prattikament jieqaf ". Meta ġiet proposta l-mina bħala linja li tgħaqqad lil Malta u Għawdex, kienu ħafna l-kummenti negattivi u kritiċi li qamu, fosthom dwar il-kostruzzjoni li tiġi ġġenerata fuq il-gżira. Minkejja dan, Borg jgħid li "sfortunatament kellna żvilupp eċċessiv li ma kienx tort tal-mina imma tan-nuqqas ta' politika ċara tal-ippjanar fuq Għawdex". Il-Kamra tan-Negozju stqarret li proġetti simili saru barra minn Malta u mhijiex xi ħaġa impossibbli għall-gżejjer Maltin u b'hekk huwa proġett "fattibbli u finanzjarjament sostenibbli". Borg qal li tali proġett jiffaċilita ħafna ħajjet dawk li jivvjaġġaw kuljum minn gżira għal oħra minkejja li l-istruttura tat-trasport preżenti toħloq bottlenecks. Bil- mina, it-trasport jitqassam b'mod sostenibbli u jekk Għawdex ikollu punt ta' aċċessibbiltà ieħor, ma jkunx hawn limitazzjonijiet tal- ħin. Borg qal li tnaqqis ta' dan il-ħin mitluf jagħmilna iktar effiċjenti. Proġett bħal dan jimpatta lil kulħadd minn kumpaniji, ħaddiema u studenti li jistudjaw Malta. "Minkejja l-isforzi li noħolqu opportunitajiet f 'Għawdex, Għawdex qatt ma jista' jkun kollox għal kulħadd u għalhekk kemm jista' jkun għandu jkun hemm l-isforz li jitnaqqsu l-iżvantaġġi li jeżistu bejn iż-żewġ gżejjer". Dwar il-mitjar, ġie nnutat li Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex kienu fost dawk li stqarru li proġetti infrastrutturali simili saru barra minn Malta u mhijiex xi ħaġa impossibbli għall-gżejjer Maltin, filwaqt li d-deputat Nazzjolanist Għawdxi Chris Said jisħaq li għandu jsir referendum li fih l-Għawdxin tingħatalhom l-opportunità biex jiddeċiedu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023