Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum X'ifisser dan għalija? • Mingħajr din l-għajnuna, il-prezz tal-konsum tal-elettriku għal koppja jirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. • Għal familja t'erbgħa, din l-ispiża togħla minn €672 għal €1,275. • Mingħajr l-għajnuna tal-Gvern, il-prezz tal-fjuwil jiżdied b'€468 aktar fis-sena għal vetturi petrol u €624 għal vetturi diesel. Komunitajiet b'ambjent aħjar • Project Green se tibda proġetti ambjentali fil-komunità fi 80,000 metru kwadru ta' spazji miftuħa, b'5,000 siġra ġdida f'diversi lokalitajiet. • Qed inħejju l-ippjanar ta' proġetti ambjentali kbar, bħar-riġenerazzjoni fil-qalba ta' San Ġwann, il-pulmun ambjentali ġdid f'Bormla u l-proġett Siċċa f'Birżebbuġa. • WasteServ ser tittrasforma l-impjant qadim tar-riċiklaġġ f'Wied il-Għajn f'park tal-familja. • Qed naħdmu wkoll fuq iżjed spazji miftuħa f'diversi lokalitajiet. Viżjoni ċara għal futur dekarbonizzat • Interconnect Malta qed tavvanza t-tħejjijiet għall-ewwel sejħa għal sistemi t'enerġija rinnovabbli offshore fl-ibħra Maltin, kif ukoll għat-tieni Interconnector bejn Malta u l-Italja u l-ewwel sistemi ta' batteriji kbar għall-ħażna tal-enerġija. • Fl-2024 se nestendu diversi skemi t'għajnuna ta' REWS għal sistemi t'enerġija rinnovabbli u teknoloġiji li jżidu l-effiċjenza fl-enerġija. • L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ħa żżid mal-1,200 punt tal-iċċarġjar pubbliku għall-vetturi elettriċi. Ninvestu fl-infrastruttura • Qed nirdoppjaw l-investiment fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, b'ċentri tad-distribuzzjoni ġodda u xogħol ta' tisħiħ ieħor. • Se jinkisbu 60MW t'enerġija addizzjonali ta' ġenerazzjoni elettriku ta' riserva, sakemm jibdew joperaw is-sorsi t'enerġija nadifa ġodda. • Bi €12-il miljun f'tisħiħ tal-impjanti tar-reverse osmosis, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se żżid il-produzzjoni tal-ilma b'mod sostanzjali. • Il-proġett ta' €500 miljun ECOHIVE, b'impjant li jibdel l-iskart f'enerġija, se jiġġenera enerġija nadifa filwaqt li jnaqqas il-bżonn tal-miżbliet. Qed inkomplu ngħinu lin-negozji fit-tranżizzjoni ambjentali • Malta Enterprise qed tippjana Ċentru ta' Kompetenza fil-qasam tas-semiconductors biex ikollna ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa għal investiment ġdid f'dan is-settur, inkluż il-manifattura fabless. • Qed nestendu l-iskema Startup Finance u nedejna konsultazzjoni biex nistabbilixxu qafas legali maħsub biex jissimplifika l-ħajja tan-negozji startups, partikolarment dawk innovattivi. • Fit-tliet snin li ġejjin, Malta se tospita l-EU Startup Summit. • B'investiment ta' €60 miljun f'għajnuna lin-negozji, Malta Enterprise se tappoġġja diversi proġetti tal-intrapriża, filwaqt li ġġedded l-iskemi popolari t'għajnuna dwar is-sostenibilità, l-effiċjenza, d-diġitalizzazzjoni, il-kera, l-innovazzjoni, l-ESG u oħrajn • L-inizjattiva Blue Med se tkompli tattira aktar investiment fl-ekonomija blu. NIMXU LEJN FUTUR SOSTENIBBLI Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża qed jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija. Fl-2024 qed ninvestu €340 miljun biex inħarsu lill-familji u lin-negozji mill-instabiltà globali f'dan is-settur. budget freephone 8OO722O7 website budget.gov.mt sostenibilità

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023