Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum CLAIRVOYANT Mr TOURE Medium and Psychic of Great Competence. Will solve your problems even in hopeless cases with efficient and speedy results. Specialist in occult work. Will quickly reunite you with your loved one and solve every difficulty finding the person of your life. Helps you fully master the man or woman you love. Provide protection against bewitchment and enchantment. Only by appointment. Payment after results and according to your means. TEL: +356 77 48 45 11 Tat-Tindif jirċievu 'l fuq minn 7,500 ilment ta' skart Sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena, daħlu 'l fuq minn 7,500 ilment fuq l-applikazzjoni tad-Dipartiment għat- Tindif u l-Manutenzjoni. Qal dan id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjon hekk kif innota li din l-applikazzjoni qed iżżid l-effiċjenza tal-ħaddiema. "Meta se nibdew inħobbu fejn ngħixu, meta se nibdew inkunu kburin b'pajjiżna?" Kien permezz ta' dan il-kliem fuq Facebook li l-Cleansing and Maintanance Division niggżet il-kuxjenza ta' dawk li jħammġu l-pajjiż. Id-Dipartiment kien ħabbar l-applikazzjoni Clean and Upkeep u li fiha, persuni jistgħu jħallu lmenti u suġġerimenti b'mod anonimu. Dan jistgħu jagħmluh billi jieħdu ritratt u jagħtu permess biex tiġi rreġistrata l-geolocation tal- ilment. Id-Direttur Ġenerali qal li x-xitwa dalwaqt magħna. Għalhekk id-dmirijiet u l-bżonnijiet jinbidlu xi ftit mix- xhur tas-sajf. Matul ix-xhur tas- sajf ikun hemm ħafna postijiet turistiċi b'influss ta' nies fihom, speċjalment il-bajjiet. Kien għalhekk li d-Dipartiment kien investa f 'Sand Sifters kif ukoll żdiedet il-frekwenza ta' kemm-il darba jitbattlu l-bins fost oħrajn. Barra minn hekk, l-istess Dipartiment jieħu ħsieb il- manutenzjoni tal-għamara tal-baħar, bħal slielem, bins, railings, eċċ. Jassigura li dawn jitwaħħlu qabel ix-xhur tas- sajf u jitneħħew għal Ottubru biex tkun tista' ssirilhom il- manutenzjoni li jkun hemm bżonn. B'differenza mis-sajf, Deguara qal li fix-xitwa, ġeneralment isir sforz kbir biex jitnaddfu l-kanali tal-ilma minħabba x-xita. Meta mistoqsi fuq jekk għandux isir iktar infurzar rigward ir-rimi ta' skart illegali, huwa fakkar fis-servizzi tal- bulky refuse offruti mid- Diviżjoni u mill-Kunsill Lokali bla ħlas, iżda xorta waħda ssib persuni li jibqgħu jarmu b'mod illegali. Dan minbarra s-'civic amenity sites' li huma propju għal rimi ta' skart goff. Iżda lil hinn minn dawn is- servizzi offruti b'xejn, Deguara qal li din il-problema qed tiġi indirizzata, kemm permezz tal-edukazzjoni, kif ukoll bl- installar ta' numru ta' CCTV cameras li skontu "naqqset il- problema ta' rimi ta' skart illegali speċjalment tal-kostruzzjoni minn postijiet iktar imwarrba." Deguara spjega kif kull lokalità għandha l-bżonnijiet differenti tagħha, influwenzati minn fatturi differenti fosthom il-popolazzjoni tal-lokal. Huwa semma lil San Pawl il- Baħar, Paceville u Tas-Sliema bħala l-ikbar sfida ta' tindif u manutenzjoni. Bla dubju l-ikbar raġuni tkun minħabba l-ammont ta' persuni li jżuru din il-lokalità. Sabiex jitjieb is-servizz offrut minn dan id-Dipartiment, Deguara qal li din is-sena saru numru ta' investimenti f 'apparat teknoloġiku, bl-għan li tiżdied l-effiċjenza bl-għajnuna tat- teknoloġija. Fost l-investimenti li saru, id-Dipartiment akkwista numru ta' electric pedestrian sweepers, vetturi żgħar li jiġbdu l-ħmieġ, kif ukoll compaction litter bins, li huma bins speċjali li jgħaffġu l-iskart mormi filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-enerġija rinovabbli tax-xemx. Deguara spjega li l-liġi tagħmel distinzjoni bejn żoni madwar Malta li huma responsabbiltà tal- Gvern Ċentrali u dawk tal-Gvern Lokali, iżda qal li d-Diviżjoni xorta waħda tipprovdi għajnuna f 'dak li għandu x'jaqsam ma' tindif u manutenzjoni lill- Kunsilli Lokali kollha madwar il-pajjiż, bl-għan li tissebbaħ id- dehra inġenerali ta' pajjiżna. Fil-preżent, id-Diviżjoni tħaddem madwar 620 persuna li huma mqassmin f 'sezzjonijiet differenti. Dawn huma: is- sezzjoni tat-tindif tat-toroq arterjali, is-sezzjoni tal- manutenzjoni, ta' tindif ta' żoni turistici u latrini pubbliċi, is- sezzjoni tat-tindif tal-kanali tal- ilma, is-sezzjoni tat-tindif tal- bajjiet, is-sezzjoni tat-trasport li tassisti s-sezzjonijiet kollha b'makkinarju neċessarju biex isiru x-xogħlijiet. Barra minn hekk, id-Diviżjoni tieħu ħsieb li tneħħi kull xorta ta' rimi ta' skart mormi b'mod illegali. Tieħu ħsieb ukoll it- tindif ta' emerġenza li jista' jinqala fit-toroq tagħna, fosthom it-tneħħija ta' annimali mejta, ta' materjal mit-toroq wara ħabtiet jew maltempati. Ramon Deguara, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, spjega l-ħidma tad-Dipartiment u kif wieħed jista' jħalli lment fuq l-applikazzjoni Clean and Upkeep Ramon Deguara, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat- Tindif u l-Manutenzjoni,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023