Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992
14 films IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Il-finezza ċinematografika zgur li kienet l-aħħar ingredjent li wieħed seta' jinnota f 'dawn il-fares. Waħda kritika Ingliża sostniet li dawn kienu magħmula bħal meta wieħed jaqta' s-salami u l-fil tal-istorja kien tant teneru li jisparixxi qabel il- final. Kultant, pero' kellhom l-ispontanjeta', kif ukoll il-ħila li ħafna udjenzi kienu jiġġennu għalihom. Xatt mimli ramel f 'Sussex taparsi kien id-Deżert Sahara f 'Carry On: Follow That Camel u trejqa qalb muntanji f 'Wales serviet bħala l-Kyber Pass tal-Indja f 'Carry On Up the Kyber. Uħud minn dawn il-kummiedji urew l-affaxxinazzjoni tal- pubbliku Brittaniku mal- mediċini u l-mard li rrendew riżultati tajbin fid-dħul tal-flus f 'Carry On Doctor li ħareġ fl- 1967, sentejn wara f 'Carry On Again Doctor u fl-1972 Carry On Matron. Il-films tal-Carry On laħqu l-għola livell tagħhom meta bdew jissatirizzaw xogħlijiet ta' ġeneri popolari li bdew fl- 1964, fl-epoka tal-furja tal- films ta' James Bond, b'Carry On Spying. F'din il-produzzjoni, l-eċċentriku vokalista Kenneth Williams (kemm kont inħobb nisma' leħnu!!) ikun aġent Brittaniku li jintbgħat Istanbul, naturalment mibni fi studjo, fejn imur ġo restorant li fuq il-mejda jkollu avviż "Reserved for the party of British spies". Don't Lose Your Head għadda passata bir-Rivoluzzjoni Franċiża, b'Charles Hawtrey jintbghat għall-giljottina f 'sekwenza nieqsa minn kull palat ħażin kemm hu ħażin. F'Carry On Up The Kyber iċ-ċajta prinċipali hi jekk is- suldati tar-riġment Skoċċiż humiex lebsin xi ħaġa taħt id- dublett. Il-mira ta' Carry On Henry naturalment kien ir-Re Enriku VIII (Sidney James) li wara li jiżżewweġ lil Marie ta' Normandija ma jkun x jista' jsir intimu magħha u jippjana biex joqtolha għax il-ħin kollu kienet tiekol it-tewm. Wara 20 sena ta' films tal-Carry On, bħalma jiġri dejjem, l-attitudni soċjali nbiddlet sewwa u dak li kien ta' divertiment lill-pubbliku qabel, issa sar jaljenahom. Il-filmografija kompluta ta' din is-sensiela hi din: 1958 – Carry On Sergeant 1959 – Carry On Nurse (suċċess sorpriż fl-Istati Uniti) 1959 – Carry On Teacher 1960 – Carry On Constable 1960 – Carry On Regardless 1962 – Carry On Cruising (l-ewwel bil-kulur) 1963 – Carry On Cabby 1964 – Carry On Jack 1964 – Carry On Spying 1964 – Carry On Cleo 1965 – Carry On Cowboy 1966 – Carry On Screaming 1966 – Carry On – Don't Lose Your Head 1966 – Carry On – Follow That Camel 1968 – Carry On Doctor 1968 – Carry On Up The Kyber 1969 – Carry On Again, Doctor 1969 – Carry On Camping 1970 – Carry On Up The Jungle 1970 – Carry On Loving 1971 – Carry On Henry 1971 – Carry On At Your Convenience 1972 – Carry On Abroad 1972 – Carry On Matron 1973 – Carry On Girls 1974 - Carry On Dick 1975 – Carry On Behind 1976 – Carry On England 1978 – Carry On Emmanuelle 1992 – Carry On Columbus Fl-aħħarnett, naraw x'qalu dawk li pparteċipaw f 'din is- serje: "Jien konvint li l-udjenzi ma jridux bidla, jixtiequ l-istess ħaġa tirrepeti ruħha" qal il- produttur Peter Rogers. Peter Rogers kompla jgħid: "Kollha kienu l-istess. Għadna 31 film minn ċajta waħda!" Kenneth Williams fl-1964 sostna hekk: "Din tassew stramba kif il-Carry Ons qed jissemmew, għaliex malajr saru 'in voga'? Issa qegħdin ukoll jiġġustifikaw l-iskripts ħżiena tagħhom u jitkellmu dwar in-nuqqas ta' klassi li fihom. X'konfużjoni. Taħwida biss tista' ssejħilha, taħwida!" L-istess Kenneth Williams fl- 1988 qal hekk: Il-film kien Carry On Abroad u jiena kont qed nieħu sehem fl-iskript tas-soltu. Tħares lejn dan iż-żibel tinduna li xejn ma tbiddel. Iċ-ċajt Brittaniku jikkonsisti biss minn ħmerijiet u trab. Tassew dipressanti!" Andy Medhurst fl-1992 sostna hekk: "Kieku kelli naħseb raġuni waħda l-għaliex il-Carry Ons jiswew daqshekk huwa għax ma jinbiddlux ma' kultura propja. Bħal e Crazy Gang, bħal George Formby, bħal Frank Randle, huma jesibixxu l-affari tal-funzjonijiet tal- ġisem u xewqat ħżiena li dejjem jirrenduhom vulgari. Din zgur mhix arti". Minkejja dan it-tmaqdir kollu, il-films tal-Carry On daħħlu fil- qalb tal-maġġoranza tal-poplu Brittaniku u anki f 'ta' oħrajn barranin u dejjem qallgħu l-flus lill-produtturi. Carmel Bonnici Is-Sensiela "Carry On..." SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA