Illum previous editions

ILLUM 5 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510992

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 5 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Miriam Dalli F il-preżentazzjoni tal- Budget nhar it-Tnejn li għadda wassalna mes- saġġ ċar – se nkomplu naħdmu biex inżidu aktar spazji miuħa u noħolqu ambjent aħjar f 'kull lokalità. Qed nagħmlu dan għaliex irridu nibqgħu nistinkaw għal soċjetà ġusta, għax verament qed inwettqu politika min-nies għan-nies. Meta wegħdna l-akbar investiment ambjentali f 'pajjiżna, għamilna dan wara li smajna l-aspirazzjonijiet tal-familji għal ambjent isbaħ fl- inħawi fejn jgħixu, b'aktar postijiet ta' rikreazzjoni fil-beraħ. Irridu li lkoll kemm aħna, ngħixu fejn ngħixu, jkollna spazju miuħ fejn nistgħu ngawdu s-sbuħija tan-natura it passi bogħod minn fejn noqgħodu. Din hija l-viżjoni ambjentali li qed inwettqu. Fl-aħħar sena u 10 xhur, aħna ħafna ġonna ġodda u rijabilitajna u rranġajna ħafna oħrajn, fosthom l-ewwel fażi tal-Park tal-Familja f 'Bengħajsa, ir-restawr ta' Ġnien Romeo Romano, f 'Santa Venera u r-restawr tan-naħa ta' fuq ta' Ġnien San Filippu, il-Furjana, Ġnien Victor Calvagna, il-Mosta, Minden Grove f 'Ta' Qali, l-estensjoni tal- Park ta' San Klement f 'Ħaż-Żabbar, il-parks tal-klieb f 'Ħal Safi u Ta' Qali u Ġnien ir-Rinella, l-ewwel eco garden f 'Malta. B'kollox investejna f 'aktar minn 77,000 metru kwadru ta' spazji mħaddra, b'aktar minn 10,800 siġar u arbuxelli. Għandna oħrajn li se niħuhom fiż-żmien li ġej, bħar-riabilitazzjoni ta' Ġnien Spencer, il-Furjana, li qed twettaq l-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi. Ambjent Malta għaddejja bil-ħolqien ta' eco garden ġdid fil-Mosta, filwaqt li Project Green waslet fl-aħħar xogħlijiet ta' pollinator garden f 'San Ġwann. L-aġenzija għandha diversi xogħlijiet oħrajn għaddejjin, fosthom l-estensjoni ta' Ġnien is-Serenità f 'Santa Luċija u r-riabilitazzjoni ta' Ġnien Kottoner, f 'Bormla. Ftit jiem ilu aħna żona ġdida għall-picnics fil-Park tal- Familja f 'Marsaskala. Dalwaqt se jinfetaħ mill-ġdid il-Park ta' Xrobb l-Għaġin hekk kif fih qed inlestu ċentru ġdid ta' rijabilitazzjoni għall-annimali bħall-ieren il-baħar, qniefed u speċi oħrajn li jkunu nstabu f 'diffikultà u jkollhom bżonn kura fit-tul. Fil-Budget 2024 urejna kif qed insaħħu din il-ħidma b'allokazzjoni akbar għal proġetti ta' urban greening, u bl-ippjanar, konsultazzjoni u t-twettiq ta' diversi proġetti, minn ġonna żgħar fil-komunità għal proġetti ferm ikbar. Aktar kmieni din is-sena, Project Green ħarġet sejħa pubblika biex kunsilli lokali u organizzazzjonijiet oħrajn jipproponu proġetti ambjentali li jixtiequ jwettqu fil-komunità. Minn fost ħafna applikazzjonijiet, għażilna l-aktar proposti sostenibbli u tellaqna x-xogħol preparatorju. Is-sena d-dieħla ser nibdew ix- xogħlijiet fiżiċi f 'dawn il-proġetti, b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali u l-organizzazzjonijiet li pproponewhom. Flimkien, dawn il-proġetti ġodda fil-komunità jitilgħu għal 80,000 metru kwadru ta' spazji miuħa, b'ġonna ġodda u oħrajn li se nagħtuhom ħajja ġdida. Flimkien jgħoddu 10 darbiet id-daqs tal-Fosos tal-Furjana. Fihom se nħawlu mal-5,000 siġra. Il-proġetti se jsiru f 'Santa Venera, l-Imtarfa, il-Mosta, il-Mellieħa, Ħal Għaxaq, Għajnsielem, l-Imsida, San Pawl il-Baħar, Marsaxlokk, il-Gżira, il-Għargħur, il-Birgu, Raħal Ġdid, iż-Żurrieq, il-Pietà u Birkirkara. B'hekk ser noħolqu spazju miuħ ieħor it minuti mixi 'l bogħod mid-djar ta' 110,000 persuna. Lil' hinn minn din l-iskema mal- komunità, għaddejjin bl-ippjanar u l-konsultazzjoni ta' ħafna proġetti oħra, fosthom dak li se jirriġenera l-qalba ta' San Ġwann. Hawnhekk, se nniżżlu parti minn Vjal ir-Rihan u parkeġġ maġenbha taħt l-art, sabiex minflokhom, quddiem il- knisja parrokkjali, noħolqu spazju mħaddar mill-isbaħ, bi ġnien akwatiku, ġnien komunitarju, faċilitajiet sportivi, amfiteatru u passaġġi pedonali li jgħaqqdu flimkien żoni differenti tal-lokalità. Investiment ambjentali simili qed nippjanawh flimkien mal-komunità ta' Bormla, biex art li qabel kienet se tingħata għall-bini tinbidel fi ġnien ġdid ta' 3,000 metru kwadru, b'picnic area, spazju għall-parkour, bandli, outdoor gym u aktar, flimkien ma' parkeġġ taħt l-art. Fix-Xewkija, għaddejjin it- tħejjijiet biex Project Green u l-Kunsill Lokali jagħmlu l-ewwel eco garden f 'Għawdex. Filwaqt li Wasteserv għadha kif ħabbret li se tittrasforma l-impjant qadim tal-iskart f 'Marsaskala f 'park tal- familja ġdid. Qed nippjanaw dawn il-proġetti id f 'id mal-komunitajiet tal-inħawi, fosthom anke mat-tfal, biex nimu x'jixtiequ jaraw f 'dawn l-ispazji ambjentali ġodda. Għax irridu li dawn l-ispazji verament jaqdu l-ħtiġijiet tal-komunitajiet li se jgawduhom. Fl-istess waqt qed naħdmu wkoll biex nieħdu ħsieb is-siti naturali li għandna f 'pajjiżna, bħall-widien u l-imsaġar. Qed nagħmluhom aktar aċċessibbli biex ingawduhom filwaqt li nħarsuhom. Project Green u Ambjent Malta għandhom ħidmiet kontinwi ta' tindif, manutenzjoni u tħawwil ta' siġar indiġeni fil-widien u f 'siti Natura 2000. Din is-sena aħna l-ewwel parti mit-trail tal-Victoria Lines, bħala parti minn għadd ta' kurituri ekoloġiċi li flimkien se jiffurmaw l-ewwel trail nazzjonali. Bħalissa għaddej xogħol ta' tindif, tneħħija ta' skart mormi llegalment u twaħħil ta' tabelli t'informazzjoni biex niħu aktar passaġġi u żoni ġodda bħala parti minn din it-trail. Għandna ħafna xogħol għaddej, u fiż-żmien li ġej, se nkomplu nżidu r-ritmu, biex inwettqu l-wegħda ambjentali tagħna lill-familji f 'Malta u Għawdex mill-aktar fis. Din il-ħidma għandu sehem fiha kulħadd, mill-individwi sal-entitajiet governattivi, minn għaqdiet volontarji sal-intrapriżi, li aktar ma jmur aktar qed jikkontribwixxu lejn ambjent aħjar, anke bħala parti mill-miri tal-ESG. L-investiment fl-ispazji miuħa huwa parti integrali mill-mixja lejn futur aktar sostenibbli, b'arja aktar nadifa, ambjent aktar b'saħħtu u kwalità ta' ħajja aħjar. Inkomplu nżidu aktar spazji miftuħa Miriam Dalli Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Il-Ġnien Romeo Romano f 'Santa Venera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 November 2023