Illum previous editions

ILLUM 26 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum opinjoni I lna ħafna nisimgħu dwar kif l-Unjo- ni Ewropea trid tkun riformata u li hemm bżonn ta' tibdil biex nilqgħu aħjar għall-isfidi li qed naffaċċjaw u li maż-żmien qed isiru aktar kumplessi. Għal daqshekk, naqbel li għandna bżonn inħarsu lejn kif nistgħu nkunu aktar ef- fettivi bit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew, u fuq kollox kif nassiguraw li dak li nagħmlu jibbenefikaw minnu ċ-ċit- tadini u n-negozji tagħna mingħajr ma jinħolqu diverġenzi jew ostakli ġodda. Riċentement, l-aggressjoni Russa fl- Ukrajna ġiegħlet lill-Unjoni Ewropea tibda tħares iktar b'mod pożittiv lejn il- possibiltà ta' tkabbir, jiġifieri li jkollok pajjiżi ġodda li jissieħbu bħala membri. Naturalment, it-tkabbir tal-Unjoni hija għodda importanti strateġika li bla dubju tgħin biex tiżdied l-influwenza tal-blokk u biex jikbru l-opportunitajiet u jissaħħaħ is-suq intern. Però hawn min qed jipprova jgħaqqad it-tkabbir mal-ħtieġa li jkun hemm riformi estensivi fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea, daqslikieku qed jinsew il-problemi li tali proċess iġib miegħu u r-riskju li jkollok qasma fuq livell Ewropew, f 'perjodu tant iebes fl-istorja tal-blokk fejn żgur ma nistgħux naffordjaw li jkollna nuqqas ta' unità. Minkejja li dan hu fatt magħruf, il-Parlament Ewropew donnu fuq din il- kwistjoni qed jibqa' jgħaddas rasu ġor- ramel u ċerti pożizzjonijiet li qed jieħu qed jixhdu kemm qed ikun maqtugħ mir- realtà. Matul din il-ġimgħa, fil-Plenarja tal- Parlament Ewropew kellna sessjoni twila ta' voti, b'sett minnhom ta' voti jkun proprju fuq dan il-punt, fejn il- Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew ħejja rapport mimli b'rakkomandazzjonijiet għat-tibdil fit-Trattati u tpoġġa quddiem il-Plenarja għall-vot. Fost oħrajn dan ir-rapport kien fih għadd ta' proposti li juru li t-triq li fiha jridu jieħdu lill-Unjoni Ewropea hija waħda li tixbah aktar sistema federali, fejn Brussell isir aktar b'saħħtu u l-Istati Membri jitilfu aktar mis-sovranità tagħhom. Aktar minn hekk, kien fih proposti li jistgħu jkomplu joħonqu l-vuċi ta' Stati Membri żgħar bħal Malta. Waħda mill-proposti titkellem dwar it-tneħħija tal-minimu ta' sitt Membri Parlamentari Ewropej li Stat Membru jista' jkollu, li huwa stabbilit fit-Trattat. Naturalment, din żgur mhux xi proposta li aħna l-Maltin nistgħu nħarsu lejha pożittivament, għaliex jekk jiġri hekk ikun ifisser li n-numru ta' Ewro-Parlamentari tagħna jonqos, u tkompli ssir aktar diffiċli li nkunu rappreżentati fil-Parlament. Ir- rapport ippropona wkoll li l-Kummissjoni Ewropea tkun magħmula biss minn 15- il Kummissarju, li tfisser li kieku tkun ħafna aktar diffiċli għal Malta li jkollha rappreżentanza fil-Kummissjoni Ewropea. Punt ieħor li żgur ma jistax ikun aċċettat mill-punt di vista ta' pajjiż żgħir bħal Malta, u li naf li hemm ħafna attenzjoni fuq dan il-punt, huwa t-tneħħija tal-vot permezz tal-unanimità meta jittieħed vot fil-Kunsill fuq diversi suġġetti sensittivi fosthom id-difiża u s-sigurtà, il-politika barranija u t-tassazzjoni. Infakkar li dawn huma setturi sensittivi ħafna u li ma kienx b'kumbinazzjoni li t-Trattati rriservaw id-dritt tal-veto fihom. L-argument m'għandux ikun dwar l-għaġla tad- deċiżjonijiet, iżda dwar il-kwalità għaliex kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed trid tkun waħda li tista' tiġi implimentata b'mod uniformi. Iċ-ċirasa fuq il-kejk imbagħad kienet il-proposta li l-abort ikun kompetenza Ewropea, u allura jkun ifisser li Malta kienet tispiċċa jkollha timxi mad-deċiżjoni ddettata mill-Unjoni Ewropea fuq suġġett tant sensittiv. Dawn huma it mill-proposti surreali li qed jitressqu fil-Parlament Ewropew, li wkoll irnexxielna nwaqqgħu fil- votazzjoni li kellna, u kburi li jien bħala Malti vvutajt kontrihom fl-aqwa interess ta' pajjiżi. B'dispjaċir ngħid li dawn il- proposti jixhdu kemm il-Parlament, li hu suppost tan-nies, qed jiġġenera proposti li huma intiżi biss biex inaqqsu u mhux iżidu s-saħħa tan-nies fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Jien nibqa' kommess li naħdem kontra dawn il-proposti għaliex nemmen li r-responsabbiltà primarja li għandna hija li nissalvagwardjaw dawk il- prinċipji u l-valuri li għalihom isseħibna fl-Unjoni Ewropea. Ma rridux ngħixu f 'Unjoni Ewropea li tgħaddi romblu minn fuq il-pajjiżi ż-żgħar. Ma rridux ngħixu f 'Unjoni Ewropea li ma tingħarafx. Il-futur ta' wliedna jrid ikun f 'Unjoni Ewropea aktar demokratika u li twieżen ir-realtajiet ta' kull Stat Membru u kull ċittadin aktar bir-reqqa. Futur f'Unjoni Ewropea aktar demokratika u inklussiva Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Hawn min qed jipprova jgħaqqad it-tkabbir mal-ħtieġa li jkun hemm riformi estensivi fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea, daqslikieku qed jinsew il-problemi li tali proċess iġib miegħu u r-riskju li jkollok qasma fuq livell Ewropew, f'perjodu tant iebes fl-istorja tal-blokk fejn żgur ma nistgħux naffordjaw li jkollna nuqqas ta' unità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 26 November 2023