MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514107

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 7 TA' JANNAR 2024 • illum Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap M alta diżastru totali Il-Maltin huma l-Knisja Maltija Allura l-Knisja Maltija hi diżastru totali. Logika, le? Jew aħjar "syllogism", bil-Malti "silloġiżmu" meta għandek żewġ premessi li għandhom xi ħaġa komuni u allura t-tielet premessa hi l-konklużjoni tagħhom! Pereżempju: Il-klieb huma annimali. L-annimali għandhom erba' saqajn. Allura l-klieb għandhom erba' saqajn! Niakar "Il-Karè", il-laqam tal-professur tal-filosofija fi żmienna, jispjegalna kemm dawn is-silloġiżmi jistgħu jkunu foloz u għalkemm jidhru konklużjoni loġika, raġunata imma fil-fatt tkun fallaċja, żbaljata. "Malta diżastru totali", pereżempju, hi silloġiżmu. Min jaf kemm-il darba smajnieha. U hawn min jemminha. Imma ma jfissirx li vera. X'tiem b'"Malta"? Għawdex u Kemmuna wkoll? Il-Maltin kollha? "Totali"? Biżżejjed li tagħti eżempju wieħed biex turi li d-diżastru mhux totali! Meta niġġeneralizzaw, inkunu normalment żbaljati. Hemm ħafna affarijiet li huma diżastru f 'Malta – imma mhux it-totalità tar-realtajiet Maltin. L-istess għall-Knisja Maltija. Huwa veru li "l-ferħ u n-niket tal-poplu huwa l-ferħ u n-niket tal-Knisja" (Konċilju Vatikan II). Allura, b'xi mod, tista' tgħid li dak li hemm sabiħ jew ikrah f 'Malta u fil-Maltin huwa estensjoni tal-Knisja Maltija nnifisha. F'das- sens, il-Knisja Maltija hija diżastru totali. Il-Knisja Maltija hi diżastru totali fejn tidħol organizzazzjoni, rapport bejn l-Insara bejnietna, ir-rapport bejn l-isqfijiet u l-poplu, u agħar fejn jidħol ir-rapport bejn saċerdoti u isqfijiet. Qabel ma xi ħadd ikollu xi attakk tal-qalb, nispjega. Hija kwistjoni ta' kif tħares u tevalwa l-essenzjal ta' Knisja, għaqda ta' nies flimkien, liema għan għandhom biex ikunu Knisja u x'tip ta' rapport għandhom bejniethom. Kif, bejniethom, imexxu s-setgħa, min jikkmanda, min imexxi u min jitmexxa. F'sens ta' Knisja Nisranija fejn jinsab iċ-Ċentru: Kristu jew il-mammona? Bħalissa qed ngħix bħal Iżrael fid- deżert ifittex l-Art Imwiegħda. Bħal diversi saċerdoti oħra nqaddes fejn insib, normalment fid-djar tan-nies. Anki dan juri x'tip ta' rapport issib fost il-kleru Malti. Ovvjament mhux kulħadd. Kulħadd għandu l-istorja tiegħu. Hawn min għandu xorti oħra. Imma turi l-istess għeruq: x'tip ta' rapport issib fil-Knisja Maltija. Jekk qassisin jiġu trattati hekk, aħseb u ara l-lajċi. Ovvjament, "Knisja li tisma'", "Knisja li takkumpanja" eċċ. eċċ. "Work in Progress", qaluli. Naqbel. Għalhekk Malta t-traffiku hu dak li hu; għalhekk it-toroq huma dawk li huma; għalhekk kulħadd qed jasal fil-ħin għax- xogħol. Work in progress … Il-psikologu Michael Galea, Għawdxi, għamel studju fuq is-saċerdoti f 'Għawdex. Fetaħ għajnejn bosta. Oħrajn ippreferu jkunu bħan-ngħam (Struthio camelus). Hawn min iħares b'suspett lejn ix-xjenzi psikoloġiċi u soċjali. Imma huma dawn ix-xjenzi li jagħtuna d-dawl tar-realtà isħeħ u juruna x'tibdiliet hemm bżonn li nagħmlu biex inwasslu l-messaġġ veru ta' Kristu llum, fir-realtajiet li qed ngħixu llum. Fr Joe Inguanez, soċjologu b'viżjoni għall-Knisja Maltija li ma tatx kasu biżżejjed, kemm-il darba esprima pubblikament it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni mwiegħra li ninsabu fiha. CRUX, il-ġurnal indipendenti li jagħtik il- polz tal-Knisja Kattolika fid-dinja, ippubblika studju nazzjonali ta' John Lavenburg fit-22 ta' Diċembru 2023 li janalizza f 'liema ilma jinsabu s-saċerdoti Amerikani llum. Mistoqsi kif jiddeskrivi l-istat tas-saċerdot Amerikan, is-soċjologu tal-Università Kattolika tal-Amerka Brandon Vaidyanathan stqarr li mill-istudju ħareġ li l-qassis tal-lum huwa "fractured" ("miksur"). Hawn irid ifisser li waqt li individwalment il-qassis jinsab tajjeb, il-mod kif iħarsu lejn il-Knisja istituzzjonali "ma tantx hi tajba". Ħareġ ċar minn dan l-istudju, u oħrajn bħalu, li hemm defiċit kbir li jidher, fil- fiduċja li l-qassisin għandhom fl-isqof tagħhom. Imma ħareġ ukoll li hemm nuqqas ta' fiduċja bejn il-qassisin żgħażagħ u dawk ikbar minnhom fl-età, bejn il-qassisin bejniethom, li turi differenzi mhux żgħar fil-pożizzjonijiet li jieħdu kemm fuq il-livell teoloġiku u kemm politiku. Is-saċerdoti żgħażagħ huma iktar konservattivi u ma japprezzawx biżżejjed lill-qassisin l-oħra ikbar minnhom fl-età li jinsabu fuq l-istess mixja. "e National Survey of Catholic Priests," (Ottubru 2022), l-ikbar studju f 'dan l-aħħar 50 sena, wieġbu għalih 3,516 qassis f '191 djoċesi. Ħarġet ċara l-fiduċja li bosta saċerdoti għandhom fil-vokazzjoni tagħhom, imma persentaġġ għoli ta' qassisin jesprimu sfiduċja fl-isqfijiet tagħhom u saċerdoti żgħażagħ faċli li jħossuhom eżawriti u jesperjenzaw "burnout". Minkejja li s-soċjetà u l-valuri tagħha għaddew minn tibdiliet malajr, il-qassis, minn dan l-istudju, jistqarr li hu jikklassifika lilu nnifsu bħala "konservattiv" u 5% biss iqisu lilhom infushom bħala "middle of the road" fuq livell teoloġiku. Seminaristi li ġew ordnati mill-1980 'il quddiem jiddiskrivu lilhom infushom teoloġikament bħala "konservattivi ħafna/ ortodossi". Vaidyanathan juri d-differenza bejn saċerdoti li għadhom kif ġew ordnati riċentement u dawk ta' qabilhom. Hemm nuqqas ta' fiduċja. Kemm fl-isqof. Kemm bejniethom. Hemm kultura ta' suspett li tkisser il-fiduċja. Tipprevali "ma nħossnix rispettat minn dawn" u "qed jistennew li mmutu"! Meta ssaqsihom kif iħossuhom dwar il- vokazzjoni tagħhom jitkellmu bil-qalb imma meta ssaqsihom kif sejra d-Djoċesi jippreferu jagħlqu ħalqhom. Skont dan l-istudju, fi żmien 20 sena oħra ma jibqgħux iżjed saċerdoti Amerikani li jqisu lilhom infushom bħala "progressivi" teoloġikament u politikament. Qabel, konna nqisu t-tibdil fis-soċjetà jsir kull 25 sena. Imma llum isir f '10 snin. X'tip ta' djalogu hu possibbli mal-ġenerazzjoni tal-lum - bil-valuri u l-istil ta' għażliet li fil-prattika jagħmlu – u kleru li jqis lilu nnifsu li jappartjeni għall-gwardjani ta' konservazzjoni? Ktibt fuq l-Amerika. Bi skop. Jekk "Malta diżastru totali" allura l-Knisja Maltija hija diżastru totali?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 January 2024