Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1514781
04 intervista IL-ĦADD 21 TA' JANNAR 2024 • illum "Fis-saħħa għandu jkun hemm ġbid Elaine Camilleri tkellmet ma' Stephen Spiteri, Eks Shadow Minister tas-Saħħa, li issa ħa l-kariga ta' shadow minister għall-politika soċjali fi ħdan il- Partit Nazzjonalista. Spiteri qasam magħna diversi punti b'rabta mas-suġġett tas-saħħa u l-isfidi li qed jara dan is-settur, mhux biss mill-kappell ta' politiku, imma anke mill-kappell ta' tabib Bħala politiku, dejjem kont, għadni u nibqa' nagħti daqqa t'id fir-remit tiegħi ta' tabib u politiku Il-kura tas-saħħa għamlet avvanzi kbar imma int bħala tabib prattikanti ... x'tara li huma l-problemi li qed naffaċċjaw? U x'hemm bżonn isir biex dawn jiġu riżolti? Il-kura tas-saħħa għamlet avvanzi kbar u jekk taraha ġewwa pajjiżna, din ilna narawha snin sħaħ mingħajr ma waqfet. Barra minn hekk, waħda mis- sitwazzjonijiet li l-isptar qed jaffaċċja f 'dik li hija kura ta' servizzi u kif noffru l-kura tagħna hija relatata ma' dan. Il- poplu Malti u Għawdxi sar iktar konxju ta' saħħtu allura jmur l-isptar sabiex jieħu dak li hemm bżonn għal ħajja aħjar. Din nabbonaha mas-sitwazzjoni tal- popolazzjoni f 'pajjiżna li qed toħloq domanda kbira. Naħseb li waħda mill-isfidi li pajjiżna ma laħħaqx magħha f 'termini ta' saħħa u kura hija dik tal-infrastruttura adegwata biex l-NHS (National Health Service) ikollha fejn toffri dak li suppost għandha toffri b'effiċjenza, bi kwalità u mingħajr ma jkollna nuqqas ta' livell li dejjem ftaħarna bih. Kritika kostruttiva tiegħi hija li Mater Dei kien żgħir għall-popolazzjoni qabel l-2013, mela xi ngħidu għal-lum meta diġà għandna żieda fil-popolazzjoni u li l-poplu edukajnieh biex ifittex jieħu ħsieb aktar saħħtu? Jien qed nara nuqqas kbir fejn il-poplu Malti u Għawdxi jista' jinqeda għall-aħjar u ma nistgħux nibqgħu nirriklamaw is- saħħa, imbagħad attwalment m'għandekx fejn tieħu s-servizz. Erba' xhur ilu kellna reklam li kien ilu għaddej sitt xhur biex tieħu ħsieb u tinvesti fis-saħħa mentali tiegħek, imbagħad rajna sptar tas-saħħa mentali medjokri, b'servizzi nieqsa. Servizzi għall-problemi tat-tfulija u ta' mġiba neqsin. Biex ikollok appuntament trid tistenna xhur għaliex m'hemmx riżorsi umani biex ilaħħqu mad- domanda. Suppost għandna l-Isptar San Luqa rinovat li kien ikun ta' spalla b'saħħitha ħalli kemm jista' jkun ikollna bilanċ. Iżda, naħseb li la issa tlifna l-ħin se jkollna nagħmlu outsourcing fi sptarijiet privati. Peress li llum għandna ħafna sptarijiet privati, il-Gvern jista' jesterna (outsourcing) s-servizzi tiegħu. Din mhux l-ewwel darba li saret għaliex kien għamilha wkoll il-Partit Nazzjonalista (PN) meta kien fil-Gvern u qed jagħmilha l-Gvern preżenti. B'dan il-mod inaqqsu l-piż, la darba jkollna infrastruttura u spazji. Illum, wara xhur tistenna biex jarak konsulent fl-outpatients jgħidlek li għandek snin tistenna biex issir l-operazzjoni, bħal pereżempju biex tagħmel hip replacement. Meta tara l-affarijiet, loġistikament lanqas jagħmlu sens. Minn statistika tal-MRI ħareġ li hemm 15,000 pazjent jistenna – allura nuża r-riżorsi li għandu l-privat u nagħmel outsourcing biex innaqqas il-listi. L-aktar li rrid nirrimarka hi li mhux kulħadd jaffordja l-privat. Iridu naraw li l-NHS verament tkun qed tilqa' l-bżonnijiet ta' nies u familji li m'għandhomx idejhom komda fil-but biex imorru għand il-privat, jew biex jagħmlu operazzjoni fil-privat. Vera għandna l-NHS bla ħlas, għalkemm hija mħallsa mit-taxxi. Għalhekk hemm bżonn naraw fejn nonfqu l-flus għax fejn ikun hemm il- ħela, ħa jsofri ħaddieħor. Naċċetta l-kritika li l-Partit Laburista għamel li Mater Dei forsi kien ċkejken għal popolazzjoni ta' dak iż-żmien. Naċċetta li sab l-isptar ta' Għawdex b'certi nuqqasijiet, għax dik hija r-realta. Però, la għandna l-Isptar San Luqa lest, dan suppost kellu jkun ta' spalla għax Mater Dei żgħir. Biex tgħaxxaq lanqas għandna sptar ġdid f 'Għawdex meta qed ngħidu li l-isptar ta' Għawdex ma sibniehx kif suppost. Kemm hi effiċjenti l-kura tas-saħħa fuq il-livell ta' ċittadini normali li mhumiex privileġġjati? Min jaffordja privat ħa jkun iktar komdu. Jekk mar u nefaq ċertu ammont għand konsulent, is-servizz fil-privat jagħtik il-privileġġ li tinqeda mil-lum għal għada. Nagħmlu PPP (Public- Private Partnership) serji mhux bħalma kellna ma' Vitals. Nużaw il-qasam privat fis-servizz tas-saħħa amalgamat ma' dak tal-pubbliku mmexxi mill-Gvern u jkollna outsourcing ta' ħafna servizzi illi ħa jagħtu effiċjenza. Il-privat talli tħallas ħa tieħu, għalhekk għandek iktar effiċjenza u servizz f 'waqtu, li xi drabi m'intix ħa tieħdu mill-NHS bla ħlas. Il-Gvern ma jridx jikkompeti mal- privat, imma jimxi pass pass miegħu b'mod speċjali mas-saħħa; għaliex jekk se tikkompeti mal-privat dan se toħonqu. Ma naqbilx imbagħad li jkollna NHS profit-driven, bħalma pruvajna nagħmlu ma' Steward u Vitals. Meta tara l-kuntratt, dawn il-kumpaniji bdew jaraw il-profitt li mbagħad nibdew naraw nuqqasijiet u servizzi inferjuri. Il-qasam tas-saħħa mhux talli nsegwih u naħdem fih, imma għandi viżjonijiet u proposti biex il-pajjiz jimxi 'l quddiem u biex is-settur tas-saħħa jnaqqas dawn ix-shortcomings li l-poplu qed ibati minnhom. It-tobba tal-lum huma l-istess bħat- tobba ta' dari? Mhumiex l-istess f 'dik li hija akkademja. Naturalment, maż-żmien, ix-xjenza tikber u kull ġenerazzjoni tgħallmet dak li huwa adegwat għal dak it-tali żmien. Il-professjoni medika dejjem kienet ta' eċċellenza u anke barra minn pajjiżna. Għandna persuni jaħdmu barra minn Malta li qegħdin minn ta' quddiem fl- innovazzjoni bħalma hu l-qasam tal- mediċina. L-innovazzjoni u riċerka ġewwa pajjiżna hija nieqsa, il-Gvern tal-ġurnata għandu jinvesti u joħloq fondi apposta għaliex għandna xjentisti b'kisbiet ta' innovazzjoni però barra minn Malta. Naħseb illi t-tobba ta' dari kienu jinvestu ħafna f 'dik li hija relazzjoni bejn