Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075
02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • illum AQUARIUS MILL 20TA JANNAR SAT 18TA FRAR F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik l-istess Aquarius se tkun gimgha li se tarf tkattar fik infsek aktar fiducja sabiex il miri li int ghandek ippjanati ikunu milhuqa u hekk li stabbilta tieghek titkatar. Aquarius huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Namaste ARIES MILL-21 TA' MARZU SAL-19TA' APRIL F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Aries se tkun gimgha li int se taraf kemm ma tritx tkun superv fil hajja , dan int ezperjenzju u rajt kemm waqajt lura fil madwar tieghek ghal hekk issa tista tibda fazi gdida. Aries huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Namaste GEMINI MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Gemini se tkun gimgha li int se thossok aktar motivatt u dan ikun il waqt li issa tmexxi lilek lejn dawk lidejat tant mehtiga ghal rikonoxament. Gemini huma magħrufin bħala persuni li jafu jikkomunikaw tajjeb Namaste LEO MIT-23 TA' LULJU SAT-22 TA' AWWISSU F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Leo se tkun gimgha li int trit taraf kif ser tqasam ahjar il hin tieghek lejn ir responsabilta li dhalt ghalija issa ghandek cans sabieh li turi int min int.Leo huma magħrufin li bħala nies umli u ta' determinazzjoni Namaste VIRGO MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Virgo se tkun gimgha li int trit tkun kapaci taraf l-importanaza ta sahhtek , taf min dak li ezperjenzajt se jamlek isib bilanc ghal hin ghalik. Virgo huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Namaste SCORPIO MILL-23 TA' OTTUBRU SAT-21 TA' NOVEMBRU F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Scorpio se tkun gimgha li int taraf ahjar min huma dawk l-aktar persuni importanti li lesti ikunu ta support f 'dak li issa int ghandek bzonn. Scorpio huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Namaste CAPRICORN MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il fazi taz zodjaku ta Aquarius ghalik Capricorn se tkun gimgha li int trit tkun aktar diterminat sabiex tkompli miexi lejn il miri tieghek taqatx lura izda zomm biss f 'mohhok xewqatek. Capricorn huma magħrufin għad- determinazzjoni tagħhom Namaste SEBA VOUCHERS TA 7€ GHALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 79495804 ser jingħataw Voucher ta 7€ li jissarraf fil-Pubblikazjonjiet ta PaulJon. Grazzi tal-appoġġ TIEGĦEK għal din il-pagna. Namaste L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju ghalik waqt iż-żodjaku ta' Aquarius Mill-Ħadd 28 ta' Jannar sas-Sibt 3 ta' Frar ELAINE CAMILLERI Il-Korp tal-Pulizija ta' Malta rreġistra 49 rapport ta' stupru fl-2023. Dan stqarru l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri nhar l-Erbgħa waqt seduta parlamentari. Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ian Vassallo għamel din il-mistoqsija waqt seduta lill- Ministru għall-Intern wara li kien diġà staqsa l-istess mistoqsija fil- bidu tax-xahar. Dawn in-numri jammontaw għal kważi erba' stupri fix-xahar, li huwa ammont pjuttost sinifikanti meta wieħed iqis il-popolazzjoni żgħira ta' Malta. Inizjalment din l-istess mistoqsija ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta' stupru kienet tressqet għall-ewwel darba f 'Jannar, filwaqt li t-tweġiba ngħatat propju ġimgħat wara. Ta' min jinnota wkoll li mhux l-istupri kollha huma rrappurtati lill-awtoritajiet minħabba numru ta' fatturi soċjali u kulturali. Ġew irrappurtati medja ta' erba' stupri fix-xahar fl-2023 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Rosianne Cutajar kienet tneħħiet mill-grupp parlamentari Laburista wara li ġew żvelati Whatsapp chats bejnha u Yorgen Fenech mill- 2019. Fost il-messaġġi li ntbagħtu, Cutajar qalet lil Fenech li se tfittex konsulenza mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS); u sussegwentement ħadet il-konsulenza tal-ITS. F'kummenti lill-MaltaToday aktar kmieni dan ix-xahar, Robert Abela kien qal li jkun krudili għalih li ma jerġax jikkunsidra r-riintegrazzjoni ta' Cutajar fil- grupp parlamentari Laburista. Abela kompla bl-istess narrattiva meta tkellem dwar l-Eks Ministru Justyne Caruana, li kienet sfurzata tirriżenja wara ksur ta' etika li fiha tat kuntratt ta' €15,000 lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic. "Il-bieb huwa miuħ għal Justyne iżda l-unika ħaġa li twaqqaa hija t-tpattija li tirċievi ladarba tidħol lura fil-ħajja politika," qal Abela lil Azzopardi. Mistoqsi dwar jekk il-passi biex jiġu integrati mill-ġdid il-Membri Parlamentari mkeċċija kinux sforz biex jerġgħu jingħaqdu mal-votanti tal-bażi tal-partit, Abela insista li jemmen fit-tieni ċans. "Juri d-differenza bejn iż-żewġ partiti. Wieħed jemmen fit-tieni ċans, filwaqt li l-establishment tal- partit l-ieħor ifittex li jiddemonizza lil kull min jazzarda jikkritikahom," qal Abela, b'botta sottili fuq blogg li għamel Manuel Delia fuq l-Eks Deputat Franco Debono. Delia kien qabbel ir-ritorn ta' Franco Debono fix-xena politika ma' "tumur li jerġa' jitfaċċa". Mistoqsi jekk l-istess prinċipju għadux jgħodd ukoll għal Keith Schembri, Konrad Mizzi u Chris Cardona, Abela qal li ċirkostanzi differenti jirrikjedu kunsiderazzjonijiet differenti. Muscat għal MPE Mistoqsi dwar xnigħat fuq il- possibbiltà tar-ritorn fil-ħajja pubblika għall-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, Abela qal li mhux se jkun hu li jfixkel lil Muscat. "Jekk jiddeċiedi li jikkontesta [l-elezzjoni tal-MEP ta' Ġunju], għaliex ngħid le?" stqarr Abela. Huwa faħħar lill-predeċessur tiegħu, u qal li Muscat mexxa riformi soċjali u ekonomiċi kbar matul il-kariga tiegħu bejn l-2013 u l-2019. Mistoqsi dwar jekk il- konklużjonijiet possibbli tal- inkjesta Vitals jinkwetawx lill- Partit Laburista, Abela ħarab mill-mistoqsija u minflok għażel li jiffoka fuq għaliex il-konklużjonijiet għadhom ma sarux pubbliċi aktar minn erba' snin mill-bidu tagħha. "L-inkjesta kellha tkun magħluqa wara 60 jum, u issa qegħdin erba' snin fl-inkjesta, u ma rajna l-ebda riżultat," saħaq Abela. "It-tħassib tiegħi mhuwiex leġittimu jekk damet erba' snin biex tiġi ffinalizzata l-inkjesta, biex ir- riżultati joħorġu biss xhur biss qabel l-elezzjoni Ewropea?" qal Abela lil Azzopardi. Huwa kkundanna lill-Avukat Jason Azzopardi mingħajr ma semmieh b'ismu talli xerred informazzjoni mill-inkjesta "għall- aġenda personali tiegħu". Elezzjonijiet MPE Meta tkellem dwar l-elezzjonijiet tal-MPE li ġejjin, Abela qal li l-pajjiż irid jiżgura li jkollu nies li verament jirrappreżentawhom, u mhux uffiċjali eletti li jaħdmu kontra Malta. "Rajna MPEs li jmorru kontra l-pajjiż għall-gwadann personali tagħhom stess biex javvanzaw fil- karriera tagħhom. Rajna dan jiġri ripetutament," qal Abela. Il-PM ikkritika wkoll deċiżjonijiet meħuda mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola dwar riformi strutturali fil-PE, u l-pożizzjoni tagħha dwar Gaża. Immigrazzjoni Azzopardi talab lil Abela biex jiddenunzja talbiet biex il-barranin kollha jitkeċċew barra mill-pajjiż. Il-PM qal li l-politika tal-Gvern hija dik li jkun hemm ħaddiema barranin f 'partijiet tal-ħaddiema fejn ikunu meħtieġa. "Fil-fatt, fejn jidħlu l-aġenziji tat-temping, rajna li kien hemm abbuż sfrenat ta' ħaddiema li jiġu importati mingħajr ma jkollhom fejn jaħdmu. Meta rrealizzajna dan, mill-ewwel għalaqna l-bibien għal dawn l-aġenziji tat-temping," sostna Abela. Il-bieb huwa miftuħ għal Justyne Caruana Justyne Caruana