MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 January 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 • illum opinjoni Alex Agius Saliba Ħ ames snin fil-Parlament Ewropew għaddew bħal leħħa ta' berqa. L-ammont kbir ta' esperjenzi u ħidma ma taqta' xejn melew din il-leġiżlatura, u melewni b'ħafna responsab- biltà li n-nies fl-aħħar mill-aħħar fdatni biha. Nista' ngħid li f 'kull ċirkustanza, kien ta' unur u privileġġ kbir għalija li nservi lill-Maltin u lilll-Għawdxin li ta' kuljum bqajt inżomm kuntatt magħhom u bqajt inwassal il-weġgħat tagħhom, kif ukoll liċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali. Wet- taqt u qed inwettaq ħidma f 'setturi varji, u f 'kull ċans li kelli dejjem rajt li l-interessi ta' pajjiżna jiġu l-ewwel u qabel kollox. Issib min jgħidlek li l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew mhux importanti jew li huwa irrelevanti min jitla' jirrappreżentana fi Brussell. Ir-risposta tiegħi tkun biex wieħed iħares lejn din l-aħħar leġiżlatura biex jiem l-importanza tal-għażla li qed niġu fdati biha. Sempliċi eżerċizzju fejn wieħed iqabbel il-ħidma u l-prinċipji tad-delegazzjoni Laburista ma' dik tal-Membri tal-Partit Nazzjonalista, jista' jiem min ħadem għall- ġid tal-pajjiż u min verament wassal il-vuċi tan-nies, u allura kien rappreżentant denju. Għalhekk qed nerġa' noffri l-kandidatura tiegħi għaliex lest li nibqa' nkun vuċi taż-żgħir, tal-ħaddiema, tal-minoritajiet fis-soċjetà tagħna, u tal-konsumaturi. Lest li nibqa' nkun vuċi b'saħħitha anke għall- bdiewa u r-raħħala tagħna, u għad-dilettanti tal-kaċċa u l-insib f 'pajjiżna. Dejjem u qabel kollox, lest li nibqa' nservi ta' vuċi b'saħħitha biex ngħolli 'l fuq isem pajjiżi f 'kull ħaġa li nagħmel. Din id-differenza minn dak li għamlu l-Membri tal-Partit Nazzjonalista, fejn f 'kull ċans li kellhom qed jibqgħu sal-aħħar jipprovaw jagħtu l-gambetti lill-Gvern u jaħdmu kontra pajjiżna. Nistħi meta jiġu kollegi barranin jikkummentaw fuq l-aġir ta' Metsola u Casa li bħal donnhom jagħmlu minn kollox biex ikażbru lil pajjiżna minflok jaraw kif isaħħu l-pożizzjoni tagħna fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Għall-kollegi barranin dan hu fenomenu, għaliex ma tara lil ħadd, bl-aktar mod sfaċċat u organizzat jaħdem b'mod attiv kontra pajjiżu, bħal donnu hija l-missjoni ewlenija ta' ħajtu. Hija ħasra kbira li Metsola, l-ewwel Maltija li qatt kellha opportunità tkun f 'pożizzjoni għolja fl-Istituzzjonijiet Ewropej, minflok użat din il-kariga biex tgħolli isem pajjiżna, ħadmet kemm felħet fil-kurituri tal- Parlament biex timmanuvra u tikkonfoffa ma' kollegi tagħha barranin biex jipprovaw ikissru lil pajjiżna. Naturalment, Casa kien minn ta' quddiem ukoll biex ixewwex u jaħmi reżoluzzjoni waħda wara l-oħra kontra Malta. Jogħxew jitimgħu l-valenu lil sħabhom, u jisimgħuhom jgħajru lil pajjiżna apertament f 'kull ċans li jkollhom. Għalhekk hija deċiżjoni importanti ħafna dik li se jkollna quddiemna f 'Ġunju li ġej. L-imħabba lejn pajjiżna nuruha fis-siegħa tal-prova, mhux bil-paroli. L-isfidi kbar li affaċċjajna bħala pajjiż komplew ikabbru fija s-sens ta' dover biex naħdem iktar għall-ġid, biex nara lil pajjiżi jikber u jimxi 'l quddiem. Aktar minn qatt qabel huwa kruċjali li fil- leġiżlatura li jmiss jerġa' jkollna tim b'saħħtu li jirrappreżentana fil-Parlament Ewropew. Għandna quddiemna snin ta' deċiżjonijiet kbar għall-Unjoni Ewropea, deċiżjonijiet li potenzjalment se jkomplu jiżviluppaw l-integrazzjoni Ewropea u li għaldaqstant se jkun hemm ħtieġa ta' rappreżentanti li verament għandhom għal qalbhom l-aqwa interess tal-pajjiż, għaliex ċertament li biex ikollna l-aqwa riżultati u nagħmlu suċċess mis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, l-ewwel u qabel xejn irridu naqblu fuq l-aktar prinċipju bażiku – li rridu l-ġid għall-Maltin u l-Għawdxin, xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista ilu snin juri li mhux qiegħda fuq l-aġenda tiegħu. Dan jista' joffrih biss it-tim b'saħħtu ta' kandidati f 'isem il-Partit Laburista, tim li bil-provi jixhed l-għaqda li teżisti bejnietna, u li kostantament inkunu ta' eżempju għall-oħrajn, għaliex nemmnu li fejn hemm l-għaqda, hemm is-saħħa. Fejn hemm l-għaqda, hemm is-saħħa Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Għandna quddiemna snin ta' deċiżjonijiet kbar għall-Unjoni Ewropea, deċiżjonijiet li potenzjalment se jkomplu jiżviluppaw l-integrazzjoni Ewropea u li għaldaqstant se jkun hemm ħtieġa ta' rappreżentanti li verament għandhom għal qalbhom l-aqwa interess tal-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 January 2024