Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515075
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' JANNAR 2024 B'digriet moghti mill-Qorti Civili, Prim'Awla, fis-27 ta April, 2023, fl-atti tar-Rikors Guramentat numru 412/2022GG, li gie pprezentat fid-19 ta' Mejju, 2022, fl- ismijiet: Bava Holdings Ltd vs CD Lifts Ltd, giet ordnata s-segwenti pubblikazzjoni a tenur tal-Artikolu 187 (3) et sequitur tal-Kap.12 biex isservi ta' notifika fil-konfront tal- intimat. Ir-rikorrent talab lil din l-Onorabbli Qorti sabiex fost l-ohrajn: Tikkundanna lis-socjeta konvenuta thallas lill-esponenti d-depozitu mhallas minnha ta' tnax-il elf, mitejn u erbgha u erbghin ewro u tmenin centezmu (12,244.80c). Bl-ispejjez kollha u bl-imghax legali kontra s-socjeta konvenuta ingunta minn issa ghas-subizzjoni. Ir-Rikors Guramentat fl-ismijiet imsemmija haw fuq huwa differit ghat-23 ta' Jannar, 2024, fl-10.15 a.m. Notifika Intimat: CD Lifts Ltd, GEO, Flat 1, Vjal Indipendenza, Il-Mosta. Registru tal-Qrati Superjuri, illum 30 ta' Ottubru, 2023 CARMEL ABELA, M.SC. IN MANAGEMENT, DPA, DIP. LAWS OF PROCED. (MELIT.) Ghar-Registratur, Qrati Civili u Tribunali AVIZZ B'dan l-avviż ikun magħruf illi b'rikors ippreżentat fil-Qorti, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja, fl-24 ta' Ottubru, 2023, Rikors numru 1804/2023, minn Christine Borg Bartolo fejn talbet li tiġi ddikjarata miftuħa favur Marie Borg Olivier, Anne Fleri Soler u Joseph Huber ħut id-decujus fi kwota ta' kwinta (1/5) parti indiviża kull wieħed u waħda minnhom favur Josianne Huber u John Huber ulied il-mejjet Albert Huber dan tal-aħħar hu d-decujus fi kwota ta' decima (1/10) parti indiviża kull wieħed u waħda minnhom u favur Christine Borg Bartolo u Patricia Rafferty ulied il-mejta Ena Borg Bartolo din tal-aħħar oħt id- decujus fi kwota ta' decima (1/10) parti indiviża kull waħda minnhom is-suċċessjoni ta' Margaret Huber, xebba, bint il-mejtin Joseph Albert Huber u Annunziata Huber née Galea, imwielda l-Belt Valletta, Malta, kienet residenti l-Ħamrun, Malta u mietet l-Imsida fil-11 ta' Ġunju, 2023 ta' 75 sena u li kellha karta tal-identità numru 246348(M). Għaldaqstant, kull min jidhirlu li għandu interess huwa msejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b'nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata li jibda jgħaddi minn dak il-jum li fih jiġi mwaħħal il-bandu u l-avviżi skont il-liġi. Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja Illum 24 ta' Novembru, 2023 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali Magħhom se jkun hemm sett ta' kriterji li min ma jsegwihomx, ma jkunx jista' jopera għax ma jkollux liċenzja. Fil-futur, atleti se jkunu meħtieġa jirreġistraw mal-awtorità biex ikunu rikonoxxuti mill-Istat Malti u jkunu jistgħu jibbenefikaw mill- għajnuna mogħtija mill-Gvern. L-AIMS se tkun qed ittejjeb il-proċess ta' reġistrazzjonijiet biex attwalment jinħoloq ambjent regolatorju b'saħħtu li bih pajjiżna jkun jista' joħloq u jattira kwalità ta' sport aqwa. Apparti minn hekk mistenni jinħoloq Tribunal ta' Arbitraġġ biex kull min ikollu xi lment relatat mal-isport ikollu refuġju biex ifittex id-drittijiet tiegħu jew tagħha. Huwa ħa jkun immudellat fuq il-Court of Arbitration li se jikkonsisti minn arbitri li se jkunu professjonisti legali u idealment b'esperjenza fil-qasam tal-isport. Dan it-tribunal se jassigura li kull atleta li jgħaddi minn xi forma ta' diskriminazzjoni jiġi stmat u protett. Fiż-żmien li ġej, l-Awtorità se tkun ukoll qed testendi l-operat tagħha biex tikkumbatti l-ħasil tal-flus fl-isport. Bħalissa l-isport huwa strument vulnerabbli ħafna għall-ħasil ta' flus. u Busuttil Medja ta' 371 każ ta' divorzju u 129 każ ta' seperazzjoni seħħew f 'Malta u Għawdex bejn l-2011 sal-2023. Dan ġie żvelat waqt seduta parlamentari fejn fiha l-MP Bernice Bonello staqsiet lill- Ministru responsabbli Jonathan Attard, kemm fuq l-ammont ta' divorzji sena b'sena, kif ukoll dwar l-ammont ta' separazzjonijiet li ġew reġistrati. L-iktar sena fejn fiha kien hemm divorzji f 'Malta kienet l-2022, b'total ta' 524 każ, filwaqt li f 'Għawdex, l-ogħla numru reġistrat ta' divorzji kien 22 fl-2015. Rigward separazzjonijiet, l-2011 irreġistrat l-ogħla ammont f 'Malta (134), filwaqt li f 'Għawdex l-ogħla sena fejn fiha kien hemm separazzjonijiet kienet l-2015, b'total ta' 60 seperazzjoni. Mill-banda l-oħra, l-inqas sena li rreġistrat divorzji kienet l-2011 b'total ta' 39 f 'Malta u 0 f 'Għawdex. F'Malta, l-2013 irreġistrat l-inqas ammont ta' separazzjonijiet, b'total ta' 91, filwaqt li f 'Għawdex, kemm fl-2011 u l-2018 ġew irreġistrati biss żewġ każijiet ta' separazzjoni. Medja ta' 371 każ ta' divorzju bejn l-2011 u l-2022 F'Malta u Għawdex kien hemm medja ta' 371 każ ta' divorzju fis-sena filwaqt li kien hemm medja ta' 129 separazzjoni kull sena mill-2011 sal-2022