Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403
13 kultura IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LISA ABIGAIL CALLEJA Mill-1 ta' Frar sat-3 ta' Marzu, Spazju Kreattiv qed itellgħu wirja b'tiira ta' Pawlu Curmi, 'Il-Pampalun'. Is-sena l-oħra, f 'Novembru tal-2023, Pawlu Curmi miet ta' 92. Spiss deskritt bħala r-Re tal-Karnival, Curmi kien rikonoxxut ħafna fil-Belt Valletta, speċjalment matul żmien il-Karnival. Il-wirja, imsemmija "Pawlu Curmi 'Il-Pampalun': Il-Bniedem, Il-Leġġenda", qed tittella' bħala parti mill- attivitajiet tal-Karnival ta' dis-sena. Pawlu kien preżenza prominenti f 'dawn iċ- ċelebrazzjonijiet, dejjem kien ikun liebes l-aqwa kuluri u l-ikbar tbissima. Fl-2021, il-poster uffiċjali tal-karnival ta ġieħ lil Curmi, u nħoloq karru tal-karnival ad unur tiegħu dik is-sena stess. Imwieled il-Belt Valletta fit-12 ta' Diċembru 1930, 'Il-Pampalun' kien it-12- il tifel fost 13-il aħwa u l-iżgħar minn disa' subien. Huwa żviluppa passjoni għall- Karnival minn età żgħira u beda jinvolvi ruħu billi jgħin lil missieru Giovanni, li kien jagħmel il-maskri u l-karrijiet. Fl-1950, Curmi pparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali tal-Karnival Malti għall- ewwel darba. Eventwalment, huwa waqqaf il-kumpanija tiegħu stess, illum magħrufa bħala l-'Paul Curmi & Christopher Caruana Carnival Dance Company'. Minn dakinhar 'il quddiem, huwa żviluppa l-professjoni tiegħu fl-industrija tal-karnival u saħansitra beda jinvolvi ruħu f 'aspetti bħaż-żfin, il-koreografija, u ħafna aktar. 'Il-Pampalun' kien individwu multidimensjonali b'personalità li mhux biss influwenza l-kultura tal-Karnival, iżda wkoll ġab atmosfera vibranti miegħu kull fejn mar. Irriċerkata u kkurata minn Mario Coleiro, il-wirja toffri aktar informazzjoni fuq il-ħajja tar-raġel, il-leġġenda, Pawlu Curmi. Il-Karnival qed jiġi organizzat minn Festivals Malta, b'kollaborazzjoni ma' Heritage Malta, Spazju Kreattiv, u l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Furjana, il- Ħamrun u ż-Żurrieq. Il-festival hu appoġġjat mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali u GSDMarketing Ltd. Wirja fil-Belt tonora lil Pawlu Curmi, ir-Re tal-Karnival LISA ABIGAIL CALLEJA Frank Portelli kien artist Malti ta' suċċess kbir, magħruf sew għall-esperimentazzjoni tiegħu b'firxa ta' mezzi artistiċi, inklużi ż-żjut, akriliċi, stained glass, skultura, pittura, u collage. Il-muralist miet 20 sena ilu f 'Marzu tal-2004. Ftit xhur wara li ħalliena, Heritage Malta kisbet wieħed mill-murali tiegħu għall- kollezzjoni nazzjonali tal-arti kontemporanja. F'ġieħ l-impatt ta' dal-pijunier tal-arti moderna, Frank Portelli Archives qed jippreżentaw proġett kuratorjali u interdixxiplinarju tal-isem 'Frank u Jien'. Matul żewġ weekends fi Frar, l-udjenzi se jkollhom iċ-ċans rari li jaraw xi siltiet mill-arkivji personali ta' Portelli fl-istess studio tal-arti fejn ipproduċiehom. Ta' 13-il sena, Portelli rreġistra għall-Iskola tal-Arti tal-Belt Valletta. Uħud mill-aktar xogħlijiet notevoli mill-bidu tal-karriera tiegħu kienu awtobijografiċi u ġew esegwiti b'mod espressjonist, ispirati mill-mewt ta' missieru fl-1944. Tliet snin wara, huwa rebaħ borża ta' studju biex jistudja Leicester College fl-Ingilterra wara li eċċella fl-Iskola tal-Arti, u iktar 'il quddiem kompla l-edukazzjoni tiegħu fi Franza u l-Italja. Iż-żmien li Portelli qatta' barra minn Malta għenu jiżviluppa stil uniku li permezz tiegħu spikka meta pparagunat ma' sħabu. Meta rritorna Malta fl-1951, Portelli waqqaf il-Modern Art Circle (illum imsejjaħ Modern Art Group and Atelier), li kellu rwol sinifikanti fit-tqajjim tal- kuxjenza dwar il-moviment tal- arti Moderna f 'Malta. Barra minn hekk, fl-1957 intgħażel bħala wieħed minn sitt artisti Maltin biex jipparteċipa fil-pavaljun inawgurali ta' Malta fil-Venice Biennale tal-1958. 'Frank u Jien' jiġbor uħud mill- aktar artisti innovattivi tal-lum għal sensiela ta' prestazzjoni. Ikkurata minn Andrew Borg Wirth u miktuba minn Maria euma, il-wirja tenfasizza xi xogħlijiet sinifikanti mill- kollezzjoni tiegħu, filwaqt li talludi, kemm għal avvenimenti oħra fl-istorja tal-arti Maltija, kif ukoll għall-istorja ta' ħajtu stess. Hekk kif ix-xogħlijiet ta' Frank Portelli kienu ta' medium sperimentali, hekk ukoll huma dawk li se jidhru fi 'Frank u Jien'. Dan l-avveniment se jkun qed jittella' mill-15 ta' Frar sal-25 ta' Frar, u jibda fis-7 pm jew fis- 7.30 pm skont id-data. Il-lingwa mitkellma se tkun il-Malti, għalkemm se jkun hemm surtitoli bl-Ingliż provduti. Il-biljetti jinkisbu mis-sit showshappening. com. 'Frank u Jien' igawdi l-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti. Prestazzjonijiet ta' ġieħ lill-pijunier tal-arti Frank Portelli fl-istudio tiegħu stess