MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum Carmel Bonnici Films dwar rejiet u rġejjen SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Imsaħħab u bil-ħalbiet tax- xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent forza 5 għal 6 li jdur mill-Punent forza 7 L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab u bix-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 7 li jsir Punent forza 6 Baħar Qawwi ħafna li jsir qawwi 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Dan żgur mhux suġġett favorit ta' Hollywood għas-sempliċi raġuni li fil-pajjiż tal-Istati Uniti qatt ma kien hemm fil-poter persuna rjali. Minkejja dan kollu, mill-belt taċ- ċinema ħarġu diversi xogħlijiet dwar rejiet u rġejjen li fl-istorja tad-dinja baqgħu jissemmew. Il-maġġoranza kbira tal-films dwar dan is-suġġett kienet tikkonċentra dwar dawk li poġġew fuq it-tron tal- Ingliterra jew ir-Renju Unit. L-Imperu Brittaniku kien forza qawwija madwar id-dinja, fi żmienu, nkluż f 'pajjiżna. Ir-renjanti Ingliżi spiss sabu ruħhom fuq il-liżar ċinematografiku, murija b'mod aktarx nobbli u sabiħ, imma mhux dejjem b'eżattezza. Qatt għadu ma nħadem film epiku dwar il-Konkwista Normanna f 'attentat immexxi minn William ta' Normandija (fi Franza) fl-1066 biex jaħtaf it-tron Ingliż mir-rival tiegħu, Harold, it-tifel ta' Godwin. Dan l-avveniment beda l-bidu tat- transformazzjoni kulturali fil-Gżejjer Brittaniċi. Fis-sena 1925, Phyllis Neilson-Terry marret iżjed lura fiż-żmien biex taħdem il-parti tal- gwerriera "Boudica" jew "Bodicea". Din kienet ir-Reġina tal-Iċeni fil- Brittanja li għamlet gwerra kontra r-Rumani, li ttrattawha ħażin ħafna, fi żmien l-Imperatur Neruni. Wara ħafna suċċessi fejn qerdet ħafna kampijiet ta' suldati Rumani stazzjonati f 'pajjiżha, fis-sena 61 ġiet mirbuħa u biex ma tinqabadx xorbot il-velenu. Xi snin ilu, dwar din l-erojina kien ħarġu xi films epiċi, l-aktar għat-TV, fosthom Boudica (2003), dramm storiku bijografiku, Boudica: Rise Of e Warrior Queen (2019) u Boudica: Queen Of War (2023). Fl-1969, David Hemmings ħadem il-parti ta' Alfred e Great. Fl-2004, Clive Owen inkarna l-persuna tar- Re Arturu f 'King Arthur u mmorru lura fis-sena 462 fejn dan il-monarka ġġieled mar-Rumani, mas-Sassoni (Saxons) viljakki, kif ukoll mal- kuxjenza tiegħu. Il-film mużikali Camelot, din id-darba b'Richard Harris bħala King Arthur ħareġ fl- 1967. Knights Of e Round Table tal-1953 kellu lil Mel Ferrer bħala Arturu u l-protagonist Robert Taylor ikun Sir Lancelot. Dan il-film kellu trattament kbir mill-kumpanija M.G.M. u nħadem bis-CinemaScope, l-ewwel wieħed b'dan il-proċess għal dan l-istudjo. L-attur Peter O'Toole darbtejn kien ir-Re Henry II, f 'Becket (1964) mill- ktieb klassiku Murder In e Cathedral u f 'e Lion In Winter (1968). Il- figura ta' Richard e Lionheart, jew Richard I, li wkoll deher fil-film li semmejt l-aħħar, kien personaġġ fl-isfond ta' numru konsiderevoli ta' films fejn dejjem għamel il-ġid, minn xogħlijiet dwar Robin Hood u King Richard And e Crusaders (1954). Ħuh John sikwit kien ikun it-tirann jew il-kattiv bħal f 'e Adventures Of Robin Hood (1938), wieħed mill-aqwa films dwar dan l-eroj, bil-kulur u l-attur Errol Flynn u s-simili, Robin Hood Prince Of ieves (1991) bil-prim attur Kevin Costner. Edward IV deher f 'Tower Of London (1939, 1962 u drabi oħra) u f 'Richard III (1955 u drabi oħra), hawn biss bħala l-vittma tal-makkak Richard III (Laurence Olivier) li kien ħotbi. Il- film riċenti e Lost King (2023) hu dwar kittieba dilettanta u ambizzjuża li tfittex u teħodha kontra l-istabiliment fejn isostni li Richard III ma kienx il- kattiv li jpinġuh u ma ħatafx ir-Renju Brittanika billi qatel. Henry IV deher f 'Chimes At Midnight (Orson Welles, 1965). Parti tajba ta' Laurence Olivier kienet f 'Henry V li wkoll ħadimha xi snin wara Kenneth Branagh. Henry VII li kien għadu ma sarx Re kienet parti għal Stanley Baker f 'Richard III. Aktarx li l-monarka li l-aktar sab ruħu fuq il-liżar il-kbir kien Henry VIII. Charles Laughton ippersonifikah mill-aqwa fl-1933 f 'e Private Life Of Henry VIII fejn kemm hu u kemm il-film rebħu l-Oscar, l-ewwel darba għall-film barrani (Ingliż). Montagu Love ħadem il-parti ta' dan ir-Re f 'e Prince Abd e Pauper (1937), Robert Shaw f 'A Man For All Seasons (1966), Richard Burton f 'Anne Of A ousand Days (1969), Keith Mitchell f "Henry VIII And His Six Wives (1972) u James Robertson Justice f 'e Sword And e Rose (1953). Bl-istess manjiera, Eliżabetta I, ir-Reġina tifla ta' Henry VIII kienet identifikata minn Bette Davis f 'żewġ films, Elizabeth And Essex (1939) u e Virgin Queen (1955), sakemm Glenda Jackson (li ħallitna it xhur ilu) għamlet il-parti tagħha fuq it-TV u f 'Mary Queen Of Scots (1971). Il- brava Flora Robson inkarnat lil din il-monarka f 'Fire Over England" (1937) u f 'e Sea Hawk (1940), Florence Eldridge f 'Mary Of Scotland (1937), Irene Worth f 'Seven Seas To Calais (1962) u Cate Blanchett dehret f 'Elizabeth (1997) u 10 snin wara kompliet f 'Elizabeth: e Golden Age. Fl-aħħarnett, Judi Dench rebħet l-Oscar għal din il-parti f 'Shakespeare In Love (1998). L-isfortunata Mary Of Scotland, suppost l-eredi tat-tron Ingliż li ġiet maqtula fuq ordni tal- kuġina tagħha Eliżabetta I, ħadmu il-parti tagħha Vanessa Redgrave, Katherine Hepburn u Fanny Ardant. Iż-żagħżugħ Edward VI kien f 'e Prince And e Pauper. L-Istwardi (Stuarts) tal-bidu kienu grupp diffiċli, imma Charles I kien ippersonifikat minn Alec Guinness fi Cromwell (1970); Charles II, ir-Re ferrieħi kien interpretat minn diversi atturi, nkluż Cedric Harwicke f 'Nell Gwynn (1934), George Sanders ġo Forever Amber (1947), Vincent Price f 'Hudson Bay (1941), Douglas Fairbanks Jr. f 'e Exile (1947) u Sam Neill f 'Restoration (1995). Meta wasal ir-Renju ta' dawk ta' Hanover, kien Eric Pohlmann li nterpreta lil George I f 'Rob Roy (1953) u Peter Bull f 'Saraband For Dead Lovers (1948); George III minn Raymond Lovell f 'e Young Mr. Pitt (1942), Robert Morley f 'Beau Brummell (1954) u Nigel Hawthorne f 'e Madness Of King George (1994). L-aktar renjanta li damet fuq it- tron tal-Gran Brittanja, kienet ir- Reġina Vittorja sakemm fl-2022 ġiet issuperata minn Eliżabetta II. Għall- ħafna nies ħasbu li din il-Monarka kienet tixbaħ lil Anna Neagle li nterpretata 3 darbiet – e Queen's Affairs (1934), Victoria e Great (1937) u Sixty Glorious Years (1938). Atturi oħra f 'dan l-irwol huma Irene Dunne (e Mudlark 1950), Fay Compton (e Prime Minister 1941), Mollie Maureen (e Private Life Of Sherlock Holmes 1970) u notevolment Judi Dench f 'Mrs. Brown (1997). Prinny, jew il-Prinċep Regent kien George IV u f 'din il-parti nsibu lil Cecil Parker f 'e First Generation (1948) u Peter Ustinov f 'Beau Brummell. James Robertson Justice, l-attur imbaċċaċ Skoċċiż bil-leħja, kien Edward VII f 'Mayerling (1968) u Richard Chamberlain bħala Edward VIII ġo produzzjoni għat-televiżjoni, e Woman I Love (1972). Fl-1982, żewġ films Amerikani għat-TV dwar affari ta' mħabba' ta' Prince Charles (illum r-Re Carlo II)kellu atturi magħrufin bħala l-familja rjali. L-ebda wieħed ma ntwera fir-Renju Unit. Tassew impressjonanti kien e King's Speech (2011). Ir-Re George VI, missier r-Reġina Eliżabetta II akkwista t-tron meta ħuh, Edward VIII, abdika biex jiżżewweġ mara ddivorzjata. Miskin, George VI kellu difett kbir – kien itemtem tant li ma kienx kapaċi jagħmel diskursata. Biex ikun jista' jagħti messaġġ importanti għal pajjiżu, meta bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, biex iqawwi qlub il- poplu, kellu jkun terapista Awstraljan li b'mod mhux konvenzjonali mela lir-Re bil-kuraġġ u dderiġieh ilissen messaġġ patrijottiku mill-isbaħ. Dan il-film Brittaniku rebaħ ħafna u ħafna unuri, fosthom l-Aqwa Film tas-Sena u Colin Firth bħala l-Aqwa attur. Minn Hollywood u bnadi oħra ħarġu ruxxmata ta' films dwar monarki minn pajjiżi oħra. Catherine e Great tar-Russja kienet impersonata minn Pola Negri, Elizabeth Bergner, Tallulah Bankhead, Bette Davis u Marlene Dietrich; l-aħħar Czar u Czarina tar-Russja, Nicholas And Alexandria kienu Michael Jaysten u Janet Suzman fil-film tal-1971. Peter e Great u Ivan e Terrible huma żewġ xogħlijiet oħra dwar renjanti Russi. Greta Garbo nterpretat lil Queen Christina (1933) tal-Iżvezja waqt li Liv Ullmann ħadmitha f 'e Abdication (1974). Harry Davenport kien Louis XI ta' Franza f 'e Hunchback Of Notre Dame (1939) u Basil Rathbone nterpretah f 'If I Were King (1938). Charles VII ta' Franza ukoll deher taħt ix-xbieha ta' Jose' Ferrer f 'Joan Of Arc (1948); Norma Shearer kienet Marie Antoinette (1938) li ħalliet rasha taħt il-giljottina u fl-istess film kien Robert Morley li nterpreta lil Louis XVI u Pierre Renoir ħadmu f 'La Marseillaise (1938); John Barrymore kien Louis XIV ukoll f 'Marie Antoinette; f 'e ree Musketeers (1973), Jean Pierre Cassel kien Louis XIII. Fi Spanja, Philip II ħadmu Paul Scofield f 'at Lady (1955), waqt li Raymond Massey ippersonifikah f 'Fire Over England (1938). Dawn il-personaġġi rjali kif ukoll illustri kienu verament ispirazzjoni għall-arti taċ-ċinema.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024