MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 • illum Corinne Farrugia minn dejjem kellha mħabba lejn iż-żwiemel, sa minn età bikrija. Fil-fatt, l-ewwel żiemel li kellha kien RMJ li għandu 25 sena. Tista' tgħid RMJ kien l-ispirazzjoni tagħha li tniedi dan ir-razzett u ssemmih għalih. "L-għan ewlieni hu li ngħinu kemm jista' jkun żwiemel". Ibda minn dawk li jispiċċaw abbandunati u bla ikel, dawk li jispiċċaw mill- karriera tat-tiġrijiet, dawk li jeħilsuha milli jinqatlu u anke dawk li għandhom l-età. Il-maġġoranza taż-żwiemel kienu xi darba tat-tiġrijiet jew inkella dawk li jkunu ttieħdu mill- Animal Welfare għax ikun qed jgħixu f 'kundizzjonijiet ħżiena. Ir-razzett jilqa' fih ukoll żwiemel tal-polo rtirati u żwiemel irtirati tal-Kavellerija u kwalunkwe żiemel li għal xi ċirkustanza jew oħra, is-sidien ma jkunux jistgħu jżommuhom. Ta' 15-il sena, Corinne kienet bdiet billi ssalva żiemel wieħed sakemm issiblu home. Imbagħad issalva ieħor. Peress li Malta ċkejkna u ċ-ċirku ta' nies li jrabbu ż-żwiemel huwa iżgħar, Corinne qaltilna li mal-ewwel in-nies bdew jindunaw x'inhi tagħmel, u kulħadd kien beda jċemplilha. Ilha 15-il sena toffri dan post ta' rtirar u rijabilitazzjoni għaż- żwiemel, u llum il-ġurnata hemm 80 żiemel taħt il-kura tagħhom. Fis- sena jibagħtu madwar 80 żiemel ieħor l-Ingilterra fejn hemm iktar spazji ta' salvataġġ għal dawn iż- żwiemel. Malta impossibbli ssib post ta' rtirar u allura jintbagħtu barra minn xtutna. Lokalment, Corinne qalet li bilkemm isibu post ta' rtirar wieħed meta tikkunsidra li r-razzett tagħha jara madwar 100 żiemel fis-sena. Hija qalet li bejn Malta u l-Ingilterra hemm diffferenza kbira, li toffri opportunitajiet akbar u iktar ċans li ssib nies lesti li jadottaw żiemel milli hawn Malta stess. Sabiex żiemel jingħaqad fir- razzett RMJ irid isirlu proċess u assessjar fejn jaraw f 'liema kundizzjoni jinsab u jekk is- sitwazzjoni hix urġenti jew le. La darba jgħaddi taħt il-kura ta' Corinne, minn hemm jibda proċess ieħor biex jinsablu post ta' rtirar. Normalment, dawk li jintbagħtu l-Ingilterra jkunu żwiemel bla ġrieħi u żgħar fl-età, filwaqt li żwiemel oħra jsiru residenti permamenti tar-razzett. L-ixjeħ resident huwa infatti RMJ innifsu. Fl-istess ħin, ir-razzett jara li jagħti xi ħaġa lura lill-poplu. Fil-fatt, ir-razzett RMJ jaħdem ukoll biswit organizzazzjonijiet li jgħinu tfal. Ir- razzett joffri servizzi ta' terapija għal tfal fil-bżonn. Huma jkunu jistgħu jqattgħu ħinhom mal-annimali u jibbenefikaw mill-interazzjoni ta' maż-żwiemel. L-ikbar sfida hija dik tax-xogħol fiżiku, qaltilna Corinne. "Mhijiex faċli li trid tieħu ħsieb 80 żiemel, u ta' kuljum fih tiegħu." Taħt il-qilla tax-xemx, għall-bard ta' Jannar, ix-xogħol bieżel ma jistax jieqaf għaliex ta' kuljum malli jdoqqu l-erbgħa ta' filgħodu Corinne tinżel ir-razzett u tibda ħidmitha. Dan huwa apparti x-xogħol ewlieni tagħha, għaliex fl-aħħar tal-ġurnata, terġa' lura r-razzett fejn iddumlek sa xi t-tmienja ta' filgħaxija jew aktar. Għal ħafna jaf ikun xogħol ta' strapazz imma Corinne ddedikat ħajjitha għal dan l-iskop. Dan huwa xogħol li jinvolvi mhux biss l-għalf, imma wkoll it-tindif tal-istalel u jekk jinzerta żiemel ma jiflaħx, ħafna ġiri mal- veterinarju. Ċerti żwiemel anke jirrikjedu eżerċizzju fiżiku, allura jagħmlu biċ-ċert li jingħatalhom biżżejjed eżerċizzju kuljum. Corinne kompliet tgħid li sfida oħra huma l-ispejjeż, li kull xahar jitilgħu għal madwar €20,000. Ix-xogħol kollu li jsir fir- razzett huwa kollu volontarjat. Bħala razzett jiddependu ħafna minn donazzjonijiet u anke mill- avvenimenti li jorganizzaw tul is- sena. Persuni jistgħu jaddottaw żiemel iżda Corinne trid tagħmel biċ- ċert li dik il-persuna li se taddotta għandha l-mezzi kollha u li kapaċi tieħu ħsieb żiemel peress li Malta huma it li jistgħu joffru dan. L-RMJ Horse Rescue and Rihabilitation għandu skema ta' sponsorship li toffri esperjenza daqslikieku addottajt u ħadt żiemel miegħek id-dar. Biss għandek inqas piż fuq dahrek. Dan l-isponsorship iservi wkoll bħala kontribut kemm għar-razzett innifsu, kif ukoll għan- nies t'hemm barra. Bħala razzett ta' salvataġġ, dan iwiegħed programm ta' rijabilitazzjoni għaż-żiemel. Ħafna minnhom jirrikjedu eżerċizzju fiżiku u dan l-għan jintlaħaq billi jerħulha qalb il-kampanja jew inkella ż-żiemel jitla' fuq it-theraplate – magna li tgħin fiċ-ċirkulazzjoni taż-żiemel u saħħaħ il-muskoli. Jinqdew ukoll mill-infrared solarium, magna oħra adattata li tgħin lil dawk iż- żwiemel li jkunu muġugħa. Apparti hekk, "Il-mistrieħ huwa l-ikbar rijabilitazzjoni li jkollu bżonn iż- żiemel" speċjalment jekk ikun għex ħajja attiva wisq jew qiegħed jirkupra minn xi ġrieħi. Esperjenzi xokkanti li baqgħu mnaqqxa f 'moħħ Corinne huma każijiet ta' żwiemel li jkunu qed jinżammu f 'ċirkostanzi verament koroh u instabbli. L-iktar każ riċenti li rat Corinne kien il-każ ta' Ċikka. Debba li biss għad għandha sena u sfortunatament waslet ir- razzett "għadma u ġilda". Każijiet bħal dawn, li huma rari, xorta waħda jħallu t-timbru tagħhom għaliex "ma tkunx taf jekk humiex ħa jgħixu jew le". Corinne ħeġġet lil kulħadd biex jgħin. Dawk li ma jiddejqux imiddu jdejhom għax-xogħol huma mħeġġa jgħaddu sar- razzett u jgħinu. Oħrajn jistgħu jikkontribwixxu billi jagħtu sapport neċċessarju b'donazzjonijiet jew anke jżuru r-razzett għal xi attività li jorganizzaw. Il-missjoni ta' RMJ Horse Rescue & Rehabilitation Elaine Camilleri, ġurnalista mal- ILLUM tkellmet ma' Corinne Farrugia, sid ta' razzett fis- Siġġiewi li jsalva ż-żwiemel. Corinne tagħti dawl fuq x'inhi ħajjitha minn tlugħ ix-xemx sa nżulha u x'inhi l-missjoni tagħha wara dan ir-razzett. L-għan ewlieni hu li ngħinu kemm jista' jkun żwiemel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024