MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1515403

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' FRAR 2024 SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Kjarifika dwar Applikanti Eliġibbli għas-sejħa VIII: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta B'referenza għall-pubblikazzjoni tas-sejħa VIII taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali maħruġa fis-26 ta' Novembru 2023, l-Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 tixtieq tavża li apparti Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet mhux Governattivi kif inhu indikat fis-sejħa għall- proposti, din is-sejħa se tkun qed tikkunsidra wkoll proposti għall-proġetti sottomessi minn Organizzazzjonijiet Kulturali li għandhom interess pubbliku kif imsemmija fl-Att dwar il-Kunsill Malti għall- Arti 2014. Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti tal-Proġetti L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għaż-żewġ sejħiet ta' hawn taħt qed tiġi estiża skont kif indikat: • Sejħa IV: Investiment f'Faċilitajiet ta' Rikreazzjoni Speċjalizzati għall-Persuni b'Diżabilità jew Mard u l-Familji tagħhom miftuħa għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u Organizzazzjonijiet Volontarji qed tiġi estiża mit-22 ta' Marzu 2024 sat-30 ta' April 2024, f'nofsinhar. • Sejħa VIII: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta miftuħa għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet Kulturali li għandhom interess pubbliku qed tiġi estiża mit-8 ta' Marzu 2024 sat-30 ta' April 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Kjarifika dwar Applikanti Eliġibbli għas-sejħa VIII: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta B'referenza għall-pubblikazzjoni tas-sejħa VIII taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali maħruġa fis-26 ta' Novembru 2023, l-Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 tixtieq tavża li apparti Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet mhux Governattivi kif inhu indikat fis-sejħa għall- proposti, din is-sejħa se tkun qed tikkunsidra wkoll proposti għall-proġetti sottomessi minn Organizzazzjonijiet Kulturali li għandhom interess pubbliku kif imsemmija fl-Att dwar il-Kunsill Malti għall- Arti 2014. Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti tal-Proġetti L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għaż-żewġ sejħiet ta' hawn taħt qed tiġi estiża skont kif indikat: • Sejħa IV: Investiment f'Faċilitajiet ta' Rikreazzjoni Speċjalizzati għall-Persuni b'Diżabilità jew Mard u l-Familji tagħhom miftuħa għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u Organizzazzjonijiet Volontarji qed tiġi estiża mit-22 ta' Marzu 2024 sat-30 ta' April 2024, f'nofsinhar. • Sejħa VIII: Titjib u Valorizzazzjoni tal-Prodott Turistiku ta' Malta miftuħa għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet Kulturali li għandhom interess pubbliku qed tiġi estiża mit-8 ta' Marzu 2024 sat-30 ta' April 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. LUIGI SGHENDO L-2023 kienet l-aktar sena li rreġistrat sewwieqa, kemm b'liċenzji fuq probation u liċenzji revokati, kif ukoll dawk li qalgħu t-tieni revoka. Jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-gazzetta ILLUM, Transport Malta żvelat li bejn l-2018 u l-2023, medja ta' 242 liċenzja huma probational, filwaqt li 1,307 liċenzji jiġi revokati għal ewwel darba u medja ta' 286 liċenzja jiġu revokati għat-tieni darba. L-2023 rat żieda notevoli fir-revokazzjoni tal-liċenzji. Rigward liċenzji tas-sewqan probational, total ta' 371 persuna kellha l-liċenzja li tqiegħdet taħt probation. Dan filwaqt li l-liċenzji tas-sewqan revokati wkoll esperjenzaw żieda notevoli fl-2023, tant li laħqu total ta' 1,727. Finalment, fl-2023, 463 sewwieq inħarġitilhom it-tieni revoka. Dan juri li numru konsiderevoli ta' sewwieqa qed jaffaċċjaw azzjonijiet dixxiplinarji wara li jerġgħu jiksbu l-liċenzji tagħhom. Analiżi komprensiva tad-data mill-2018 sal-2023 tiżvela xejra ta' tkabbir konsistenti fil-liċenzji tas-sewqan probational u sħaħ. Dan jista' jiġi attribwit, kemm għaż-żieda li kulma tmur qed tikber ta' sewwieqa fit- toroq, kif ukoll għaż-żieda fil-preżenza ta' uffiċjali ta' TM fit-toroq Maltin. L-2023 tirreġistra l-ogħla żieda f'liċenzji tas-sewqan revokati 31 vettura abbandunata nġabru mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul l-2023 u sas-17 ta' Jannar 2024 mill-Pulizija. Din l-informazzjoni ġiet żvelata waqt il-mistoqsijiet parlamentari tat-Tlieta, bil-Membru Parlamentari Graziella Attard Previ tistaqsi lill-Ministru responsabbli Byron Camilleri, "kemm inġabru vetturi mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2023, maqsuma lokalità, lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm baqa' vetturi abbandunati, imkissra fit-toroq li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux? Mill-informazzjoni provduta ġie żvelat li mit-total ta' 31 vettura abbandunata, fil-lokalità ta' Ħaż- Żebbuġ ġew miġburin l-iktar ammont ta' vetturi; disa' vetturi. Wara Ħaż-Żebbuġ, issegwi l-Belt Valletta fejn inġabru biss tliet vetturi mill-Pulizija fl-2023. Mill-banda l-oħra, il-lokalitajiet tal-Ħamrun, il-Marsa, tal-Pietà, Santa Venera, Paola, il-Fgura, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, l-Isla, Ħaż-Żabbar, Marsaskala, il-Kalkara, ix-Xgħajra, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Gudja, L-Imqabba, Ħal Kirkop, iż-Żurrieq, il-Qrendi, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, il-Gżira, l-Imsida u Ta' Xbiex ma nġabru l-ebda vetturi abbandunati mill- Pulizija matul l-2023 u Jannar 2024. Rigward vetturi abbandunati jew irmunkati f 'każi ta' Qrati u investigazzjonijiet, il-Pulizija ġabret total ta' 717-il vettura, bl- ogħla ammont ta' vetturi jinġabru mil-lokalità ta' Tas-Sliema (53). L-ammont ta' vetturi li ġew irmunkati minħabba permessi kienu 1,663 li nġabru mit-taqsima tal-LESA. Tas-Sliema (220), San Pawl il-Baħar (122) u San Ġiljan (122). Minkejja li l-ewwel mistoqsija ġiet imwieġba permezz tad- dokument li ġie mqiegħed fuq il- mejda tal-kamra, ma saret ebda referenza għall-ammont ta' vetturi abbandunati li fadal fit-toroq, li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux. Barra minn hekk, il-gazzetta ILLUM kienet irrappurtat fuq in- nuqqas ta' spazju li TM għandha biex tissekwestra l-vetturi. Sa mill- bidu tas-sena, 535 vetturi ġew issekwestrati. Barra minn hekk Transport Malta ma tistax tirmonka karrijiet ipparkjati illegalment għax m'għandhiex spazju fejn tagħmilhom. Il-vetturi abbandunati li qed jitħallew fit-toroq mhux biss qed ikunu ta' inkonvenjenza għas- sewwieqa li diġà qed isibuha sfida biex jipparkjaw, iżda possibilment qed jikkawżaw ħsara ambjentali, speċjalment vetturi fi stat ħażin u dawk li jitħallew fil-widien madwar Malta u Għawdex. 31 vettura abbandunata miġbura f'temp ta' 13-il xahar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 February 2024