MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 February 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516092

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' FRAR 2024 • illum PISCES, MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se jkun riflessjoni profonda dwar il-karriera, kemm dik preżenti, kif ukoll dwar dak li int qed tistenna fil-futur qarib. Huwa mument fejn issa trid tagħraf jekk tkomplix tespandi lejn ħidmietek għall-futur. Namaste. ARIES, MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Aries se jagħmlek tħoss li m'intix kuntent għalkollox b'dak li int qed tesperjenza bħalissa. Minn barra, qed turi li kollox sew u kuntent imma minn ġewwa fik, is- sitwazzjoni hija ferm l-oppost ta' dan kollu. Namaste. CANCER, MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LULJU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Cancer se jpoġġik f 'qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu biex ċerti pjanijiet li kellek ippjanati ma jitħarbtux. Għalhekk huwa importanti li b'intelliġenza tagħraf tegħleb kull ostaklu. Namaste. SCORPIO, MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Scorpio huwa mument ta' riflessjoni profonda dwar il-ħajja personali tiegħek. Għalkemm din ir- riflessjoni se tagħmlek tħossok qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq, l-importanti li tagħraf lilek innifsek. Namaste. SAGITTARIUS, MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'dan il-bidu tat-tnax-il żodjaku ta' Pisces, għalik, Sagittarius se jkun żmien tajjeb ħafna biex tibda tirranġa dawk l-intoppi li qed ifixkluk. Hemm bżonn li tagħraf iżżomm bilanċ għal direzzjoni ideali. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju għall-bidu tat- tnax-il żodjaku: PISCES Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu ELAINE CAMILLERI Nirien f 'żoni rurali kienu l-iktar tip ta' nirien li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilii kellu jaffaċċja matul l-2023. Numru maħruġa mill-Ministru għall-Intern, bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Kelliem Nazzjonalista Darren Carabott, tefgħu dawl fuq l-inċidenti li fihom intervjena d-Dipartiment. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tratta mal- 1,008 każ ta' nirien f 'żoni rurali, ċifra li tegħleb kull tip ta' nirien ieħor. Minħabba t-temp niexef u riħ qawwi li ġab miegħu s-sajf 2023, id-Dipartiment sab ruħu jfakkar iktar minn darba lill-pubbliku biex joqgħod attent u jkun responsabbli billi jieħu prekawzjonijiet meħtieġa meta jżur żoni rurali. Fost in-nirien li tant issemmew fil-midja matul l-2023 kien hemm in-nirien li ħakmu l-Aħrax tal-Mellieħa f 'Awwissu. Dakinhar, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ssuspettat li n-nirien tqabbdu apposta. Nirien fejn it-Torri l-Aħmar, nirien biswit il- kumpless sportiv fil-Marsa, u nirien ieħor ġewwa l-Mellieħa żammew is-CPD bieżla matul ix-xhur tas-sajf. Dan filwaqt li nirien ġewwa Pembroke f 'Settembru ħasdu wkoll il-ħajja tal-pumpier Joseph Zammit. Il-bidla fil-klima iffaċilitat ukoll il-forza ta' nirien f 'pajjiżi oħra tal-Mediterran, fosthom fil-Greċja, fejn pumpiera Maltin assistew ukoll matul ix-xahar Lulju. Min-naħa l-oħra, id-Dipartiment tratta 237 każ ta' nirien f 'residenzi u 64 każ ta' nirien kummerċjali. Skont informazzjoni oħra mressqa fil-Parlament, l-aktar intervent komuni tad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili kienu s-sejħiet għall-għajnuna, li ammontaw għal 1,773 każ. Is-CPD assistew ukoll għal 1,719 inċident ta' tixrid ta' żejt. Ġew irreġistrati b'kollox madwar 528 operazzjoni ta' salvataġġ, kif ukoll 92 inċident fejn intużaw ir- riżorsi HAZMAT. Fl-istess ħin, l-inċidenti dwar l-għargħar ammontaw għal 31. B'kollox, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili intervjena f '5,995 inċident fl-2023. Nirien f'żoni rurali kienu l-ikbar battikata għad-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili fl-2023 Ġew irreġistrati b'kollox madwar 528 operazzjoni ta' salvataġġ, kif ukoll 92 inċident fejn intużaw ir- riżorsi HAZMAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 February 2024