Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516410
06 intervista IL-ĦADD 25 TA' FRAR 2024 • illum 'Il-vijabbiltà tal-agrikoltura f'Malta FIŻ-ŻEWĠ PROTESTI ĠEW DIVERSI POLITIKANTI FOSTHOM IL-PRIM MINISTRU, U L-MINISTRU GĦALL- AGRIKOLTURA ANTON REFALO. TAĦSEB LI ĠENWINAMENT IRIDU JIFHMU S-SITWAZZJONI TAGĦKOM U JAĦDMU FUQHA? JEW TAĦSEB LI KIENET BISS OPPORTUNITÀ BIEX JIDHRU? Ovvjament peress li lejliet elezzjoni tal- Parlament Ewropew, naħseb li l-PR ħadd ma jitilfu. Però, wara d-diskussjonijiet li kellna wara l-protesti, ix-xogħol qed jittieħed bis-serjetà u hemm rieda biex l-affarijiet jissolvew. Naħseb kienet daqsxejn mit-tnejn. ARGUMENTI LI NĠIEBU MINN BDIEWA, ANKE BARRANIN, HUMA LI S-SETTUR MHUX SOSTENIBBLI BIŻŻEJJED, U LI HEMM BDIEWA F'XIFER IL-FAQAR. KEMM HU MINNU DAN? Iva, is-sostenniblita ta' dan is-settur fl-UE hija mhedda, minħabba numru ta' affarijiet. Il-fatt li l-ispejjeż qegħdin jogħlew ħafna għall-bdiewa Ewropej, u speċjalment għax aħna l-Maltin nazzjon insulari, b'sistema kumplikata ta' trasport, tagħmlilna l-ispejjeż tagħna daqsxejn ogħla. Il-prezzijiet dejjem jibqgħu baxxi ħafna u jridu jikkompetu ma' prezzijiet ta' prodotti li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea li m'għandhomx l-ispejjeż u l-issikkar li għandhom il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Ewropej. Naħseb li din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli. Malta qegħdin bis- sostennibbiltà daqsxejn iktar mhedda li m'għandniex l-economies of scale u r-riżorsi li għandhom bdiewa u raħħala Rwropej ... li għandhom ħafna iktar art u ilma. Li għandhom katina organizzata. Sfortunatament, f 'Malta għandna nuqqas ta' dawn l-affarijiet kollha. Naħseb il- vijabbiltà ta' dan is-settur f 'Malta hija dejjem ftit iktar mhedda. MA TISTAX MA TIRRIKONOXXIX LI L-GVERN QED JAGĦTI GĦAJNUNA LILL-BDIEWA B'SUSSIDJI FUQ FUEL, ILMA U DAWL. ALLURA X'QED IDDEJJAQKOM? Il-proposti li pproponejna fl-aħħar protesta kienu ħamsa. Fil-qosor, l-ewwel waħda kienet propju li l-prodotti li jiġu minn barra l-Unjoni Ewropea li huma f 'kompetizzjoni diretta mal-prodotti Maltin, ma jitħallewx jidħlu. Aħna qatt ma għedna li ma jitħallewx jidħlu prodotti tal-UE jew li ma jidħlux prodotti minn barra l-UE, jekk fl-Ewropa ma ssibhomx. Minħabba l-unfairness li hemm, bħalma għedna diġà li m'għandhomx l-issikkar li għandna aħna u l-gvernijiet jissussidjaw ħafna mill-ispejjeż li għandhom, naħseb li l-Gvern u l-UE jistgħu jgħinu ħafna lill-bdiewa u lir-raħħala Maltin u Ewropej jekk tirregola iktar x'inhu dieħel fl-Unjoni minn dawn il-pajjiżi. Aħna naħsbu li s-sussidju li jagħti l-Gvern fuq l-ikbar spejjeż li għandhom il-bdiewa bħal fertilizzant, għandu jkun wieħed iktar b'saħħtu minħabba li l-ispejjeż huma kbar ħafna, u Malta hija pajjiż insulari. L-istess għall-magħlef u l-ġwież għar-raħħala. Għandna bżonn qafas ta' għajnuna finanzjarja b'saħħitha biex inkunu kapaċi nikkompetu ma' prodotti li ġejjin minn barra l-UE. Dawk huma tnejn min-numru ta' proposti li pproponejna, u huma tnejn ta' prijorità għaliex jekk isir hekk, ikun qed jgħin mhux ftit lis-settur agrikolu Malti. QALB L-GĦAJTA TAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA SSIB KRITIKA LI L-PRODOTT LOKALI, IL-ĦXEJJEX, IL-FROTT, U L-LAĦAM, MHUX IRĦAS FIL-PREZZ. SINTENDI, IL-FAMILJI JKOLLHOM IDURU GĦALL-PRODOTT BARRANI GĦAX IRĦAS. GĦALIEX IL-PREZZIJIET LOKALI DAQSHEKK GĦOLJIN? Mhux dejjem il-każ. Hemm ħafna drabi fejn l-ikel Malti jkun ħafna irħas. Jiddependi mill-istaġun u min-numru ta' setturi fis-suq. Ejja nżommu xi ħaġa f 'moħħna. Jekk jiena mmur nordna bieb tal-aluminju u l-prezz ikun tliet darbiet ogħla mill-prezz li kien tani sena ilu, ngħidlu 'illaħwa, x'ġara?'. Dan se jgħidli 'għolew l-affarijiet minn barra u għola l-prezz tal-bieb'. Jien inbaxxi rasi u nħallsu. Jekk jagħmlu hekk il-bdiewa u r-raħħala qisha waqgħet id-dinja. Nippretendu li l-bdiewa u r-raħħala jassorbu ż-żieda tal- ispejjeż huma. U ħafna drabi hekk jiġri. Il-prezz tal-prodott, il-persuna tan-nofs (middleman) tagħmlu mhux il-bdiewa, imma ż-żieda fl-ispejjeż huma reali u allaħares ma jkunx hemm daqsxejn żieda fil-prezz tal-konsumatur li jkun jista' jerfa' biċċa mill-piż ukoll. Mhux dejjem jiġri hekk, għax qisna nassumu li għall-prodott ta' ikel Malti, il-bdiewa u r-raħħala għandu jagħmel tajjeb għaż-żieda fl-ispejjeż. Iż-żieda fl- ispejjeż żdiedu ħafna u jekk mhux ħa jkun hemm xi forma ta' għajnuna jew li l-konsumatur ikun kapaċi u lest jerfa' biċċa żgħira miż-żieda fl-ispejjeż, mela żgur li l-bdiewa u r-raħħala jżarmaw kollha. META TĦARES LEJN L-ISKEMA TAL-GVERN FL-ISTABBILTÀ TAL- IKEL, TAĦSEB LI SETA' KIEN HEMM LOK GĦALL-PRODOTTI FRISKI U LOKALI? Iva. Il-Gvern ma qabadx u ddeċieda li jgħin f 'dawk il-prodotti tal-ikel b'kumbinazzjoni, imma naħseb li huma l-iktar tipi ta' ikel li jiġu kkunsmati mill- poplu Malti. Hija ironika għax m'hemm xejn Malti jew hemm ftit laħmijiet li jistgħu jiġu pprovduti minn provista lokali. Mhux neċessarjament li jillimita l-prezz il-Gvern hija xi ħaġa pożittiva fuq il-produttur. Li jillimita l-prezz ifisser li l-produttur ma jkunx jista' jċaqlaq il- prezz. Li tista', xi ħaġa pożittiva però hi li jekk ikun hemm żieda tal-ispejjeż min-naħa tal-produttur, ma hemm xejn li jagħmel tajjeb għaliha. F'ħafna pajjiżi barranin, meta l-Gvern għamel xi ħaġa simili li taffettwa l-produtturi ta' dak il-pajjiż, mhux bilfors li l-produtturi ħadu pjaċir. Bil-maqlub, li ġara huwa li l-Gvern illimita prodotti li jikkompetu mal-prodott lokali bħall-ħalib u kien hemm tnaqqis fix-xiri tal-ħalib Malti għax in-nies marru għall-irħas. Din B'sussidji mill-Gvern, xi l-marelli jonqoshom il-bdiewa? Għaliex jibqgħu jinsistu li s-settur tagħhom huwa mhedded? Fuq kollox, għaliex inti, bħala konsumatur, hemm bżonn turi appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala lokali? Il-Kordinatur tal- Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg iwieġeb ... Il-kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi, Malcolm Borg Malcolm Borg, il-Kordinatur tal-Għaqda Bdiewa Attivi