MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum PISCES, MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, l-istess Pisces se tkun fażi importanti li dak li tħoss ġewwa fik hu dak li verament tixtieq li jkun imwettaq. Aħtaf daż-żmien sabiex int tissaħħaħ u titkattar. Namaste. ARIES, MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Aries se tkun fażi fejn għandek twettaq riflessjoni profonda lejn il-miġja tal-kalendarju żodjaku li jibda dalwaqt. Għalhekk aħtaf daż-żmien sabiex tħejji lilek innifsek sew għal dak li tħoss li huwa ideali għalik. Namaste. LEO, MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Leo se tkun fażi li bħal kull sfida li esperjenzajt fil-passat u rnexxielek tikseb riżultati pożittivi, issa wkoll tista' tagħmel dan. Minn din l-isfida li għandek, ara li tagħraf lilek innifsek aħjar. Namaste. LIBRA, MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Libra se tkun fażi li minn issa trid tippjana għal dak li ġej. Għandu jkun żmien tajjeb ħafna għalik sabiex tagħraf fejn vera tixtieq tasal u dan se jkun ta' aktar tkattir. Namaste. SAGITTARIUS, MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din it-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Pisces, għalik, Sagittarius se tkun fażi fejn issa tagħraf fejn vera trid tasal fi mħabbtek. Għalkemm l-esperjenzi tiegħek kienu ibsin, din id-darba hemm dak li vera tixtieq. Għalhekk afda. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-oroskopju fit-tieni ġimgħa għaż-żodjaku ta' Pisces Mill-Ħadd 3 ta' Marzu sas-Sibt 9 ta' Marzu Għall-ewwel darba d-depożiti tal-familji mal-banek lokali qabżu €17-il biljun Fi tmiem Jannar li għadda, id-depożiti tal-familji Maltin u Għawdxin mal-banek lokali qabeż għall-ewwel darba fl-istorja l-figura ta' €17-il biljun. Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Bank Ċentrali ta' Malta. L-ammont ta' tifdil tal-familji mal-banek lokali kien €29 miljun aktar minn dak fix-xahar ta' qabel, u kważi €600 miljun aktar minn dak f 'Jannar 2023. Fl-aħħar tliet snin, id-depożiti ta' entitajiet tal-Gvern ma' banek lokali żdied minn €526 miljun għal €1,064 miljun, li jfisser depożitu ta' aktar mid-doppju. Fl-istess żmien id-depożiti tal-kumpaniji privati mhux finanzjarji żdiedu minn €3,159 miljun għal €3,800 miljun. Dan ifisser li mentri kumpaniji privati żiedu d-depożiti tagħhom b'€641 miljun, il-kumpaniji tal- Gvern żiedu t-tifdil b'€538 miljun. Dan jindika kemm il-qagħda finanzjarja tas-settur pubbliku ssaħħet. Iż-żieda qawwija fit-tifdil tal-familji fl-aħħar tliet snin hija sinifikanti meta wieħed jikkunsidra x-xokkijiet internazzjonali u l-effett tal- inflazzjoni, li minn stħarriġ wara ieħor jixhed li l-għoli tal-ħajja huwa l-iktar tħassib fuq moħħ il- Maltin u l-Għawdxin. Ta' min jinnota li studju tal- Bank Ċentrali Ewropew żvela li l-familji bl-anqas dħul f 'Malta raw id-depożiti tagħhom b'titjib kważi tliet darbiet dik osservata fil-bqija tal-Ewropa. Fl-għaxar snin sal-2013 il- familji f 'pajjiżna kienu żiedu t-tifdil mal-banek b'anqas minn €2.8 biljun, jew b'biljun ewro anqas milli tfaddlu fl-aħħar tliet snin. Rekord ta' €17-il biljun f'depożiti tal-familji mal-banek lokali Russi nġabru f 'Moska għall-funeral tal-politikant u attivist Alexei Navalny minkejja r-riskju li jiġu arrestati. Iċapċpu u jkantaw isem il-mibki Navalny, eluf ta' nies marru kontra l-ordni tal-Kremlin u jagħtu l-aħħar tislima l-katavru tiegħu li kien qed jinġarr ġewwa l-knisja. Il-funeral tal-kritiku prominenti ta' Vladimir Putin, li miet fis-16 ta' Frar, sar taħt preżenza qawwija tal-pulizija. Il-Kremlin Vladimir Putin kien hedded lin-nies li min jinġabar fil-massa jkun qed jikser il-liġi għax kwalunkwe massa mhix awtorizzata. Filmati fuq il-midja soċjali wrew lill-ġenituri ta' Navalny imbikkma, iġorru xemgħa waqt is-servizz. L-armla ta' Navalny segwiet il-funeral fuq YouTube, wara li flimkien ma' assoċjati oħra tiegħu, ħarbu mir-Russja. 'Alexei, Alexei!': Eluf imorru kontra l-kelma tal-Kremlin b'solidarjetà ma' Navalny Russi nġabru f 'Moska għall-funeral tal-politikant u attivist Alexei Navalny

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024