MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum 'Li kieku forsi smajtu, ma kienx jindifen' – ir-rapper żagħżugħ ikanta wara li tilef lil sieħbu b'suwiċidju LUIGI SGHENDO Ġewwa studio f 'San Ġwann sibt lil Lil- Jun, iltqajt ma' rapper minn Ħal Qormi li għandu għal qalbu l-mużika rap. Ma stajtx nirfes l-għatba mingħajr ma nistaqsih kif għażel ismu. "Jekk temmen fid-destin ... kapaċi nħalli marka issa u nagħmel differenza," dlonk wieġeb. Għal Lil-Jun, il-ġeneru rap huwa għodda li bih kapaċi jwassal messaġġ qawwi u jgħin lil dak li jkun jirrelata l-lirika mar-realtà. Fil-kanzunetti tiegħu huwa jesplora diversi temi li jħoss lis-soċjetà baqgħet ftit għamja fuqhom, jew anke huma tabù. Fosthom, Lil-Jun iddoqqli d-diska tiegħu 'Antisuwiċidju'. Isimha magħha, u tagħtik għafsa ta' qalb. Permezz tagħha, l-artist qasam l-esperjenza tiegħu fuq is-suwiċidju wara li tilef lil sieħbu meta ħa ruħu b'idejh. "Li kieku forsi smajtu, ma kienx jindifen", imma x'ried ifisser biha? Vers li jolqot fil-laħam il-ħaj. Ikexkxek bil- bard. Għal Lil-Jun dan huwa vers li jġorr miegħu r-realtà li fostna hawn persuni li mhumiex qed jinstemgħu, bil- konsegwenza li jispiċċaw 'jindifnu'. Filwaqt li qal li jemmen li l-għajnuna teżisti, kif ukoll promozzjonijiet fuq it- televiżjoni u mezzi soċjali, qanqal punt interessanti. Huwa qalli li s-soċjetà hija miksija minn faxex differenti li jirrikjedu mogħdijiet differenti ta' komunikazzjoni. Huwa kompla jgħid kif id-diska ma kinitx biss messaġġ għall-vittmi tas- suwiċidju imma anke lil dawk affettwati mill-esperjenza trawmatizzanti. "Nitkellem ukoll fuq min iħallu warajhom, l-omm, il-missier, il-mara, it-tfal fost persuni oħrajn bħal ħbieb." Spjegali kif familjari u qrabat iħossuhom responsabbli għal dak li jkun ġara minkejja li ma jkollhom xejn x'jaqsmu mar-raġuni li tkun wasslet lil vittma ttemm ħajjitha. "Bid-diska xtaqt li nkun pont. Pont li jgħaqqad il-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna mal-għajnuna li joffri l-istat, permezz ta' lingwa li jimu, il-lingwa tar- rap." Meta staqsejtu fuq jekk kellux għajnuna biex ikun jista' jiżviluppa t-talent tiegħu, b'dispjaċir qalli le. Sostna li għandu jkun hawn iktar għarfien fuq diski miktuba minn artisti Maltin u li għandhom stili differenti. "Diski tar-rap u hip hop lil hinn minn xtutna li qed jisimgħu żgħażagħ Maltin, kulma tara u tisma' huwa fuq vjolenza, sess, droga, armi fost affarijiet oħra." Għalih dawn it-tipi ta' diski qed iwasslu messaġġ li jmur kontra l-valur u l-moral tal-ħajja u fuq kif wieħed għandu jgħixha. Huwa jemmen li r-rap għandu jkun metodu ta' espressjoni u mhux mezz biex wieħed jiftaħar. Jgħid li kien xhud ta' ħafna affarijiet koroh. Jirrakkontali dwar nies viċin tiegħu li qabdu l-vizzju tad-droga u oħrajn tal-logħob tal-azzard. "Naf nies li kellhom xogħol stabbli, familja 'normali' u minħabba l-vizzju spiċċaw biegħu saħansitra l-mejda tal- ikel fejn fuqha kienu qed jieklu t-tfal tiegħu". Lil-Jun enfasizza fuq dan il-punt għaliex huwa trabba f 'familja u kien maħbub mill-ġenituri tiegħu però l-kurżità għelbitu xi ftit. Minkejja dan, għaraf li kien hemm punt fejn wieħed jista' jasal u tgħallem minn dak li għadda minnu. Lil-Jun qalli li minkejja jaf ikunu ta' sfida, il-familja għandha tagħmel kollox fis-setgħa tagħha biex tgħin lill-vittma minflok mal-ewwel opportunità tkeċċih 'il barra. Min-naħa l-oħra, il-vittma għandha tafda f 'familtha għax mingħajr l-appoġġ ta' dawk li jgħożżuk taf tkompli nieżel in-niżla. Tkellimna wkoll fuq il-mużika bil- Malti. Jgħid li ma tantx hija apprezzata f 'pajjiżna stess. Fl-aħħar mill-aħħar, Lil-Jun huwa konxju tad-don li għandu, u jgħid li Alla tahulu għal raġuni. "Nemmen li jien differenti u li ħa nħalli marka tajba warajja," qalli bi tbissima. Juża' l-imħabba għal mużika rap sabiex jgħaddi l-messaġġ tiegħu. Iltaqa' ma wisq, tilef lil sħabu għal vizzji tad-droga u anke għas-suwiċidju. Iħoss li bil-mużika jista' jonorahom. Lil-Jun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024