Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789
15 Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kotba IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum Patrick Sammut jitkellem ma' Sergio Grech, l-id editorjali wara s-sensiela ta' kotba Bejn Storja u Miti (2012–2023) ippubblikata minn Horizons. Minn Duminku Mintoff sa Anton Buttigieg Patrick Sammut (PS): Kif u meta beda l-proġett Bejn Storja u Miti? Sergio Grech (SG): Bejn Storja u Miti beda fl-2012. Kien ħareġ il-famuż volum dwar Duminku Mintoff. Ngħid famuż għax kien ktieb li biegħ bl-eluf. Rekord assolut għal pajjiżna! Il-pubblikaturi [Horizons] kienu għamlu strateġija ta' riklamar u marketing li ħadmet. Biss biss intbagħtu flyers fid-djar. Dak iż-żmien it kont tara ktieb irriklamat hekk. Wara l-kapitlu ta' Mintoff, is-Sur David Bezzina kien ħareġ bl-idea li nagħmlu sensiela. Jien kont xettiku. Imma llum Bejn Storja u Miti hija sensiela li daħlet f 'ħafna djar tal-Maltin li jħobbu l-ktieb Malti. Il- volumi qed jinħatfu. Uħud iktar minn oħrajn. Dan ma ngħidux bi aħir imma b'sodisfazzjon. Għax wara kollox, kif jgħid il-qawl, jekk ma tafx ħrafet pajjiżek, ta' min għandek tkun taf ? Bosta drabi, Bejn Storja u Miti tinkiteb fi kliem in-nies minkejja l-istatura akkademika u dak hu l-qofol tas-suċċess. PS: Kif tasal għall-għażla tal-personalità li fl-aħħar mill-aħħar tagħti isem lill-volumi individwali? SG: Bosta drabi, nagħmlu proċess twil ta' brainstorming li fih jieħdu sehem, kemm il-pubblikatur u n-nies tiegħu, kif ukoll il-qarrej tal-provi billi għandu interess fil- ġurnaliżmu u fl-Istorja. Mhux dejjem naqblu, imma hu eżerċizzju li nkunu qed nistennewh. Illum donnu qed infittxu protagonisti li nkiteb it dwarhom jew għax ta' madwarhom ħadu l-palju huma. Il-każ ta' Anton Buttigieg pereżempju. Il-kritiċi kitbu dwaru imma kien baqa' ħafna lakuni. PS: X'jirrikjedi xogħol bħal dan u x'inhu f 'dal-każ xogħlok bħala editur? SG: Il-proċess huwa twil u xi drabi tedjanti. Wara li jintgħażel is-suġġett, nagħżel il-kittieba. Il-kittieba jkollhom jew esperjenza diretta tas-suġġett inkella għandhom interess akkademiku fis-suġġett. Il-kitba hija dejjem bil-Malti għalkemm jintuża l-Ingliż jekk ikollna xi awtur barrani inkella xi kitba li taf tkun dehret imma li nħossu li toqgħod kexxun mal-proġett. Biss biss hemm l-istennija li jaslu l-kitbiet li dik tifnik. Wara nibdew il-qari tal-artikli u d-diskussjonijiet mal-kittieba rispettivi. Sadanittant jibda l-qari tal-provi u nkunu diġà fittixna għar-ritratti. Proċess li ġieli dam sal-aħħar minuta. Għax ma tkunx taf fejn sejjer u x'se ssib jew ma' xiex se tiltaqa'. U ġieli jaslulna stejjer ukoll fl-aħħar minuta. PS: Min huma l-kollaboraturi/kontributuri u kif tasal għall-għażla tagħhom? SG: Kull volum storja għalih. L-ewwel pass li nagħmel hu eżami dettaljat ta' xi nkiteb dwar il-protagonist. Dak anki jgħinni għall-kitba tiegħi u biex niem x'vojt se nimlew. Jien infittex l-ewwel l-akkademiċi u wara nipprova nsib nies li għexu mal-protagonist. Jekk ikun possibbli. Ġieli kellna nies li ma kinux ta' skola imma kienu jafu ħafna. F'dak il- każ, nintervistahom u noħloq kitba jien. Bosta drabi nikkonfermaha magħhom. U dan is-sabiħ tal-eżerċizzju. Ovvja m'iniex mazzun u noqgħod ferm attent minn dawn ir-rakkonti. Imma indirettament inkun qed nipprova niem il-miti tal- individwu. Hemm nies li llum ħallewna. Oħrajn huma ewlenin fir-riċerka. Hemm dawk li tgħożżhom iktar minn oħrajn. Hemm oħrajn li baqgħu ma dehrux għax kien hemm xi qraba li ma kkoperawx u ma fehmux l-ispirtu tas-sensiela kollha. PS: Inti għalliem imma anki riċerkatur fil- qasam tal-Istorja. Kif jintrabat proġett bħal dan ma' dak li tagħmel fil-ħajja ta' kuljum? SG: Għalija l-Istorja hi parti kbira minn ħajti. Kultant naqbadni nimmaġina persuna fil-Medju Evu jew fil-Perjodu Barokk kif kien iġib ruħu! L-Istorja toffrilna mudell għall-eżistenza tagħna fraġli kemm hi fraġli. Ilkoll kemm aħna finalment nikkontribwixxu fl-istorja irrispettivament mill-partijiet żgħar li nilagħbu. Għalija dan il-proġett hu wkoll l-ewwel nett, opportunità biex nitgħallem jien u nimla l-kurżità storika tiegħi. PS: Kemm temmen li l-Istorja aktar minn qabel għandha importanza ewlenija llum? X'qed isir fl-iskejjel f 'rabta ma' suġġett bħal dan? Għaliex hu bżonn li l-poplu Malti jsir jaf aħjar il-ħajja ta' Maltin li ħadmu għal pajjiżhom? SG: Jien fl-iskejjel ma nistax nikkummenta x'inhu għaddej għax jien naħdem fl- amministrazzjoni ta' skola primarja, imma naf li hemm ħafna entużjażmu f 'das-settur u l-programm tal-Istorja jitlob anki lill- istudenti biex kontinwament ifittxu l-verità u ma jieħdu xejn vanġelu. Għax dak valur ewlieni tal-Istorja. L-istudent jekk irid jingħata l-għodda biex jitgħallem jagħraf il-fake news. Hemm il-kunċett ta' evidenza u kif se timpjegaha. Poplu bla Storja hu barbaru. Aħfirli l-linġwaġġ goff. Imma ma tantx hemm mod eleganti kif tpoġġiha. Mingħajr l-Istorja inkunu qisna burattini, kulħadd imexxina minn imneħirna jew widnejna. U forsi ġa qegħdin f 'dak l-istat. Biżżejjed tħares lejn il-media soċjali u l-prodotti li jbigħu. Biżżejjed tara l-ġurnalisti jinterpretaw l-istess avveniment. Biżżejjed tara lill-politiċi tagħna nassaba għall-voti u moħħhom biss biex jikkontrollawna moħħna. PS: Kemm seħħew żviluppi fl- organizzazzjoni ta' proġett bħal Bejn Storja u Miti mill-bidu sal-aħħar volum dwar Anton Buttigieg? Liema? SG: Kif għedt, Bejn Storja u Miti kiber bħala proġett. Kiber biex sar parti mill- Melitensia. Ħdimna biex nagħtu l-kwalità. Urejna li l-istorja hi dibattitu. Baqa' konsistenti l-impenn. Dak fatt. Ovvjament għaddejjin minn sfidi kbar, fosthom il-prezzijiet oxxeni tal-karta. Qabel konna ninkwetaw li t-teknoloġija se toqtol il-ktieb. Dak ma seħħx. Imma l-prezzijiet tal-karta jaf ikunu daqqa mortali speċjalment f 'pajjiż bħalna fejn il- burger biċ-ċips hu importanti iktar mill- ktieb. PS: Xi jmiss issa? Il-volum li jmiss se jkun dwar artist importanti Malti li ddomina gidma sew mis- seklu 20 f 'dik li hi arti u esperimentazzjoni. Se jkun volum ieħor bla dubju li ħafna se jfittxuh. Anki għax se jkun l-ewwel test bil- Malti sħiħ u komplet dwaru. Il-pubblikatur bagħatli kopja tal-ktieb biex nirreċensah b'mod onest.