MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Jack ma reġax daħal ġewwa l-iskola li qatta' fiha l-maġġoranza ta' ħinu meta kien żagħżugħ, għalxejn. Lanqas kien l-ikel żejtni imma divin tal-kantina. F'dawk il-kuruturi, f 'dawk il-klassijiet, żmien ilu Jack sar iħobb lil James, imma argument imqanqal firidhom. Issa jinsab bejn il-basla u qoxritha hekk kif jaħseb x'kien jiġri kieku kellu l-GUTZ jgħidlu dak li kellu jgħidlu. "GUTZ," miktub minn Alex Weenink u Kurt Gabriel Meli, jieħu lill-udjenza ġewwa l-klassijiet tal-MCAST Mosta għal vjaġġ li jesplora relazzjonijiet fil-fjur tal-adolexxenza u d-dinamika tal-poter. Fil-qalba tiegħu, "GUTZ," jinnaviga l-kuruturi taż-żgħir, u jesplora temi ta' mħabba, ta' kunflitt u ta' skoperta personali. Immexxi mid-drammaturga Ruth Borg, bil- gwida ta' Dounia Mahammad u direzzjoni minn Chantelle Micallef Grimaud, it-tim kreattiv wara "GUTZ," iġib talent u għarfien biex iwassal dramm addattat għal udjenza ta' 16-il sena 'l fuq. Permezz tal-isforzi kollaborattivi tagħhom, huma jfasslu narrattiva li tirreżona profondament mal-udjenzi, li tipprovoka introspezzjoni u djalogu. Barra minn hekk, id-dramm se jieħu forma fiċ-ċentru tal-palk fit-Teatru Nazzjonali Sloven Nova Gorica mis-17 sad-19 ta' April, 2024, bħala parti minn festival prestiġjuż li jinkludi xogħlijiet minn madwar l-Ewropa. Il-biljetti tad-dħul ġenerali għal "GUTZ," huma pprezzati għal €5.50. Għal aktar informazzjoni u bookings tal-biljetti, żur https://teatrumalta.org.mt/events/gutz. Id-dramm minn klassi ġo klassi: Għandek GUTZ tmur lura fuq il- bank tal-klassi? Il-Banda tal- Forzi Armati lura b'kunċert ieħor għall-karità Lejl ta' eċċellenza mużikali hekk kif il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta tħejji għal kunċert memorabbli fil-15 ta' Marzu, 2024, fl-Awditorju tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi. Il-kunċert se jkun immexxi mill-mistieden il-Maestro Helge Haukas u l-Kaptan Mro Jonathan Borg. Immarka l-kalendarju tiegħek għal dan l-avveniment straordinarju mimli b'wirjiet mużikali. Minn kapolavuri klassiċi għal arranġamenti kontemporanji, il-banda twiegħed li turi t-talent u l-ħila eċċezzjonali tagħha. Dak li jagħmel dan il-kunċert aktar speċjali huwa li d-dħul kollu mill-bejgħ tal-biljetti se jmur għall-karità, waqt li inti tgawdi mużika inkredibbli. Ingħaqad mal-Forzi Armati fil-Kulleġġ San Alwiġi fil-15 ta' Marzu 2024, fis-7:30pm għal serata indimentikabbli. Il-biljetti bi prezz ta' €10 biss jiżguraw li kulħadd jista' jkun parti minn dan l-avveniment straordinarju. Titlifx dan iċ-ċans biex tesperjenza l-maġija tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta live f 'kunċert. Il-Biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq www.showshappening. com. "GUTZ," jinnaviga l-kuruturi taż-żgħir, u jesplora temi ta' mħabba, ta' kunflitt u ta' skoperta personali Minn kapolavuri klassiċi għal arranġamenti kontemporanji, il- banda twiegħed li turi t-talent u l-ħila eċċezzjonali tagħha

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024