MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti ŻfinMalta jippreżenta Intimate Żfin, avveniment stoardinarju b'żeffiena bl-akbar talent. Dan l-avveniment se jittella' taħt il-viżjoni kreattiva tad- Direttur artistiku Paolo Mangiola, u qed jistiednek tingħaqad miegħu fuq vjaġġ indimentikabbli ta' żfin. Idħol f 'dinja fejn il- koreografija, il-mużika, u l-arkitettura jingħaqdu biex iwasslu djalogu lill-udjenzi u jdaħħluhom f 'esperjenza meraviljuża li tisboq l-arti taż- żfin. Fil-qalba ta' Intimate Żfin hemm il-prestazzjoni live ta' Alexandra Alden u l-band tagħha, li se jeħdukom fuq miġja mużikali li jesploraw temi ta' appartenenza, u l-kuraġġ li tesplora dak li mhux magħruf. Iż-żeffiena se jkunu akkumpanjati minn kanzunetti tal-album ta' Alden 'Wild Honey' (2018) u 'Leads to Love' (2021). L-udjenza se jkollha l-opportunità li tisma' b'mod esklussiv l-album li jmiss ta' Alden, li jkompli jżid mal- element ta' eċitament ta' dan il- programm. Il-banda, magħmula minn mużiċisti Maltin u Olandiżi, iġġib firxa diversa ta' influwenzi u talenti fuq il-palk li jirrifletti l-ispirtu ta' kollaborazzjoni u l-impenn ta' Alden għall- eċċellenza artistika. Ippreżentat bħala parti minn maltabiennale. art 2024, Intimate Żfin iwiegħed lill-udjenza esperjenza li tibqa' mnaqqxa fil-memorja tagħhom. Titlifx iċ-ċans tiegħek li tkun parti minn din l-esperjenza unika u immersiva. Ingħaqad magħna nhar il-15 u s-16 ta' Marzu 2024 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil- Belt Valletta. Tfal minn 12-il sena 'l fuq jistgħu jattendu għal din il-lejla u l-biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq is-sit www.showshappening.com. ŻfinMalta b'avveniment fejn il-koreografija, il-mużika, u l-arkitettura jingħaqdu Għadek ma tafx kif se tqatta' Jum il-Mara fit-8 ta' Marzu? Ġewwa d-diskoteka Tigullio fil-qalba ta' San Ġiljan, il- kumpanija Two Black Cats Comedy qed jippreparaw xi ħaġa interessanti wisq. Għal lejl wieħed, id-diskoteka se tkun trasformata għal spazju ta' enerġija b'ċelebrazzjoni tad- diversità, tat-talent, u tal- emanċipazzjoni tan-nisa. Immexxija mill-ikona tat- teatru tal-kummiedja Pia Zammit, iċ-ċelebrazzjoni twiegħed ukoll li mhu se tkun xejn inqas minn spettakolari. Mistiedna biex ikomplu jagħmlu l-lejl iktar memorabbli se jkun hemm artisti bħal Niti Dhingra mir- Renju Unit, Paige Possanza mill-Istati Uniti, u l-favorita lokali Crush Velvet. Iċ-ċelebrazzjoni ma tkunx kompluta mingħajr l-arti tad-drag, li apposta għaliha se jkun hemm mistiedna Black Velvet, Ben N. Syder u Kiki Valentine. Is-serata tispiċċa fuq nota ħelwa ta' burlesque mill- artista brava Bella Stardust. Interessat/a? Ixtri biljett issa għall-prezz ta' €10 minn fuq is-sit www. showshappening.com. Ingħaqad ma' Two Black Cats Comedy ġewwa Tigullio nhar it-8 ta' Marzu fit-20:00 għaċ-ċelebrazzjoni ta' kisbiet u l-kontribuzzjonijiet tan- nisa. Spettaklu ta' drag, burlesque u ċajt ġewwa Tigullio għal Jum il-Mara Idħol f 'dinja fejn il-koreografija, il-mużika, u l-arkitettura jingħaqdu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024