MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum aħbarijiet Alexia Vella u Jobsplus Il-Kap Eżekuttiv ta' JobsPlus Alexia Vella fl-inkjesta pubblika ssemmiet minħabba x-xhieda li hi tat. Filwaqt li l-konklużjonijiet ma semmewx lilha b'isimha, Jobsplus skont l-inkjesta, naqset. Jobsplus ma għamlitx ġabra ta' siti ta' kostruzzjonijiet attivi madwar il-gżejjer Maltin, u b'hekk ma dawn ma ġewx iċċekjati b'mod regolari. Li kieku kienu qed jiġu ċċekjati, Jobsplus kienet tagħraf li Jean Paul Sofia mhux reġistrat bħala impjegat tal-kuntrattur u b'hekk ma kellux postu fil-binja f 'Kordin. L-inkjesta nnotat ukoll li Jobsplus kellha aktar membri fil-bord tagħha (16) milli kellha uffiċċjali (11). Il-gazzetta ILLUM ġiet informata li Alexia Vella mistennija tirreżenja fil-jiem li ġejjin. Helga Pizzutto u l-MCCAA Il-kap tal-Awtorità Maltija għall- Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal- Konsumatur Helga Pizzutto ssemiet fl- inkjesta mhux biss għax-xhieda tagħha. L-inkjesta kkonkludiet li Pizzutto ma kinitx preparata għat-testimonjanza tagħha. Tant hu hekk, li l-avukat tal-istat, preżenta aktar rimarki b'saħħithom u informati minn Pizzutto, f 'regolamenti ta' settur li suppost hi espert tiegħu. Fix-xhieda tagħha, f 'Novembru tal-2023, hija ammetiet li MCCAA kienet għadha ma ħaditx kampjun tal-ġebel użat fis-sit tal- kostruzzjoni f 'Kordin. Lanqas irranġat il-mod kif tipproċedi f 'siti ta' kostruzzjoni oħra wara l-inċident, u dan ifisser li m'għamlet xejn biex tipprevjedi milli ssir diżgrazzja oħra. L-inkjesta kkonkludiet li l-MCCAA kellha tingħata aktar poter u aktar responsabbilità sabiex verament tkun aktar effettiva. Il-gazzetta ILLUM ġiet informata li Helga Pizzutto mistennija tirreżenja fil-jiem li ġejjin. David Xuereb u l-OHSA L-inkjesta ma sejħet għar-riżenja ta' ħadd, ħlief tal-Kap tal-OHSA David Xuereb. L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il- Post tax-Xogħol rat riformi wara l-inċident ta' Kordin. Iżda rigward ix-xogħol tal-entità qabel, l-inkjesta qalet li l-entità ma tistax tgħalaq għajnejha għal dak li qed jiġri. Ikkonkludiet ukoll li Xuereb għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu, minħabba li ma jafx x'inhu jiġri u fix-xhieda tiegħu ma tax informazzjoni fattwali. David Xuereb irriżenja l-Erbgħa stess, sigħat wara li l-inkjesta kienet ipubblikata. Malta Enterprise Waħda mill-iktar entitajiet li ġew ikkritikati kienet il-Malta Enterprise. Fi kliem sempliċi l-inkjesta qalet li l-entità qatt ma kellha tapprova l-proġett f 'Kordin. L-inkjesta sabet li l-Malta Enterprise aċċettat l-applikazzjoni tal-proġett bla ebda mistoqsijiet, jew skrutinju. Kieku għamlet xogħlha l-Malta Enterprise kienet issib li l-proġett ma kienx sostenibbli b'mod finanzjarju, kellu inqas ħaddiema milli kien imwiegħed u b'mod ġenerali ma kien jagħmel ebda sens ekonomiku. L-uffiċjali fi ħdan l-entità ma għamlu ebdà eżaminazzjoni tal-binja proposta u lanqas biss kienu jafu kemm kien se jkun hemm sulari fil-binja kompluta. Il-mexxej tal-micro-enterprise unit Kevin Camilleri isemma b'ismu fl-inkjesta bħala persuna li "totalment falliet mir- responsabbilità tagħha." L-inkjesta sabet li Camilleri ressaq 'il quddiem l-applikazzjoni tad-diretturi Kurt Buhagiar u Matthew Schembri minkejja li l-unika esperjenza li kellhom kienet fl- għamar, għall-aħħar ħames xhur qabel l-applikazzjoni. Miegħu ssemmew il-kumitat kollu tal- investimenti fi ħdan Malta Enterprise. F'dan il-każ, l-inkjesta sabet, li l-ħames membri fi ħdan il-kumitat m'għamlux xogħol sew fejn kellhom jinvestigaw u jkunu aktar trasparenti fil-proġett. Kevin Camilleri tkeċċa b'mod immedjat, bl-aħbar tat-tkeċċija toħroġ mill-Ministru Silvio Schembri l-Ħamis filgħaxija. Il-membri tal-kumitat kollha kkonfermaw mal-midja r-riżenja tagħhom, flimkien ma' Victor Carachi, il-President tal-GWU, Paul Abela, il-President tal-Kamra tal-SMEs. Frank Farrugia, iċ-chairman tal-Awtorità tax-Xandir, u Dana Farrugia, kienu diġà telqu mill-bord wara li ttieħdet id-deċiżjoni tal- binja f 'Kordin. INDIS L-inkjesta semmiet ukoll lill-INDIS, li skont il-konklużjonijiet kellha tassigura l-kundizzjonijiet tal-post u l-interessi tal- gvern. L-inkjesta fakkret li l-infurzar fi ħdan l-entità qiegħed f 'idejn żewġ jew tliet min- nies, u li jħarsu l-pajjiż kollu weħidhom hu impossibbli. "Is-sorveljenza tant kemm hi fqira, illi kieku ma ġratx it-traġedja, l-INDIS ma kinitx tkun taf bl-abbuż," kompliet tgħid l-inkjesta. La l-INDIS u lanqas Malta Enterprise ma għamlu spezzjonijiet fuq il-post. Kieku wieħed minnhom ta daqqa t'għajn kien jagħraf bl-abbużi, u Jean Paul Sofia ma kienx imut. Oħrajn L-awtorità tal-bini u l-kostruzzjoni (BCA) ma għamlet kważi xehn biex temmenda l-proċess tagħha wara it-traġedja. L-inkjesta qalet li kellha it wisq uffiċjali, u l-penali maħruġa mhux effettivi biżżejjed. Bejn Frar u Awwissu tal-2023, uffiċċjali tal-BCA, 17 b'kollox, ħarġu numru ta' ċitazzjonijiet, b'90% minnhom ikunu b'medja ta' €506. L-inkjesta kkumentat li din somma wisq baxxa. L-inkjesta kienet ukoll iddiżappuntata bis- CEO tal-awtorità tal-ippjanar Oliver Magro, li skont l-inkjesta wkoll ma għamel xejn fl-infurzar tas-sit f 'Kordin, qabel ma din ir- responsabbilità mxiet għand l-BCA. L-entitajiet u l-persuni mċanfra fl-Inkjesta Sofia Carmel Pace, ir-raġel ta' Miriam Pace, fakkar fil-memorja ta' martu, erba' snin mill-mewt tagħha ġewwa l-Ħamrun Miriam Pace kienet inqatlet meta xogħol ta' kostruzzjoni fi Triq Joseph Abela Scolaro wasal biex tindradam fd-darha fit-2 ta' Marzu 2020. Il-periti Roderick Camilleri u Anthony Mangion, aktar tard instabu ħatja ta' omiċidju involontarju b'rabta mal-inċident, kull wieħed minnhom ingħata sentenza sospiża u ordnat biex jagħmel 880 siegħa xogħol fil- komunità. Sadanittant, il-proċeduri kontra l-kuntrattur tal-iskavar Ludwig Dimech u l-bennej Nicholas Spiteri għadhom għaddejjin, il-koppja għażlet li tiġi ġġudikata mill-Qorti Kriminali. "Ir-regħba kienet wasslet biex il- ħajja ta' familti tinqaleb ta' taħt fuq," kiteb Carmel Pace fuq Facebook. "Wara erba' snin, ħafna nies jiġġudikaw u ħafna jippontaw subgħajhom. Li naf hu li kultant jidher li l-vittma reali ssir l-akkużat u l-akkużat isir il-vittma. Kulħadd jinsa li l-vera vittma hija l-mara li ndifnet taħt it-tifrik ta' darha stess, u l-familja tagħha li għadhom qed ibatu l-konsegwenzi." L-anniversarju tagħha jiġi tlett ijiem biss wara li ġie ppubblikat ir- rapport finali tal-inkjesta pubblika dwar kollass fatali ieħor f 'sit ta' kostruzzjoni, li ħasad il-ħajja ta' Jean Paul Sofia. Ir-rapport ta' 484 paġna kien qawwi fil-kritika tiegħu lejn l-awtoritajiet li jirregolaw is-settur tal-kostruzzjoni u għamel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet immirati biex itejbuh. B'reazzjoni ta' dan, il-Prim Ministru għamel twissija ċara lill- ħaddiema fis-settur u qallhom li jekk mhux lesti jikkoperaw jistgħu jsibu xogħol ieħor. 'L-akkużat isir il-vittma' - Carmel Pace ifakkar lil martu Miriam, erba' snin wara mewta Carmel Pace ma' martu Miriam

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024