Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789
07 intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 jieħu l-pajjiż minn dak kollu li qed nagħmlu' of Prior Learning' (RPL) fejn issirlek intervista u l-esperjenza li għandek tiġi rrikonoxxuta u tingħatalek skills card. Mill-banda l-oħra, studenti ġodda li jkunu għadhom qed jagħżlu l-karriera tagħhom ikunu jistgħu jikkunsidraw it- turiżmu bħala karriera ideali għalihom. Din hija waħda mill-industriji li tista' tibda mill-qiegħ nett u tispiċċa fuq nett. IL-PRESSJONI FUQ L-AMBJENT NATUR ALI HIJA NOTEVOLI. ĦU POST BĦAL KEMMUNA. KEMM GĦANDNA NISSAGRIFIK AW MILL-AMBJENT NATUR ALI TAGĦNA? L-ambjent importanti u dan jorbot mas-sostennibbiltà. Irid ikollna sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali f 'ekwilibriju. Jien m'iniex bniedem tal-estremi. Ftit tas-snin ilu kienu naqsu d-deckchairs minn Kemmunett. Is-sajf li għadda neħħejna d-deckchairs minn fuq il-moll u poġġejniehom f 'żewġ postijiet separati biex erġajna naqqasna l-ammont ta' deckchairs li kien hemm fi Blue Lagoon. Issa tgħidli, tajjeb dan? Skont minn liema lenti tħares lejha. Sabiħ li jkollok bilanċ imma bilanċ ma jfissirx li l-ekonomija u l-ambjent ikunu 50/50. Forsi wasal iż-żmien li l-ambjent jieħu iżjed prijorità fuq l-ekonomija u wasal iż-żmien li jkollna prattiċi iżjed ambjentalment sostenibbli. Irridu naqtgħu l-generators tal- gabbani f 'Kemmuna biex innaqqsu l-emissjonijiet u anke nwaqqfu l-mużika li tkun ġejja mill-gabbani. Kien hemm lista ta' talbiet li wħud diġà ġew indirizzati u oħrajn qed nindirizzawhom. Dak kollu jrid isir mingħajr ma nagħtu daqqa lill- industrija, li t-turist jibqa' jingħata s-servizz u li l Malti jmur Blue Lagoon, u li l-bidla tkun qiegħda ssir b'mod kontinwu. HEMM IL-KONTROVERSJA TA' DAVID WALLIAMS LI TĦALLAS €120,000 GĦAL ĠURNATA. HUWA MINNU LI DAWN HUMA R-R ATI GĦAL PERSUNA TA' DAN IL-K ALIBRU, IMMA VER AMENT TEMMEN LI DIN KIENET BŻONJUŻ A? Iva, huwa minnu li jitħallsu dawn ir- rati. Il-ftehim ta' David Walliams kien wieħed tajjeb għaliex b'hekk l-industrija tal-film tibqa' timxi 'l quddiem. Mhux David Williams biss kien bżonjuż imma l-film festival kollu kemm hu. Għandek festivals bħal Toronto u Berlin Ale. Għaliex m'għandux ikollna l-film festival bħal pajjiżi oħra? Jattendu għal dawn il-festivals nies tal- ogħla kwalità. Jekk irridu mmorru iktar għall-kwalità irid ikollna dawn it-tip ta' avvenimenti ta' kwalità biex nattiraw nies li se jonfqu iktar f 'pajjiżna u nies li jkunu kapaċi jġibu n-nies f 'pajjiżna. Il-kwistjoni mhux x'ħallasna lil David Williams, imma x'qed jieħu l-pajjiż minn dak kollu li qed nagħmlu. IL-KUMMISSJONI TAL-FILM ĠIET IKKRITIK ATA KEMM-IL DARBA LI GĦALKEMM QED TIFTAĦ IL-BIBIEN GĦALL- MALTIN FIS-SET TUR, IL- MALTIN MHUX QED IKOLLHOM RWOLI PROMINENTI. X'INHU L-KUMMENT TIEGĦEK FUQ DAN? Diġà bdew ikollhom rwoli prominenti. Aħna qed immorru għal taħlita bejn films blockbusters u wħud iżgħar u mini series. Fil-passat kien ikollok film wieħed kull sentejn, imbagħad xejn. Grazzi għall-ekosistemi li qed noħolqu, irnexxielna nattiraw films iżgħar. B'hekk għandek Maltin li qegħdin f 'pożizzjonijiet ogħla, u qed jiksbu l-esperjenza li għandhom bżonn biex għada pitgħada, meta jiġi blockbuster issib Maltin f 'pożizzjoni għolja. Vera li fil-film Gladiator ma kellekx nies bħala heads of department imma ma ninsewx li dan beda jinġibed f 'pajjiż ieħor qabel ma ġie Malta. Films żgħar li jinġibdu f 'pajjiżna jagħżlu lil Maltin. Ċert li kif qed tiżviluppa l-industrija, se jiġu films li jdumu iktar u jagħżlu Maltin f 'pożizzjonijiet għolja u jeħduhom magħhom f 'pajjiżi oħra. Barra minn hekk, qed jiġi offrut training neċessarju f 'din l-industrija u għalhekk nemmen li m'għandniex nattakkawha. HIJA ĠĠUSTIFIK ATA LI L-KUMMISSARJU TAL-FILMS JITĦALLAS SOMMA DAQSTANT GĦOL JA? Jien għandi fiduċja fih. Ma narax kemm qed jieħu paga. Jien li nara huwa li grazzi għall-ħidma tiegħu, is-sena li għaddiet kellna sena rekord fl-industrija tal-films. Li nista' ngħid huwa li minn mindu daħal Johann Grech bħala Kummissarju tal-Films, f 'pajjiżna ntefqu 500 miljun ewro fi produzzjonijiet tal-films. Jien għalhekk inħalli r-riżultati jitkellmu. In- numri ma jigdbux. Hemm 1,000 familja taħdem f 'din l-industrija. Nistaqsi, nattakkawha għax kontra l-persuna? Hemm xi aġenda kontra l-Kummissarju tal-Films? Ma jafux dawn li jekk jagħmlu hekk qed jattakkaw anke lil dawn il-familji li jaqilgħu x'jieklu minnha? Finalment ma ninsewx l-Open Day u kemm-il persuna attendiet bi ħġarha għaliha. META TIKKUNSIDR A S-SUĊĊESS TAL-FTEHIM MAL-MANCHESTER UNITED, IL-GVERN QED IĦARES BIEX JAGĦMEL FTEHIM SIMILI MA' KLABBS OĦR A JN TAL-FUTBOL? Il-kuntratt tal-Manchester United jgħidlek esklussivament li trid tkun magħhom. F'dal-mument ma nistgħux niddiskutu ma' timijiet oħrajn. Inkun prużuntuż jekk ngħid x'se jiġri wara li jiskadi dan il-ftehim. Din l-intervista saret qabel ma' nħareġ l-impatt tal-Meditterean Film Festival. Irrid li jkollna nies li jafu jitkellmu bl-Ingliż, li jafu affarijiet fuq Malta, li għandhom customer service tajjeb u li jridu jkunu jafu wkoll is-setturi li se jkunu qed jaħdmu fihom