MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum 'Il-kwistjoni mhux x'ħallasna ... imma x'qed jieħu FL-2023, MALTA R AT TLIET MIL JUN TURIST ... TAĦSEB LI L-KWALITÀ QED TIĠI SSAGRIFIK ATA GĦAL DAN L-INFLUSS TA' TURISTI? Naħseb li wieħed mill-iżbalji li kien isir fil-passat huwa jekk pajjiżna għandux imur għall-kwalità jew kwantità. Dik hija mentalità żbaljata li wasslet biex sar l-iżvilupp fil-passat, li ma kienx qed isir b'mod tajjeb għax marru għan-numru, fil-fehma tiegħi waħda mill-eħfef deċiżjonijiet li wieħed jista' jieħu. Aħna nifhmu li l-kwantità u l-kwalità jridu jimxu id f 'id. F'pajjiżna dak li rridu nilħqu; taħlita tajba bejn it-tnejn għaliex irridu lil dawk it-turisti biex nilħqu l-massa kritika biex insostnu l-investimenti li saru, iżda mill-banda l-oħra rridu turisti li qed jonfqu iżjed flus f 'pajjiżna u li jiġu għall-esperjenza awtentikà li noffru. Meta nitkellmu fuq kwalità, mhux qed ngħidu lussu biss, imma f 'dak kollu li tagħmel fih il-kwalità. Jekk se toqgħod f 'lukanda 3 jew 5 star, taf f 'liema propjetà qed toqgħod u xi kwalità tistenna; turisti li jonfqu mill-inqas irridu nżiduhom bil-mod ma' nies li jonfqu iżjed. Fil- fatt għandna marketing iktar immirat u dirett li qed jgħinna niksbu dawn ir- riżultati. X'JIDHIRLEK MILL-IDEA TA' C APPING KIF ISSUĠĠERIXXA L-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZ JONI GĦAT-TURIŻMU? U JEKK IVA, KIF TISTA' TIĠI APPLIK ATA? Jien naħseb capping m'għandux ikun hemm. Kienu semmew iċ-ċifra ta' xi 4.7 miljun turist. Il-pajjiż ma jiflaħhiex dik iċ-ċifra. Nafu x'inhuma l-limitazzjonijiet tagħna, nafu x'inhi l-infrastruttura tagħna u għalhekk qed nieħdu d-direzzjoni li rridu turisti jonfqu iktar flus. Li jkollok faxxa ikbar ta' turisti ta' kwalità iva, capping le. Meta nisma' l-kelma capping u moratorju tinkwetani minħabba li t-turiżmu għandu effett ġenerali fuq l-ekonomija kollha. Il-mument li tagħmel capping fuq it-turiżmu huwa l-mument li se jkollok reazzjoni lura fuq il-kumplament tal-ekonomija. Wara kollox għandu jkollok il-fiduċja tal- investitur Malti u barrani. Dak li jinvesti f 'Malta se jistenna li jikseb flusu lura, u jaf li l-Gvern qed joħloq l-aqwa mezz possibbli biex il-privat ikompli jimxi 'l quddiem. Allura kif se niġi nsemmi l-capping? Mill-banda l-oħra, li jkun hemm direzzjoni għall-investiment, iva, naqbel. Investiment fit-turiżmu ma jfissirx biss f 'lukandi u ristoranti iżda f 'ħafna iktar, perżempju installations kulturali li neqsin minnu, li l-privat ikun iktar kreattiv kif ukoll fil-qasam diġitali. Meta l-Gvern jara dan it-tip ta' investimenti se jagħti l-appoġġ tiegħu. MINGĦA JR LOW COST AIRLINES MA KIENX IKOLLNA REKORDS HUX? Hawn misconception li low cost carriers iġiblek nies ta' kwalità baxxa biss. Aħna li qed nagħmlu huwa li nsibu l-formula addattata għal pajjiżna. Nafu li s-settur tal-konferenzi, ħafna mid- delegati juzaw legacy carriers u mhux low cost. Mela aħna f 'dak is-settur nafu li għandna bżonn dawk it-tip ta' carriers. Rigward il-free individual travellers (FIT) li jużaw il-low cost. Ma tistax tneħħi ħaġa u tuża oħra. Għalhekk irridu naraw li jkollna formula ta' linji tal-ajru jtiru lejn Malta u li jaqdi 99% tat-turiżmu f 'Malta għaliex il-1% huma turisti mill-baħar. Nemmnu li għas- sajf li ġej, il-linja nazzjonali tal-ajru ħa jkollha bookings tajbin ħafna. QED INĦARSU LE JN SWIEQ ĠODDA? Iva. Il-pass li jmiss huwa l-long haul trips, swieq lil hinn mill-Ewropa. Qegħdin ninvestu f 'marketing għal swieq Amerikani, Awstraljani, Ġappuniżi u tal-pajjiżi tal-Golf. Sal- lum nafu illi minkejja li m'hawnx titjira diretta, f 'Malta ġew 550,000 Amerikan u 50,000 mill-Awstralja. Nafu li jekk ha nibdew noħolqu d-domanda, meta ħa nitkellmu mal-airlines se jkunu iktar imħajra jaħdmu minn u lejn Malta. Diġà qed ninvestu fihom u bdejna niġġeneraw id-domanda għal pajjiżna. Qegħdin naħdmu ma' diversi linji tal- ajru, kemm legacy carriers u low cost carriers. BI €2.7 BIL JUN DĦUL MIT-TURIŻMU, KEMM HU IMPORTANTI T-TURIŻMU GĦALL-EKONOMIJA? Qegħdin inħarsu li t-turist li jiġi Malta jħalli iżjed flus milli kien iħalli ta' qabel. It-turiżmu u l-importanza tiegħu tinħass għax minnu qed jiekol kulħadd; mit-taxxi tas-settur tat-turiżmu qed jirnexxilna nsostnu l-programm soċjali tal-Gvern, mis-sussidji fl-enerġija, dan ġej mit-taxxa tat-turiżmu. Dawn huma flus li qed jiġu ġġenerati mit-turiżmu u li mbagħad jidħlu fis-soċjetà kollha. Qed ninvestu kullimkien biex nattiraw iktar turisti li jgawdu minnhom. Mhux għat-turisti biss, imma daqstant għall- Malti, l-aqwa turist li rridu nieħdu ħsieb u ngħollu l-livell ta' għajxien tiegħu. Nagħmlu pjazez, bajjiet, promenades biex il-Malti wkoll igawdihom. META NĦARSU LE JN IS- SERVIZZ GĦAT-TURIST, NAR AW LI MIN IŻURNA MHUX QED JITĦALLA B'TOGĦMA TA' AW TENTIĊITÀ. KIF NISTGĦU NĠIBU AKTAR MALTIN F'DAN IS-SET TUR? Min jaħdem f 'din l-industrija jrid ikollu livell bażiku ta' kredenzjal u taħriġ. Is-servizz huwa parti integrali u rridu naraw li min qed jagħti s-servizz għandu ħiliet bażiċi. L-ewwel nibdew minn dawk il- barranin li jridu jaħdmu f 'Malta biex tingħatalhom l-iskill card. Irrid li jkollna nies li jafu jitkellmu bl-Ingliż, li jafu affarijiet fuq Malta, li għandhom customer service tajjeb u li jridu jkunu jafu wkoll is-setturi li se jkunu qed jaħdmu fihom. Il-pass ta' wara huwa li nagħmlu skill card lill-Maltin ukoll. Għandna Maltin li ilhom jaħdmu f 'din l-industrija b'ħafna esperjenza imma qatt ma tgħallmu b'mod formali. Se nagħmlu 'Recognition Għaliex il-Kummissarju tal-Films qed jitħallas somma daqstant għolja? Kellna bżonnu lil David Walliams? X'effett ħallew it-tliet miljun turist f'Malta? Għandna nintroduċu capping ta' turisti? Il-Ministru Clayton Bartolo jwieġeb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024