MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 MINISTERU GHALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROGETTI STRATEGICI SPIKKA BIT-TRADEMARK DISTINTIVA TIEGĦEK U RREĠISTRAHA 'Annimali miġbura mit-toroq fl-aħħar sentejn, kien daqs tal-Milidijiet kollha f'daqqa' – AAA ELAINE CAMILLERI Wara l-pandemija nġabru mit-toroq Maltin annimali abbandunati daqs il-Milidijiet kollha f 'daqqa. F'kummenti lill-ILLUM, l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) qalet li mill-mument li tneħħew ir- restrizzjonijiet tal-pandemija, numru kbir ta' annimali domestiċi sfaw abbandunati. "Ngħidu li 'kelb mhuwiex biss rigal għall-Milied', għax l-ikbar ammont ta' annimali abbandunati huwa wara żmien il-Milied. Imma l-abbandun ta' wara l-COVID kien jiġbor l-abbandun tal-Milidijiet kollha flimkien," l-AAA spjegaw. Numri li d-Direttorat għall- Ħarsien tal-Annimali ta lil din il- gazzetta juru li fl-2022 u fl-2023 inġabru 6,357 annimal mit-toroq Maltin. Fl-2022, inġabru 1,885 annimal domestiku fosthom 1,309 qattus li minnhom 539 kienu qtates irġiel. Fl-2023, inġabru total ta' 1,926 annimal domestiku fosthom 1,237 qattus li minnhom 605 kienu qtates irġiel. It-tliet santwarji li tkellmu mal- ILLUM urew biċ-ċar li dawn in-numri kienu rreġistrati meta Malta kienet bdiet titfarfar mill- pandemija. Il-gazzetta ILLUM staqsiet ukoll lill-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali li f 'risposta vaga qal li d-Direttorat jiltaqa' ma' numru ta' każijiet ta' klieb li huma mikroċippati. Il-Ministeru kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija dwar kemm mill- klieb abbandunati kienu ċċippjati. Iddur fuq id-Direttorat, l-ILLUM staqsiet x'jiġri mill-annimali miġbura minnhom. "Wara trattament għand veterinarji professjonali," id- Direttorat wieġeb, "l-annimal jiġi riabilitat u wara offrut għall- adozzjoni." Jitkellmu mal-ILLUM dwar is- sitwazzjoni li hemm fis-santwarji tagħhom, l-AAA qalu li f 'temp ta' sena jiġbru 350 annimal li jkun safa' abbandunat mis-sidien. Mistoqsija x'jemmnu li hu l-kaġun ta' din iż-żieda, l-AAA qalu li hemm diversi fatturi inkluż nuqqas ta' infurzar min-naħa tal- awtoritajiet. Tkompli mal-istess ħsieb, l-MSPCA, qalet li apparti n-nuqqas ta' infurzar, il-proċess ta' adozzjoni ta' annimali mhuwiex wieħed li jsir b'reqqa mixtieqa. Dwar dan huma ssuġġerew li s-santwarji jiskedaw sistema ta' ċekkjaturi li jduru d-djar wara l-addozzjoni. "Aħna soċjetà li nfittxu dak li hu konvenjenti u nimxu fuq sens ta' impuls kbir u sodisfazzjon immedjat li ma jwassalx għal impenn li jeħtieġ ta' ħin, paċenzja u xogħol – kemm mal-bnedmin u speċjalment mal- annimali," MSPCA żiedu jgħidu. L-AAA wieġbet li waħda mir- raġunijiet għaliex annimal jispiċċa abbandunat hija "il-mentalità tal- pubbliku." L-assoċjazzjoni spjegat li ċerti individwi ma jaħsbuhiex tajjeb qabel jadottaw. "Riċentement familja ġabet kelb għax kien qed jigdem. Ma kienx minnu dan. U insistew li mhux qed jabbandunawh fis-santwarju tagħna u li jħobbuh ... il-kelb ma waqafx jibki wara li telqu ... L-injoranza u nuqqas ta' ħsieb fejn jidħlu l-annimali huma bla limiti ... Telqu u komplew ħajjithom iżda kissru dik ta' kelb." L-aħħar santwarju li tkellem mal- ILLUM kien l-MSPCA f 'Għawdex. Huma qalu li minkejja din il- problema ta' annimali abbandunati tibqa' tippersisti, huma rnexxielhom isibu dar ġdida lil bosta annimali f 'Għawdex. Huma ppuntaw li minħabba li huma l-iżgħar santwarju ta' annimali f 'Malta, ma tantx jaraw numri kbar ta' annimali domestiċi abbandunati, però dan ma jfissirx li ma jħabbtux wiċċhom ma' klieb jew qtates mormija fit-triq. Jixbgħu minn kelb u jarmuh barra – F'numri mogħtija lill-ILLUM juru li fis-snin ta' wara l-pandemija nġabru 6,357 annimal mit- toroq Maltin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 March 2024