Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1516789
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 3 TA' MARZU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L i ngħiduha kif inhi hi impor- tanti. Minn din il-gazzetta ħa nippruvaw nolqtu xi punti li seħħew din il-ġimgħa. 1. Nistqarru li kienet stramba għall- aħħar it-talba tal-Prim Ministru Robert Abela li jinsisti li min issemma fir-rapport dwar il-każ ta' Jean Paul Sofia jirriżenja u tahom sal-4:30pm biex jagħmlu hekk. Li kellhom jirriżenjaw tajba imma għandu jkun hemm ukoll responsabbiltà politika. Ta' min isemmi wkoll li ħafna minn dawk in-nies li rriżenjaw stqarrew li filwaqt li japprezzaw ir-responsabbiltà amministrattiva, huma qatt ma kienu involuti direttament fil-proġett innifsu li bħalu kien hemm mijiet. 2. Stramba li ħadd mhu qed jgħid li l-problema ewlenija u kbira hi li l-industrija tal-kostruzzjoni splodiet u saret mostru kbir. U li l-kontrolli ta' kull proġett huwa umanament impossibbli. 3. Stramba wkoll it-talba tal-PN biex jirriżenjaw il-Ministri u l-Prim Ministru meta din il-problema hija sintomu ta' inkompetenza fuq medda ta' snin. U agħar meta tikkunsidra li ħafna mir-riformi li kellhom jiġu implimentati taħt amministrazzjonijiet diversi ma sarux. 4. Mhux ċara r-raġuni li l-Jobs Plus tneħħa minn taħt Clyde Caruana – għajr li tikxef il-qasma li hemm bejn iż-żewġ politiċi. 5. Dan żgur jista' jiġi kkonfermat mill-Eks Imħallef Joe Zammit Mckeon stess tal-kummissjoni dwar Jean Paul Sofia li inċidentalment kien hu fis-snin elfejn l-ewwel chairman tal- kummissjoni għas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 6. Li jrid jingħad li l-Ministru responsabbli mix-xogħol pubbliku Stefan Zrinzo Azzopardi kien nieda numru ta' riformi konsiderevoli f 'dan il-qasam. 7. Li l-ħatra ta' Robert Xuereb, kirurgu tal-qalb, biex imexxi l-FMS hija kurjuża u stramba. Kif jista' jkun li kirurgu li jibqa' jopera l-klinika privata sa kmieni filgħodu, jimmaniġġja entità bħall-FMS? Jew waħda jew l-oħra. 8. L-għażla ta' kandidati bimbi għall-Kunsilli Lokali qed tiġi użata ħażin mill-PN u l-PL. M'aħniex impressjonati li jkollok tfal immaturi, adolexxenti u immaturi ta' 16, kunsilliera. Li persuni ta' 16 jivvutaw mod, li jkunu involuti fit-tmexxija ta' Kunsill storja differenti. Ngħiduha kif inhi