Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1517530
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 17 TA' MARZU 2024 ELAINE CAMILLERI Fil-jiem li għaddew deher jiċċirkola fuq il-midja soċjali ritratt ta' xow tal-Burlesque f 'waħda mit-toroq Beltin. F'nofs id-dibatittu li r-ritratt qajjem kien hemm is-Sindku Belti Alfred Zammit li saħansitra għamel rapport lill-pulizija kontra s-sidien responsabbli mix-xow. F'kummenti ma' din il-gazzetta, Alfred Zammit ċaħad li huwa kien kontra t-tip ta' xow u l-arti, iżda huwa jinsisti li kien hemm ksur fil- liġi. Skontu, ix-xow seħħ mingħajr permess u kawża t'hekk, avveniment li kien għaddej fil- knisja sab diffikultà biex ikompli. Meta mistoqsi x'hemm bżonn isir iktar biex il-Belt toffri spazju għal kulħadd, is-Sindku tal- Belt qal li hemm bżonn ta' iktar infurzar. Spjega li l-infurzar, mhux responsabbiltà tal-Kunsill, iżda qiegħed f 'idejn il-Gvern. Intant, Ylenia Montfort, kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali u residenta, spjegat li r-resident għandu jkun il-qalba ta' kull lokalità. Filwaqt li Montfort irrikonoxxiet li x-xow innifsu jitqies bħala forma ta' arti, "wieħed irid jara x'tipi ta' arti qed tiġi esebita u fejn." Qalet li hemm diversi swali addattati fejn jistgħu jiġu esebiti "forom ta' arti mhux xierqa għall- pubbliku." "Imkien ma tara xows bħal dak f 'nofs ta' triq kapitali fejn jgħaddu residenti, turisti u familji bit-tfal," hija insistiet. Argumentat illi dan ix-xow partikolari kien inaċċettabbli mhux biss għan-natura tiegħu, iżda wkoll għax sar viċin Knisja waqt "żmien li wieħed suppost jidħol f 'qoxortu u jindem." Jitkellem mal-ILLUM, resident ieħor, Pawlu Mizzi ta stampa kif "il- Belt Valletta sbieħet estetikament b'diversi interventi miż-żewġ gvernijiet iżda tilfet wisq fejn tidħol ir-ruħ". Jaqbel miegħu, is-Sindku qal li sfortunatament hemm stabbilimenti oħra li jwettqu xi avvenimenti mingħajr permessi. "Kien hemm rapporti u saħħaħna l-argument tagħna li l-Belt mhix burdell u l-liġi qiegħda hemm għal kulħadd." Tkompli magħhom, Montfort saħqet li "m'iniex kontra d-divertiment persè, iżda dawk illi mis-saba' jieħdu l-id u jispiċċaw iżebilħu l-patrimonju Belti". Min-naħa tiegħu Pawlu Mizzi qal kienu rari d-drabi fejn ra Sindki jew Kunsilliera li qabżu għar- resident u t-talbiet tagħhom b'mod voċiferu. Huwa insinwa li l-kunsill huwa marid "b'virus tal-politika partiġġjana." Mizzi qal li peress li l-Belt hija bejta tad-divertiment, "irridu nbatu l-konsegwenzi ... fejn qabel il-biża' kienet minn spazji diżabitati, illum il-biża' hi l-preżenza ta' nies bla skrupli." Il-Belt bigħnielha ruħha għal iktar divertiment? Iktar ma' jmur, il- Belt qed issir waħda mill-iktar bliet imfittxija għad- divertiment. ELAINE CAMILLERI titkellem mas-Sindku Belti Alfred Zammit, u żewġ residenti Pawlu Mizzi, Ylenia Montfort u Alfred Zammit

