Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 • NRU 911 L-Għid it-Tajjeb lill-qarrejja kollha MARIANNA CALLEJA Il-linja Nazzjonali Maltija, KM Malta Airlines, se tneħħi l-ilsien Malti bħala rekwiżit għal impjieg magħha. Dan ifisser li għall-ewwel darba f '50 sena, l-ekwipaġġ tal-kabina tal-linja nazzjonali m'għandux bżonn ikun jaf jitkellem bil-Malti. Sors qrib il-Ministeru responsabbli mill- kumpanija l-ġdida KM Malta Airlines qal lill-gazzetta ILLUM li din kienet diskussa u maqbula mal-union tal-ekwipaġġ. "Ilha miiehma," qal is-sors, "dan biex inkunu konformi ma' linji oħra tal-ajru low- cost." KM Malta Airlines hija l-kumpanija l-ġdida li tibda topera propju llum, il-Ħadd 31 ta' Marzu. Din se tkun qed tieħu post il- kumpanija Air Malta li għal 50 sena sħaħ kienet il-linja nazzjonali tal-ajru. Persuni li qabel kienu japplikaw għal xogħol mal-Air Malta bħala membri tal- ekwipaġġ kienu jkunu mitluba profiċjenza fit-taħdit, fil-kitba u fl-abbiltà li jaqraw l-avviżi, kemm bl-Ingliż, kif ukoll bil-Malti. Fl-applikazzjoni nnifisha dan kien ikun miktub ċar, anke għal membri oħra tal- ekwipaġġ minn "swieq reġjonali," iżda bbażati f 'Malta. Il-kumpanija kienet tispeċifika wkoll li, minħabba n-natura tax-xogħol, il-ħakma tat- tielet lingwa fil-membri tal-ekwipaġġ, kienet apprezzata iżda mhux obbligata. Din l-aħbar tiġi biss it ġimgħat wara l-kontroversja fil-Parlament Ewropew, fejn il-Malti, waħda mil-lingwi uffiċjali fi ħdan l-istess parlament, inqatgħet mil-laqgħat tal- Kumitati tal-Parlament Ewropew. Dan seħħ minħabba li m'hemmx interpreti biżżejjed għall-Malti. Fl-istess żmien, f 'Malta ġiet introdotta l-Karta tal-Ħiliet għall-ħaddiema barranin fis-settur tas-saħħa speċjalment fejn hemm involuti l-anzjani. B'din il-karta, ħaddiema barranin huma mgħallma frażijiet u Malti bażiku biex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-pazjenti tagħhom. Il-linja Nazzjonali tiskarta l-obbligu tal- Malti bħala lingwa SONDAĠĠ POLITIKU Id-distakk bejn il-partiti jirdoppja Sondaġġ politiku qed juri li fi it ġimgħat, il- persuni li kienu qed jgħidu li mhux se jivvutaw naqsu mhux ħażin. Dan filwaqt li d-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista żdied b'rata mgħaġġla, tant li kważi rdoppja. Fil-fatt, numri dettaljati żvelati mill-gazzetta oħt MaltaToday juru li l-persentaġġ ta' votanti Laburisti li mhux beħsiebhom jivvutaw naqas sostanzjalment minn 34.2% għal 14.3%. Dan kollu qed jindika li l-Partit Laburista riesaq għal rebħa kbira oħra, b'distakk ta' it inqas minn 29,000 fuq il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju li ġej. Jista' jkun għax il-kampanji politiċi issa bdew bi ħġarhom imma hija wkoll interessanti li r-riżultat jikkonċiedi mal-ispekulazzjonijiet marbuta mal- kandidatura potenzjali tal-Eks Prim Ministru u MPE Joseph Muscat. AQRA AKTAR PAĠNA 3 Għall-ewwel darba f '50 sena, l-ekwipaġġ tal-kabina tal-linja nazzjonali m'għandux bżonn ikun jaf jitkellem bil-Malti