MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 March 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518323

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 31 TA' MARZU 2024 Bejn Jannar 2023 sa Marzu 2024, f 'Kordin saru 7,051 test għal sustanzi illegali. F'informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri wieġeb lill-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Albert Buttigieg li dawn it-testijiet kienu kollha spontanji u parti mill-ħidma tal-amministrazzjoni sabiex il-ħabs ikun ħieles mid-droga. Matul is-sena 2023, saru 5,500 test, li minnhom ħarġu tmienja pożittivi. Mill-banda l-oħra, bejn Jannar u Marzu 2024 seħħew 1,551 test, li minnhom irriżultaw pożittivi żewġ testijiet biss (0.13%). Il-Ministru kompla jżid mat-tweġiba tiegħu li meta persuna tinstab pożittiva għal xi sustanza illegali, jieħdu l-passi meħtieġa, inkluż li jsiru investigazzjonijiet mill- awtoritajiet biex jiġu stabbiliti l-fatti u fl-aħħar tittieħed id-deċiżjoni li jkun hemm bżonn. "Dan l-impenn qed iżomm ħabs nieqes mid-droga, li mbagħad ikun jista' jiffoka fuq ir-rijabilitazzjoni tal- persuni permezz ta' diversi professjonisti." Fuq medda ta' sena u tliet xhur, fil-ħabs ta' Kordin instabu għaxar persuni pożittivi għal sustanzi illegali wara testijiet spontanji li jseħħu frekwenti Minn 7,051 test, 10 pożittivi għal sustanzi illegali f'Kordin Il-Partit Laburista jidher li riesaq għal rebħa kbira oħra, b'distakk ta' ftit inqas minn 29,000 fuq il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'Ġunju li ġej. Filwaqt li Frar li għadda, meta 62.5% kienu beħsiebhom jivvutaw għall-Partit Laburista, il-PL kien minn quddiem bi 15,000 vot. Madankollu, fl- aħħar sondaġġ ħareġ li 76.6% se jivvutaw lill-Partit Laburista, u dan ifisser li d-distakk kważi rdoppja. Fil-fatt, numri dettaljati żvelati mill-gazzetta oħt juru li l-persentaġġ ta' votanti Laburisti li mhux beħsiebhom jivvutaw naqas sostanzjalment minn 34.2% għal 14.3%. Il-persentaġġ ta' votanti Nazzj ona list i li mhux se jivvutaw ukoll naqas b'rata inqas minn 22.7% għal 13.5%. Dan jindika li l-elettorat illum huwa iktar ikkargat għall-elezzjonijiet ta' Ġunju li ġej, sintomu tal-kampanji li għaddejjin ġmielhom mill- partiti l-kbar u l-kandidati individwali rispettivament. Ir-riżultat jikkonċiedi wkoll mal-ispekulazzjonijiet marbuta mal-kandidatura potenzjali tal-Eks Prim Ministru u MPE Joseph Muscat, li jista' jkun il- kalamita għal ċerti Laburisti li birdu. Ir-riżultat ukoll jista' jkun indikazzjoni li l-elettorat qed japprezza l-ħidma tal-Gvern biex irażżan l-inflazzjoni permezz ta' skemi ta' stabbilità. L-istħarriġ juri wkoll tnaqqis fl-ammont ta' Laburisti li beħsiebhom jivvutaw lill-partiti ż-żgħar; minn 5% fl-istħarriġ ta' Frar għal 2% biss. Għal darb'oħra, l-istħarriġ juri wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela jgawdi vantaġġ ta' 24 punt perċentwali fuq il- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Elezzjoni Parlament Ewropew: Jiżdiedu l-votanti u tikber il-maġġoranza Laburista Sondaġġ tal-MaltaToday juri li iktar Laburisti ddeċidew li jivvutaw fl- elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u dan wassal biex il-maġġoranza tal-PL tikber minn 15,000 vot fi Frar għal kważi 29,000 vot.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 March 2024