Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219
Għall-Amerikani, il-Western kien ġeneru ta' film sagrosant, parti integrali mill-kultura tal- passat tagħhom, sakemm waslet il-gwerra tal-Vjetnam. Inħadmu diversi Westerns minn pajjiżi oħra sa minn żmien iċ-ċinema mutu. Però, l-Amerikani kienu jqisuhom bħala ċajta goffa. Fl-ewwel snin tas-sittinijiet mill-Germanja tal-Punent inħadmu sensiela ta' Westerns – tal-"cowboys" u l-Indjani minn fuq il-kotba ta' Karl May, dwar l-avventuri tal-karattri Old Shatterhand u Winnetou, bil-protagonisti jkunu Stewart Granger jew Lex Barker. Sergio Leone (ismu propju kien Roberto Roberti 1921- 1989) kien assistent ma' diversi diretturi Taljani u Amerikani jaħdmu f 'Cinecitta' u beda bħala kittieb tal-iskripts fuq films tal- kostum magħrufa bħala Peplum, Nel Segno Di Roma (1958) (Sign Of e Gladiator) u Gli Ultimi Giorni Di Pompeii (1959) (e Last Days Of Pompeii). Id-debutt tiegħu fil-films wasal fl-1961 f 'Il Colosso Di Rodi (e Colossus Of Rhodes). Wara, flimkien ma' Robert Aldridge, idderieġa Sodom E Gomorra (1962) (Sodom And Gomorrah). Leone kien iffissat fuq il- Westerns Amerikani, studja bir- reqqa dawk tal-famuż John Ford, kif ukoll ta' oħrajn ta' stoffa u xtaq jaħdem wieħed hu. Bi tqanżiħ kbir ġabar il-flus għal dan ix- xogħol, għadda xi żmien u stieden atturi minn Hollywood biex ikunu l-protagonist tal-film, bħal Henry Fonda u Charles Bronson li rriutaw. Ma qatax qalbu u dawwar ħarstu fuq attur magħruf biss għas-serje televiżiva Western, Rawhide – Clint Eastwood. Il- pariri li taw lil Eastwood kienu li se jagħmel "pass ħażin", iżda billi ma kellu xejn x'jitlef, iddeċieda li jmur l-Italja. (Billi wara sar popolari sewwa semma l-kumpanija tiegħu "Malpaso" Company (pass ħażin). Leone semma l-film Per Un Pugno Di Dollari (1964) (A Fistful Of Dollars) u l-iscreenplay ħadha minn fuq il-film Ġappuniż Yojimbo (1961) tad-Direttur Kurosawa Akira, għalkemm għall-bidu Leone sostna li ispirah ix-xogħol ta' A Servant Of Two Masters ta' Carlo Goldoni. Il-premier tal-film sar f 'teatru f 'Napli u bilkemm attendew 50 ruħ. Dawn wara ħarġu minn hemm b'wiċċhom juri riflessjoni mibdula, qishom intlaqtu minn sajjetta. Dan il-film kien xogħol li bħalu qatt ma raw qabel; produzzjoni tassew brutali għal żmienha, balal isaffru meta sparati, l-eroj (it-twajjeb) ma jeżistix u l-ħajja m'għandhiex valur. Fuq kollox, il-mużika għaġġbet lil kulħadd u t-tema tal-film "Per Un Pugno Di Dollari" (trombeta) ta' Ennio Morricone telgħet sparata fil-Hit Parade internazzjonali. Il- kelma ġriet bħal nar qalb it-tiben u fl-Ewropa (speċjalment fil- Germanja) il-film għamel furur. Minkejja dan is-suċċess kollu u dak ta' warajh, Per Qualche Dollaru In Piu' (1965) (For A Few Dollars More), l-Amerikani damu sentejn biex impurtawhom u biex jirridikulawhom semmewhom Spaghetti Westerns laqam li rnexxa u li sar sinonimu ma' Westerns Taljani maħduma f 'Almeria fi Spanja. It-tielet wieħed, Il Buono, Il Brutto, Il Cattivo (1966) (e Good, e Bad And e Ugly) kien l-aqwa wieħed, aktar elaborat u l-itwal. Fl-Istati Uniti din it- triloġija għamlet suċċess ukoll. Waqt li Clint Eastwood suppost li kien il-protagonist, parti daqsu kellu Gian Maria Volonte' fl-ewwel tnejn bħala il-kattiv, Lee Van Cleef fit-tieni tnejn u Eli Wallach (it- tirann ta' e Magnificent Seven) jiddomina bil-kbir fit-tielet wieħed li għamel suċċess ma' kullimkien. Wara tliet suċċessi bħal dawn, il-kbir kien għadu ġej għal Leone f 'C'era Un Volta Il West (1968) (Once Upon A Time In e West), titlu li jġib eloġju għal dan il-ġeneru li ma jmut qatt. Issa, megħjun ukoll bi flus Amerikani, dan id-direttur wera li kapaċi jaħdem Westerns spettakolari u epiċi, ambizzjużi u monumentali ta' aktar minn tliet sigħat neqsin kwart b'kast mill-aqwa, fosthom issa Charles Bronson u Henry Fonda (din id-darba ma rriutawx!). Leone rnexxielu jipperswadi lil Fonda, attur maħbub sewwa ta' bniedem rett u eroj, jaħdem il-parti ta' qattiel bla skrupli u bla ħniena, u Bronson, il-protagonist, dejjem bl-orgni tal-ħalq miegħu jfittex vendetta għal qtil ta' ħuh. Dan il- film kellu diversi atturi Amerikani oħra, fosthom Jason Robards, Woody Strode u Lionel Stander u t-Taljani Claudia Cardinale, Paolo Stoppa u Gabriele Ferzetti. Ta' min isemmi wkoll li Leone rnexxielu jiffilmja fix-xenarju pittoresk ta' Monument Valley, Arizona, il-lokal maħbub tal-idolu tiegħu, John Ford. Mertu kbir għas-suċċess u stima lejn dawn l-Ispaghetti Westerns tmur għall- mużika tant evokattiva u sabiħa ta' Ennio Morricone. Xi Spaghetti Westerns oħrajn tajbin kienu: Django (1966), e Great Silence (1967), A Pistol For Ringo, bl-attur popolari Giuliano Gemma (Montgomery Wood), e Dirty Outlaws u oħrajn. F'dan il-perjodu (1965-1968) ta' intensita' ta' dawn il-produzzjonijiet Taljani, minn Hollywood ukoll ħarġu Westerns tajbin li jinkludu e Professionals, Hombre, e Sons Of Katie Elder, Nevada Smith, Cat Ballou u diversi oħrajn. Il-Westerns Klassiċi Amerikani wara l-Ispaghetti Westerns Naturalment, l-andament qawwi tal-Westerns Taljani kellu wkoll effett palpabbli fuq Hollywood. Wieħed li pprofitta żgur minn din it-tendenza kien Sam Peckinpah li ħadem l-iżjed Western vjolenti sa dak iż-żmien, il-grandjuż, epiku u memorabbli, e Wild Bunch (1968), li jispiċċa b'massakru fuq skala vasta. Ta' min isemmi wkoll li l-Westerns b'baġits modesti baqgħu jinħadmu. Il-produttur A. C. Lyles (Andrew Craddock Lyles) iffinanzja sensiela ta' Westerns kompetenti, iżda ta' livell pjuttost baxx, b'atturi veterani (kollha 'l fuq minn 50 jew 60 sena) li kienu popolari qabel, kollha mal-kumpanija Paramount Pictures. Fost dawn insibu lil Dana Andrews, Howard Keel, Dale Roberston, George Montgomery, John Ireland, Barry Sullivan, Ricard Arlen, Lon Chaney Jr., DeForest Kelley, Brian Donlevy, Bruce Cabot, Lyle Bettger u l-femminili Jane Russell, Yvonne DeCarlo, Joan Caulfield, u Barbara Hale. Il-films klassiċi ta' wara huma dawn: EL DORADO (1967). 126 minuta. Dirett minn Howard Hawks. Speċi ta' sequel għal Rio Bravo fejn cowboy (John Wayne) jgħin lil wieħed Sheriff alkoħoliku ħabib tiegħu (Robert Mitchum) biex itemm gwerra bejn ir-rivali bdiewa tal-baqar. Taħlita ta' azzjoni u kummiedja. THE WILD BUNCH (1968). 134 minuta. Id-direttur hu Sam Peckinpah. Jaħdmu William Holden, Ernest Borgnine, Robert Ryan, Edmond O'Brien, Warren Oates, Emilio Fernandez u diversi oħrajn. Xogħol imfaħħar li dlonk ħa l-fama ta' kult. Gang ta' veterani maħrubin mil-liġi, b'sistema ta' etika bejniethom, jindunaw li żmienhom kien għadda fl-1913 u jimbarkaw fuq l-aħħar serqa tagħhom waqt li jaħarbu lejn il-Messiku fejn se jiltaqgħu ma' destin kiefer għal kważi kulħadd. Irreklamat hekk: "Nine men who came too late and stayed too long". Eloġju melodrammatiku għal tip ta' ħajja li waslet biex tintemm! BUTCH CASSIDY AND THE SUNDANCE KID. (1969) 112- il minuta. L-abbinar ta' Paul Newman u Robert Redford flimkien, bħala tnejn maħruba mil-liġi, dehret bħala unjoni tassew ispirata. Huma jkollhom jaħarbu lejn il-Messiku meta Sheriff bin-nies tiegħu jsus kontinwament warajhom. Film li għamel suċċess kbir, rebaħ diversi Oscars fosthom għall-kanzunetta popolari Raindrops Keep Falling On My Head. Jiddomina matulu l-umoriżmu. Paul Newman u Robert Redford reġa' kellhom suċċess kbir fl-1973 f 'e Sting. Lejn l-aħħar tad-diċennju sittin, il-Western beda juri sinjali ta' għeja u għall-ġenerazzjoni żagħżugħa ma baqax daqshekk attraenti, tort tal-gwerra tal-Vjetnam. L-uniċi atturi li baqgħu popolari f 'dan il- ġeneru kienu John Wayne (li it snin wara miet) u Clint Eastwood, minkejja li issa sab fortuna fil-parti ta' Inspector Callahan magħruf bħala Dirty Harry. 14 films IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 • illum Carmel Bonnici Westerns: Il-kompetizzjoni tasal mill-Italja (It-tielet parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA