MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • NRU 917 Meta ħadt l-aħbar li jien cancer free, ovvjament fraħt hux vera. CRIHM.ORG Jennifer Agius, Child carer li fieqet minn kanċer tas-sider. Imma mingħajr riċerka, din il-kura ma tistax isseħħ. L-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha f'Jum l-Omm Terremot laqat lill-Partit Laburista wara li rriżenja Chris Fearne, id- Deputat Prim Ministru u l-istilla tal-Gvern Laburista fi żmien il- pandemija, hekk kif Abela qed iħokk rasu min se jkun in-nomina tal-Gvern għal Kummissarju u min se jitla' l-iskaluna. Fearne qed jaffaċċja akkużi kriminali wara li it ġimgħat ilu l-Maġistrat Gabriella Vella għalqet l-inkjesta Vitals u għaddiet 78 kaxxa t'evidenza lill-Avukat Ġenerali. Fil-jiem li ġejjin, Fearne mistenni jitressaq il-Qorti b'akkużi ta' miżapproprjazzjoni u frodi fil-kapaċità tiegħu ta' Ministru tas-Saħħa bejn l-2016 u l-2024. Chris Fearne se jibqa' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet Parlamentari. Ir-riżenja ta' Edward Scicluna bħala Gvernatur hija mistennija fil-ġranet li ġejjin. U joħloq problema oħra għal Abela biex isib sostitut floku. Minkejja kollox, Fearne qed jinsisti li huwa innoċenti u l-Prim Ministru Robert Abela juri fiduċja assolut fih. Chris Fearne se jibqa' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet Parlamentari. Minkejja kollox Fearne qed jinsisti li huwa innoċenti, bil-Prim Ministru juri fiduċja fih. Iwieġeb wara laqgħa tal-grupp parlamentari tal-Partit Laburista li saret ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li għalissa Fearne se jkun Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal- Parlament. Iżda Fearne kien ukoll in-nomina tal- Gvern għall-Kummissarju Ewropew, kwistjoni li l-Eks Deputat Prim Ministru talab li tiġi rtirata. Għal dan, il-Prim Ministru wieġeb li għad trid tittieħed deċiżjoni fi stadju aktar tard. Dan kollu jfisser li l-PL se jkollu aktarx jinnomina lil Miriam Dalli għal Kummissarju. Imma min-naħa l-oħra ħa jinħoloq vojt kbir għax il-Gvern irid jara kif ser jimla, kemm il-Ministeru ta' Dalli, kif ukoll ta' Fearne. U dan għaliex hemm nuqqas ta' politiċi eletti li jistgħu jimlew dan ir-rwol. Ir-rimarki li Abela għamel jagħtu l-wieħed x'jiem li mhux se tittieħed deċiżjoni dwar dawn iż-żewġ kwistjonijiet sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fit-8 ta' Ġunju. Meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, Fearne wieġeb li din hija kwistjoni li l-partit jiddeċiedi internament. Ħadd mid-Deputati Laburisti l-oħra ma ta kummenti hekk kif telqu mil-laqgħa. Il-Partit Laburista jintlaqat minn terremot Metsola, l-istilla fl-Ewropa, u f'Malta x'ser tagħmel? SAVIOUR BALZAN Sireni jwerżqu, karozzi u vannijiet għaddejjin b'veloċità esaġerata minn ġo rħula Pollakki fil-ħemda tal-lejl. Wara tliet sigħat sewqan qisna mġieġen fejn l-istonku jitla' waħdu, wasalna fuq il-fruntiera. Suldati u pulizija wrewna fejn konna se noqogħdu fit-trejn. Kien hemm karru għall-President, għax hekk jirreferu għaliha, u karru ieħor għall-ġurnalisti u l-istaff tal-President. Fuq sodda żgħira ppreparajna l-affarijiet. Waslu s-suldati Pollakki u dawk Ukreni u talbuna l-passaporti. Wasal raġel twil Taljan, parti mill-bodyguard personali tal-President, qalilna li kull wieħed minna kien se jingħata elmu u ġakketta bulletproof, u jekk ningħataw sinjal mingħandhom irridu nilbsuhom mill-ewwel. Il-ferrovija bdiet tiċċaqlaq u qalulna li f 'ħames minuti niltaqgħu u nitkellmu it mal-President. IKOMPLI F'PAĠNI 2 U 3 Roberta Metsola ma' Volodymyr Zelensky Edward Scicluna, Eks Ministru Laburista, huwa mistenni jirriżenja bħalma għamel Chris Fearne (lemin) il-Ġimgħa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024