MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 11

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • NRU 918 Il-marda tal-kanċer ilha magħna snin, u ma nistgħux nieqfu hawn u nitilfu l-battalja. CRIHM.ORG Isaac Zahra, Student tal-mediċina li fieq mil-leukemia. Imma mingħajr riċerka, din il-kura ma tistax isseħħ. Intervista mal-kandidat tal- VOLT għall-elezzjonijiet Ewropej Matthias Iannis Portelli PAĠNA 12 Iċ-ċertezza fil-pubbliku espressa minn Joseph Muscat, l-Eks Prim Ministru Malti li m'għandux għal xiex jibża' mill-inkjesta tal-Vitals hija bbażata fuq in-nuqqas ta' provi li hemm fl- inkjesta li jistgħu jindikaw b'mod ċar li ħa l-flus jew li kellu l-intenzjoni li jieħu l-flus. Dan qalu darba u darbtejn fuq il- media u l-aħħar darba fuq One radio. Il- fatt li tħalla jesprimi ruħu għall-ewwel darba fuq l-istazzjon tal-partit hija prova li ta' fuqu fil-Partit Laburista u l-Gvern huma ċerti li m'hemmx fatti konklussivi li se jsibu lil Muscat ħati; rekwiżiti li huma kruċjali biex xi ħadd jitressaq fuq ħasil ta' flus. L-inkjesta li diġà bdiet iddur l-idejn b'mod allarmanti u xokkanti hija bbażata fuq investigazzjoni forensika ta' kumpanija ta' Irlandiżi u individwu mis- Serbja. Għalkemm minn naħa jidher li hemm indikazzjonijiet li s-sidien u s-sensara ta' Vitals u Steward kellhom kull intenzjoni biex jagħmlu festa ta' flus mill-proġett li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu ħasbu biex jiħu kontijiet barra minn Malta, fl-istess żmien li dan il-proġett kien qed jiġi konkluż, min-naħa l-oħra m'hemmx fatt jew prova li Muscat ħa l-flus jew kellu l-intenzjoni li jieħu l-flus. Madankollu, is-sehem ta' Schembri u Mizzi mhuwiex daqstant sabiħ u l-prosekuzzjoni tkun mistennija li tipprova li ma setax ikun li Muscat ma kienx jaf bl-aġir tal-kap tas-segretarjat tiegħu dak tal-Ministru Mizzi. IKOMPLI F'PAĠNA 3 Muscat jispera li jista' jibbaża d-difiża tiegħu fuq nuqqas ta' provi "Ħalluna naħdmu!": L-IĠM tgħid li l-Gvern l-ewwel attakka l-ġudikatura u issa l-midja Hija perikoluża ħafna li ġurnalist jintuża bħala parti min-narrattiva politika, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin esprima mal-gazzetta ILLUM. "Hija perikoluża immens li politiku jħoss li għandu jattakka l-midja, pilastru tad-demokrazija, wara li attakka wkoll il-ġudikatura, pilastru ieħor tad-demokrazija," l-istitut kompla jgħid. Il-ġimgħa l-oħra, mistieden għall-programm fuq l-istazzjon tal-Knisja, l-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u issa tal-proġett tal-Park Nazzjonali Ta' Qali, akkuża ġurnalista ta' Newsbook li qed tikkonfoffa mal- establishment. Dan filwaqt li beda jxejjer ritratti ta' kompjuter, meħuda f 'nofs konferenza, b'chats ċari juru korrispondenza bejn il-ġurnalista u l-Eks MP Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-President Onorarju ta' Repubblika Robert Aquilina, u l-President preżenti ta' Repubblika Alessandra De Crespo. Ftit jiem wara, wara rapport ta' Newsbook – il-kamra tal-aħbarijiet li fiha taħdem il-ġurnalista – l-IĠM ikkundannat "l-attakk." IKOMPLI F'PAĠNI 2 Jason Micallef M'hemmx prova li Joseph Muscat (fuq) ħa l-flus jew kellu l-intenzjoni li jieħu l-flus iżda s-sehem ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi mhuwiex daqstant sabiħ • Mhux l-istess għal Schembri u Mizzi • Ħafna professjonisti b'reputazzjoni mbenġla • Il-Maġistrat ħalliet il-ġudizzju f'idejn id-ditta Irlandiża • L-inkjesta kissret ir-reputazzjoni ta' bosta ditti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024