MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 11

02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU: F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se jkun il-waqt ta' riflessjoni ta' dak li int esperjenzajt tul dawn l-aħħar xhur sabiex b'hekk tkattar lilek aħjar. Wettaq riflessjoni profonda. Il-kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġjo u l-isfar. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU: F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Virgo se jkun il-waqt li tkattar aktar lilek innifsek fil-karriera fejn issa għandek mument ideali tiddistingwi biex b'hekk tkompli tavvanza. Il-kuluri favoriti ma' Virgo huma l-blu u r-roża. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU: F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Sagittarius se jkun il-waqt li tagħraf tagħmel dik il-ħidma li tant għandek bżonn fid- dar tiegħek. Taf li hemm bżonn xi tibdil u għalhekk aħtaf dan il-mument. Il-kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-aħmar u l-oranġjo. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR: F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aquarius se jkun il-waqt li tieħu pawsa sabiex tara sew fejn sejra l-karriera tiegħek. Trid tagħraf aħjar fejn vera tixtieq titkattar. Il-kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-abjad u l- kannella. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL: F'din l-ewwel ġimgħa ta' dan iż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Aries se jkun il-waqt li tagħraf twettaq ideat ġodda dwar it-tkattir tiegħek; ideat li jagħtuk motivazzjoni għax-xhur li ġejjin. Il-kuluri favoriti ma' Aries huma l-aħmar u l-kannella. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tat-tielet żodjaku: Gemini MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU Fl-2021 Steward Healthcare, l-istess kumpanija involuta fil-konċessjoni tat-tliet sptarijiet, u li ddikjaraw falliment it jiem ilu fl-Amerika, riedu jixtru l-MediaToday. L-attentat kien seħħ mis-sidien tal-isptarijiet, l-istess sptarijiet fl-Inkjesta Vitals, permezz tal- Kap Eżekuttiv Armin Ernst. MediaToday kienu għażlu li ma jbigħux il-kumpanija. Dan ma waqqafx biex il-pożizzjoni editorjali tal-gazzetti fi ħdan il-kumpanija tkun waħda kritika ħafna fil-konfront tal-ehim tal-Gvern mal-Vitals u Steward, kemm fl-aħħar snin u anke fil-bidu tagħhom fil-pajjiż. Is-sena l-oħra l-kumpanija Steward fetħet kawża ta' libell kontra l-kumpanija MediaToday f 'Qorti f 'Madrid biex jiġu likwidati eluf ta' ewro f 'danni minħabba kitbiet li dehru fil-gazzetti tal- MaltaToday. Din il-kawża għadha in vigore. Għaldaqstant, wara li dehru xi rapporti fil-midja soċjali li jidher li huma bbażati fuq leaks mill- inkjesta Vitals, il-MediaToday ħasset il-bżonn tgħid dan li ġej: Fl-2011, 13-il sena ilu, il-kumpanija MediaToday kienet ħadet deċiżjoni kummerċjali li, filwaqt li żżomm l-operat u l-editorjal tal-gazzetta Illum, tgħaddi t-titlu tal-gazzetta Illum lill-kumpanija Innovate Business Consulting, rappreżentati minn Jonathan Cardona u Louis Cardona għal perjodu stipulat ta' 18 il-xahar. Il-kumpanija MediaToday xtaqet li l-gazzetta Illum ma tibqax piż finanzjarju u l-Innovate Business Consulting jinvesti fit-titlu. Intant, wara dan il-ehim, il-kumpanija Innovate Business Consulting jidher li għamlet ehim indipendenti minn MediaToday ma' ditti fil-qasam tal-istampar, fosthom kumpanija li tistampa u kumpanija li timporta l-karta u l-magni tal-istampar. Waħda minn dawn il-kumpaniji kienet ta' Keith Schembri, li kellu 25% bħala azzjonist f 'dan il- ehim li sar minn Innovate Business Consulting. Dan sar 13-il sena ilu fl-2011 meta l-ebda kumpanija jew individwu involut ma kellhom remotament xi kariga jew konnessjoni politika ma' xi partit jew ieħor. Dan l-arranġament kummerċjali sfaxxa minħabba diżgwid bejn l-investituri u l-MediaToday u t-titlu reġa' għadda lil MediaToday. Fl-ebda mument fl-2011 jew wara ma kien hemm xi ħlas jew tranżazzjoni bejn il-partijiet. Steward Health Care riedu jixtru l-MediaToday fl-2021 "Il-ġurnalisti qatt m'għandhom jintużaw għan-narrattiva politika" IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-IĠM qalu li Micallef "żelaq fin-niexef " b'attakki li qed jinstigaw mibegħda fuq il-ġurnalisti ta' pajjiżna. L-IĠM qalu li l-ġurnalisti qatt m'għandhom jintużaw għan-narrattiva politika u qatt m'għandhom jitpenġew bħala għedewwa tal-Istat jew tan-nies. "Aħna naqdu funzjoni importanti ta' watchdog u għandna nitħallew nagħmlu dmirna mingħajr biża' jew intimidazzjoni. Ħalluna naħdmu!" L-IĠM fakkar ukoll fil-mewt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, meta qal li l-Gvern donnu għadu ma ħax it-tagħlima. Żied jgħid li hawn min għadu jinstiga lin-nies kontra l-ġurnalisti, "b'attakki insensati" li l-uniku skop hu li jtellef ir-reputazzjoni ta' ġurnalisti individwali u media houses milli jagħmlu xogħol meta jistaqsu mistoqsijiet li ma jdoqqulhomx għal widnejhom. L-istitut qal li Malta għadha 'l boghod ħafna minn ambjent neċessarju għal ġurnalisti biex jagħmlu xogħolhom kif suppost, inkluż b'limitu totali fuq l-informazzjoni – xi ħaga bażika għax-xogħol tagħhom. "Meta jdaħħalna fin-narrattiva politika, il-Gvern ikun qed irewwaħ il-mibegħda lejn il- ġurnalisti li ħafna nies imbagħad jikkunsidrawha bħala xi ħaġa naturali u aċċettabbli, li qatt ma tista' u m'għandha tkun." "Għandna nitħallew nagħmlu dmirna mingħajr biża' jew intimidazzjoni. Ħalluna naħdmu!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024