MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 11

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 L-inkjesta għandha wkoll referenzi għal biżibilju messaġġi ta' nies marbuta ma' Vitals u Steward u jindikaw l-anima tagħhom, imma fl- inkjesta hemm ruxxmata suppożizzjonijiet li fil-liġi kriminali Maltija m'għandhomx is-saħħa li jista' jkollhom f 'liġijiet ta' pajjiżi oħra. U kif ukoll fl-inkjesta, hija nieqsa minn ġudizzju ċar mill-maġistrat dwar dawn l-investigazzjonijiet. Apparti l-fatt li hija stramba kif il- pulizija ma tkellmu ma ħadd biex jaċċertaw li l-indikazzjonijiet fl-inkjesta huma minnhom jew korroborati. Muscat, li rebaħ żewġ elezzjonijiet kbar għall-Partit Laburista u li kellu jirriżenja ħesrem fl-2019 minħabba r-rabta ċara bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, qed jagħmilha ċara li se jiġġieled u jpattiha lil dawk li qed jippruvaw ikissruh. Muscat qed iwerzaq fil-pubbliku li din ripetizzjoni tal-istorja tal-Egrant. Bid- differenza li filwaqt li fl-Egrant ma nstab xejn, Muscat se jkollu jispjega l-każ tal-Accutor, meta wara li rriżenja minn Prim Ministru kien ħa xogħol ta' konsulenza minn kumpanija li kienet qabel VGH Europe. Muscat kien irċieva €60,000 u kien iddikjarhom imma ħafna jargumentaw li dan il-ħlas sar bħala ringrazzjament għal ftehim Vitals/Steward. Muscat jinnega dan kollu. Imma n-narrattiva ma tantx qed tgħin lil Muscat. Li huwa ċert hu li ħafna nies oħra inkluż accountants, avukati, u nies fil-finanzi li kienu msemmija fir-rapport qed jiċħdu bil-qawwa kollha li rċivew xi flus jew kellhom l-intenzjoni li jagħmlu hekk. L-inkjesta ma tipprovax dan iżda tipprova tistabbilixxi li dawn kienu mano in pasta f 'konfoffa biex il-Vitals u Steward jingħataw lilhom. Minkejja kollox, tant hemm nies imressqa li l-probabbiltà li dawn kollha kienu parti minn konfoffa hija kemxejn esaġerata. Li huwa ċert hu li ħafna min- nies imressqa għandhom il-ħajja tagħhom ta' taħt fuq, b'tensjoni kbira u f 'każijiet minnhom ir-reputazzjoni mbenġla jew imkissra, kif ukoll irbit fuq il- finanzi tagħhom permezz ta' attachment order fuq il-kontijiet bankarji tagħhom. Hemm uħud bħal dawk li fetħu kontijiet f 'dominji barra minn Malta li għandhom għalfejn jinkwetaw. L-oħrajn iridu jistennew għat- traġitt tal-ġustizzja quddiem sistema li ddum u letarġika. Minkejja li l-pulizija mhijiex obbligata tinforma persuna bl-investigazzjoni kontrihom fil-fażi inizjali, investigazzjoni dejjem tasal f 'punt li tagħfas investigatur biex jinterroga imputat. Esperti li tkellmu mal- gazzetta ILLUM qalu li mhux normali li persuni involuti f 'inkjesta – speċjalment ta' kobor u importanza bħal dik tal- Vitals – ma jkunux interrogati u lanqas mgħarrfa li qed issir investigazzjoni fuqhom. Wara li l-aħbar imxiet li l-konklużjoni tal-Inkjesta Vitals waslet għand l-AĠ, u ħarġu l-akkużi, bosta qalu li mhux talli huma innoċenti, talli ma ngħatawx iċ-ċans jiddefendu ruħhom qabel ma jittellgħu l-Qorti. Fost dawn kien hemm l-awditur ta' Steward Health Care, Christopher Spiteri, li bħalissa, apparti akkużi ta' ħasil ta' flus, huwa akkużat ukoll li ppreżenta dikjarazzjonijiet foloz u ħa ġuramenti foloz, ifforma parti minn assoċjazzjoni kriminali, iffaċilita kummerċ għal Muscat, Mizzi u Schembri, kixef materjal kunfidenzjali u ddikjara flus inqas milli suppost fil-kontijiet tal-investituri ta' Vitals. Jitkellem fuq il-midja soċjali tiegħu, Spiteri qal li 30 sena xogħol intremew f 'ħakka t'għajn, u wissa li d-drittijiet tiegħu kienu miksura meta l-akkużi saru kontrih. Spjega li l-Maġistrat Gabriella Vella kienet sejħitlu bħala xhud u li spjega fid-dettall ix-xogħol tiegħu bħala awditur. Qal biċ- ċar li hu lanqas biss iltaqa' ma' Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph Muscat. Iddur fuq l-esperti, l-ILLUM saret taf li mhux normali li la l-Maġistrat u lanqas il-pulizija ma jibagħtu għal xi ħadd meta jkunu qed jiġu investigati. Espert minnhom qalilna li anke meta saħansitra tiġġieled mal-ġirien, "ukoll jitolbuk tinżel l-għassa għal testimonjanza min-naħa tiegħek, aħseb u ara f 'inkjesta ta' dan il-kobor." "Le, fil-bidu normali li l-pulizija ma tgħidx li qed tinvestiga persuna, għax x'jiġri jekk l-akkużat ibagħbas l-evidenza?" espert minnhom qal. "Tasal f 'punt imma," argumenta espert ieħor, "li trid tkellem l-akkużat, b'avukat miegħu. Tinterrogah u ssir taf in-naħa tal-istorja tiegħu. Issa jekk l-akkużat jeżerċitax id- dritt tas-silenzju, affarih, imma tkellmu." Sadanittant, il-pulizija u l-Avukat Ġenerali, qalu li huma, la huma obbligati u lanqas għandhom għalfejn jinterrogaw l-akkużat qabel il-konklużjoni. Jiddefendihom fuq il- programm Xtra, it-tnejn li għadda, il-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard, enfasizza li l-akkużi ħarġu abbażi evidenza miġbura mill-Maġistrat. Dan filwaqt li l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jfakkar li investigazzjoni mill-pulizija ma xxekkilx inkjesta maġisterjali, u l-Kummissarju tal-Pulzija "kellu jagħmel interrogazzjonijiet qabel, mhux issa." Il-pulizija ma tkellmu ma ħadd biex jaċċertaw li l-indikazzjonijiet fl-inkjesta huma minnhom Esperti jgħidu li mhux normali persuni ma jkunux jafu li qed jiġu investigati L-awditur ta' Steward Health Care, Christopher Spiteri Il-Malta Union of Teachers (MUT) ċaħdet pubblikament kliem il-Ministru tal- Edukazzjoni Clifton Grima dwar żidiet fil-pagi tal- għalliema. Nhar is-Sibt, l-MUT kienet qed tirreaġixxi għal artiklu ta' ONE News, fejn Grima ħeġġeġ lill-unjin biex tinforma lill- membri tagħha bil-proposti finanzjarji tal-gvern, hekk kif stqarr li l-pakkett finanzjarju ġdid jinkludi salarju inizjali ta' €36,000 għall-għalliema, li jirrappreżenta żieda ta' €10,000. "L-affermazzjonijiet tal- Ministru ta' €10,000 żieda u salarju inizjali ta' €36,000 għal għalliema ġodda mhumiex riflessi fil-proposti finanzjarji tal-gvern lill-MUT," qalet il- union. L-MUT ppubblikat siltiet mill-aħħar proposta tal-gvern fuq il-websajt tagħhom, li ma juru l-ebda evidenza ta' dawn iż-żidiet. L-MUT akkużat lill-gvern li qed jipprova jsalva ġildtu billi jiskredita lill-unjin. MUT enfasizzat ir-rieda tagħha li tkompli tiġġieled għar-rikonoxximent u t-trattament ġust tal- edukaturi. Nhar il-Ġimgħa, l-MUT ħarġet ultimatum lill-gvern dwar il-ftehim settorjali li għad irid jintlaħaq qbil dwaru, hekk kif l-unjin iddikjarat ukoll tilwima kummerċjali mal-gvern. Il-Ministru tal-Edukazzjoni wieġeb għat-talbiet tal-MUT Meta qal li "din hija żieda waħda biss għal kategorija waħda ta' edukaturi." Huwa nnota li l-proposti jinkludu aktar żidiet li ma jeħtieġux xogħol jew kwalifiki addizzjonali. Grima tenna l-appell tiegħu biex l-MUT tinforma bis-sħiħ lill-membri tagħha, u żied li l-union m'hi qed tagħmel l-ebda referenza għall-aħħar żewġ laqgħat bejn il-gvern u l-union. Grima hedded li jippubblika l-ftehim kollu propost jekk l-MUT "tkompli taqsam informazzjoni selettiva li tpinġi stampa falza." L-MUT u l-Gvern jibqgħu fi gwerra dwar il-pagi tal-għalliema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024