MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 11

09 kultura IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti L-aqwa erba' kompożizzjonijiet mill-gżejjer Brittaniċi mtellgħa fir-Rabat L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed ittella' prestazzjoni fl-okkażjoni tal- maltabiennale.art 2024, fir- Rabat. "From the British Isles" se tkun qed issir ġewwa l-Awditorju ta' St. Agata fil-25 ta' Mejju. L-orkestra se tkun qed tiċċelebra l-wirt mużikali Brittaniku bid-direzzjoni tal- konduttur Jun Kim. Grazzi għall-kompożitur Hamish MacCunn, inmorru qalb in-natura Skoċċiża bin- noti ħelwin ta' "Land of the mountain and the Flood." Minn hemm inżuru l-ibħra mill- pinna ta' Benjamin Britten bil- kompożizzjoni "Britten's Four Sea. Il-vjonilist Norveġiż Alexander Kegan ikompli l-vjaġġ bl-interpretazzjoni tiegħu ta' 'Violin Concerto,' il-kompożizzjoni mfawra ta' William Walton. Fl-aħħar Kegan jiggwidana għall-kompożizzjoni Symphony No. 5, ta' Vaughan Williams, miktuba f 'qalb il-gwerra tal- 1938, b'għatx għall-paċi, serenità u profondità. Il-biljetti għal dan il-kunċert jistgħu jinqatgħu minn showshappening.com. "From the British Isles" se tkun qed issir ġewwa l-Awditorju ta' St. Agata fil-25 ta' Mejju Is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa tal-Marsa A.D. 1949 se tkun qed tiċċelebra l-Marċ għall- Aħħar Jum tat-Tridu permezz ta' kunċert mużikali u nar sinkronizzat nhar il-Ġimgħa 24 ta' Mejju. Filwaqt li r-residenti tal- Marsa se jkunu qed jiċċelebraw il-Patruna tagħhom, il- Kummissjoni Trinitarji fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Trinità Qaddisa A.D. 1949 għandhom lejl mimli attivitajiet lest għalihom f 'għeluq il-75 sena mit-twaqqif tas-Socjetà. Il-lejl divertenti jibda fit- 8.30pm, bil-marċ jilħaq il-qofol tiegħu fi Triq Balbi u jibqa' nieżel sa quddiem is-Sedè tal- istess Soċjetà. Hemm mistennija titla' l-istatwa ta' Santa Ċeċilja fuq il-gallarija tas-Sede li hija l-patruna tal-mużiċisti. Wara li jispiċċa l-marċ bid- daqq tal-innu, tibda l-għaxar edizzjoni ta' Dancing Colours in the Sky bit-tema tal-futbol li huwa xow ta' nar sinkronizzat mal-mużika, u mbagħad se jittella' l-kunċert bis-sehem tal- kantanta Ira Losco u Drop-Out DJ Brass. Nar sinkronizzat u kunċert mużikali f'għeluq il-75 sena mit-twaqqif tas- Socjetà Mużikali Trinità Qaddisa tal-Marsa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024