MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 11

opinjoni 10 analiżi kultura IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti L-istorja xokkanti ta' tifel maħtuf mill-Knisja, fuq il-liżar taċ-ċinema ta' Spazju Kreattiv Is-sena hija 1858. Fuq ordnijiet tal-Papa Piju IX, suldati daħlu fid-dar ta' Bologna tal-familja Mortara biex ineħħu bil-forza lil binhom Edgardo ta' sitt snin. L-awtoritajiet semgħu mingħand il-qaddejja tal-familja Lhudija li ġie mgħammed bil- moħbi bħala tarbija marida minħabba l-biża' li kien se jmut Lhudi u ruħu tibqa' fil-limbu. Taħt id-duttrina tal-Knisja, dak iż-żmien tifel ma setax jgħix mal-familja tiegħu jekk mhux Kattolika, u dan ittieħed biex jitrabba mill-Knisja stess. Il-familja Mortara mnikkta tipprova b'mod iddisprat tikseb lil Edgardo lura, u jibdew kampanja internazzjonali biex binhom jiġi lura, iżda jsibu ruħhom fl-epiċentru ta' battalja storika usa' bejn il-forzi tal- awtoritarjaniżmu Kattoliku u l-qawmien politiku li qed iseħħ madwar l-Italja u l-Ewropa. Ma' 'Kidnapped,' id-Direttur rebbieħ tal-Palme d'Or joħloq immaġini ta' komunità Lhudija żgħira f 'ġenn totali, fil-ħniena ta' teokrazija ostili u li tista' kollox. Il-film jiżvolġi bħal affresk storiku, bħallikieku Caravaggio ħa l-ħajja. Ara l-film 'Kidnapped' mill- kreattur veteran Taljan Marco Bellocchio u l-istorja inkredibbli li tneħħiet mill-paġni tal- istorja, fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta. Iktar informazzjoni u qtugħ tal-biljetti jistgħu jinkisbu mis- sit ta' Spazju Kreattiv. Wesgħet il-Bjar ta' Napuljun, fi pjazza żgħira tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill- bajja ta' Spinola, timmarka l-post fejn bjar imħaffra mill-Kavallieri ta' San Ġwann servew biex jagħtu l-ilma lill- flotta ta' 27 bastiment Franċiż fi triqtu lejn l-Eġittu f 'Ġunju tal-1798. L-isem tal-lokalità, li nżamm ħaj b'mod orali għal aktar minn żewġ sekli, ġie sfruttat mill-akkademiku Charles Xuereb, li mhux biss qed jipproponi bidla fl-isem iżda wkoll kiteb rumanz modern eċitanti li jgħaqqad ġrajjiet tal-passat ma' dawk moderni grazzi għall-karattru ta' Bellilote. L-istorja hi mibnija madwar koppja minn Pariġi, Marin u Maxine, li waqt btala f 'Malta jiltaqgħu ma' gwida żagħżugħ li jeħodhom għand il-Professur Faure. Marin jiskopri li wieħed mill-antenati tiegħu, François Lhoste (neputi ta' sindku li nqatel biex jissalvagwardja l-ordni pubblika fiż-Żebbuġ fl-1798), ħalla djarju fejn kien ħeba l-iżmeralda ta' Saladin, wegħda ta' mħabba lil Bellilote. Ir-rumanz ikompli billi jirrakkonta l-ġrajja vera ta' din l-għarusa Franċiża li tinżel Malta mal-armata ta' Bonaparte, wara qamar il-għasel abbord, liebsa ta' suldat sabiex tibqa' mas-sieħeb tagħha. Wara żmien qasir, Bellilote vjaġġat lejn Kajr fejn isseduċieha Bonaparte. Fi ġlieda kontra l-ħin, ostakli u rivali, Marin ifittex id-djarju f 'Londra, Pariġi u Marsilja. Trid tkompli taqra l-istorja ta' Marin, u Bellilote? Ixtri l-ktieb mill- ħwienet tal-kotba jew online permezz tas-sit ta' Midsea Books għal €19. Bellilote u l-Bjar ta' Napuljun: Ġrajja li tiġbor il- passat, il-modern, il-veru u l-fittizju Rumanz modern eċitanti li jgħaqqad ġrajjiet tal-passat ma' dawk moderni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024