MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum Il-'1' jibqa' l-iktar b'saħħtu imma t-'2' jaf ibiddel ftit l-istorja MARIANNA CALLEJA Ilna s-snin nisimgħu l-kważi nofs verità tal-partiti l-kbar li jekk ma nagħmlux block vote, u nagħtu l-voti tagħna lil partit wieħed biss, mela l-vot ma jgħoddx. Din is-sena d-diska bl-istess noti qed tuża lirika differenti bil-famuża frażi "vot għall-indipendenti, vot għal Labour." Għaldaqstant, il-kandidati indipendenti qed jagħrfu l-lealtà tal-partitarji lejn ċerti stilel tal-partiti iktar milli lill-partit innifsu u issa qed jitolbu lin- nies jagħtuhom it-'2' minflok l-unu. Bla ma trid tibda tistaqsi, "dan x'qed jgħid? Mela bit-'2' se titla'?" It-'2' għall-indipendenti u l-partiti ż-żgħar ifisser ħafna. Ifisser biżżejjed biex xi ħadd minhom jieħu siġġu mis-sitta, u dan grazzi għas-sistema tas- single transferable vote, li biha Malta naħdmu. L-insistenza tal-partiti l-kbar biex nivvutaw lil kandidati kollha tagħhom biss, ilha ġejja minn qabel l-1987. Dan kien żmien fejn seħħ qbil fuq emendi kostituzzjonali sabiex ma jkunux il-kandidati li jiddeterminaw il- governabilità. L-insistenza issa hija iktar abbażi ta' rispett, u l-fatt li jekk partit wieħed ikollu l-unijiet kollha għalih, allura awtomatikament jirbaħ il- maġġoranza ta' siġġijiet parlamentari. Imma din l-elezzjoni, u speċjalment din is-sena, jista' jkollha togħma differenti minn tas-soltu blu jew aħmar. Dan għaliex mis-selezzjoni, apparti l-istilel tal-partiti l-kbar, u l-ismijiet tas-soltu, minn 39 kandidat, 13 minnhom huma indipendenti, u oħrajn ġejjin minn partiti żgħar. L-importanza tal-'1' u t-'2' fuq il-karta tal-vot Kif taħdem is-sistema tagħna, jekk għamilt '1' u titlaq, tfisser li l-vot se jmur mal-ewwel fuq il-kandidat preferut tiegħek u jieqaf hemm. Dan ifisser li ġaladarba l-kandidat preferut tiegħek ġie elett jew waqa' l-vot ma jibqax transferibbli. Intant, jekk għamilt iktar minn preferenza waħda, u bqajt għaddej bin-numri, malli l-kandidat li tajt l-'1' lilu jaqa' jew jitla', il-vot tiegħek jgħaddi għand it-tieni preferenza tiegħek. Jekk l-'1' tajtu lil xi ħadd li diġà qabeż il-kwota, allura dak jaqa', u t-'2' imur għand il- kandidat tat-tieni preferenza tiegħek. Imbagħad dak il-kandidat jieħu voti skont kemm il- persuna eletta tkun qabżet il- kwota. Eżempju, jekk il-kwota hija 12,000, u l-kandidat li tajtu l-'1' ġab 24,000, dak ifisser li ġab żewġ kwoti. Allura meta jaqa', għal kull żewġ duwijiet il-kandidat tat- tieni preferenza tiegħek jieħu vot. Jekk ikollu tliet kwoti, għal kull tlieta jieħu wieħed. Fi kliem sempliċi, jekk inti tivvota lil kandidat popolari tal- Partit Laburista, jew tal-Partit Nazzjonalista, u lil kandidat indipendenti ittih it-'2', il- kandidat l-indipendenti jieħu duwijiet skont il-proporzjon li biha l-kandidat tal-PL jew PN ikunu qabżu l-kwota. L-unika riskju li kandidati jieħdu meta jgħidulek biex ittihom it-'2', huwa li meta jaqa' l-kandidat preferut tiegħek u jaqbeż il-kwota bi ftit voti biss u l-effett tat-'2' tiegħek ikun negliġibbli. Kif taħdem is-sistema tas-single transferable vote? Hawn biss żewġ pajjiżi fid- dinja, Malta u l-Irlanda, li jeleġġu l-membri tal-leġiżlatura bil-metodu msejjaħ bħala single transferable vote. L-istess metodu jiġi użat fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal- Parlament Ewropew, li għalihom se nivvutaw nhar is-Sibt. Kull min jivvota se jkun jista' jagħti aktar minn preferenza waħda, jibda dejjem mill-'1' u jibqa' għaddej fuq il-kandidati l-oħra. Ma jistax ikollok iktar minn '1' wieħed. Din is-sistema tiggarantixxi l-wirt tal-vot, u dak il-'1' jibqa' jgħodd għat-tieni, it-tielet, ir-raba' preferenzi tiegħek, u l-kumplament tan-numri. Jiġifieri jekk lil min tajt il-'1' inti, jiġi elett, jew jaqa', dak il- vot imur fuq it-'2' u jekk dak ikun elett jew jaqa', il-vot imur fuq it-'3' u jibqa' sejjer hekk sakemm jispiċaw in-numri fuq il-vot tiegħek. Il-PN qed jgħid li vot għall-indipendenti huwa vot għal-Labour. Min-naħa l-oħra, b'mod aktar 'umli,' il-kandidat Arnold Cassola qed jgħid, "agħti l-'1' lil Roberta Metsola jew lil Alex Agius Saliba, imma t-'2' tih lili." X'inhi din il-logħba li qed jilagħbu? Għaliex il-PN qed jikrob għall- unijiet, imma għall-indipendenti it-'2' xorta jaf iwassal għal siġġu? L-ILLUM tispjega l-importanza tan-numru fuq il- karta tal-vot.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 June 2024